Monday, January 29, 2007

Droga mill-FAM


Intercettata aktar droga mill-FAM
Malti, Ghawdxi u Franciz
mizmumin ghal aktar stharrig
Minn JOHN PISANI

Membri tal-Forzi Armati kemm f’Malta kif ukoll f’Ghawdex, komplew jintercettaw aktar droga waqt spezzjonijiet ta’ vetturi li saru fin-naha t’isfel ta’ Malta kif ukoll f’Ghawdex.
Id-droga nstabet matul tmiem il-gimgha hekk kif fi tfittxijiet separati li saru fin-nofsinhar ta’ Malta u Ghawdex gew arrestati tliet zghazagh b’konnessjoni ma’ dawn is-sejbiet. Fl-ewwel tfittxija f’karozzi li ghamlu s-suldati mill-Ewwel Regiment tal-FAM irrizultaw fis-sejba tad-droga kannabis f’karozza li fiha kien hemm zewg zghazagh, Malti u iehor Franciz.
Fi tfittxija ohra li saret fir-Rabat, Ghawdex, suldati tal-FAM mill-Bazi tal-Qortin arrestaw zaghzugh ta’ 23 sena mix-Xewkija, li fuqu nstabet sustanza suspettuza.
Il-persuni suspettati kif ukoll id-droga li kienet intercettata nghataw f’idejn il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga ghal aktar stharrig.

Labels:

Sunday, January 28, 2007

Likwidu tossiku


Jintefa’ likwidu tossiku fi sprall qalb il-folla

M’ahna neskludu xejn
- Peter Cordina, Direttur D.P.C.
Minn JOHN PISANI

• Kien attentat? Traskuragni jew xi hadd ried jehles minn kimika qabel inqabad mill-Pulizija?Dawn huma mistoqsijiet li qieghdin jippruvaw isibu r-risposti ghalihom l-investigaturi fosthom id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili (D.P.C.).
Nhar il-Gimgha ghal habta tas-7.20 p.m. waqt li kienet ghaddejja c-cerimonja tal-konsagrazzjoni ta’ l-Arcisqof il-gdid fil-Konkatidral ta’ San Gwann fil-Belt Valletta, il-Pulizija waslilhom ilment li quddiem il-Qorti kien hemm riha qawwija ta’ petrol. Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni fejn sabu li xi hadd kien tefa’ likwidu tossiku fi sprall li hemm qrib il-monument ta’ l-Assedju l-Kbir faccata tal-Qorti. Fuq l-isprall kien jidher evidenti li kien hemm likwidu u r-riha li kienet tiela’ minn taht l-art kienet qawwija hafna. Mill-ewwel ezamijiet li saru rrizulta li l-arja fl-inhawi kienet qieghda timmarka 30 punt.
“L-arja normali hija 20 punt. Jekk tkun 19 jew 21 punt tkun perikoluza u anke fatali. Meta wzajna l-apparat dan immarkana 30 punt li huwa livell tossiku gholi hafna u anke fatali” qalilna Michel Galea, Ufficjal mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mit-Taqsima Hazmat, fil-qosor ghal Hazerdous Material.
Mistoqsi mit-Torca x’setghet kienet l-intenzjoni ta’ min tefa’ dan il-likwidu, Peter Cordina id-Direttur tad-D.P.C. qalilna li f’dan l-istadju m’huma jeskludu xejn. Huwa spjegalna l-mini li hemm taht l-art jiehdu ghal diversi nhawi fil-Belt li jaslu anke sa Kastilja, taht il-Konkatidral, ghal taht il-Qorti u jinzlu anke sa wara s-Suq tal-Belt fi Triq il-Merkanti. Is-Sur Cordina qalilna li kieku xi hadd kellu jitfa’ imqar sigarett fl-isprall il-konsegwenzi kienu jkunu gravissimi.
Dak il-hin il-Konkatidrall kien litteralment ippakjat bin-nies kif ukoll kien hemm folla kbira fil-pjazza u fi Triq ir-Repubblika. Minghajr ebda paniku ta’ xejn id-D.P.C. talbu lill-Pulizija biex idawru il-parti fejn l-isprall bil-barriers u qrib tpoggew madwar ghaxar membri ta’ l-istess dipartiment. Huma hadu pozizzjoni minghajr ma tant taw fi l-ghajn biex ma jkunx hemm paniku.
“Dak il-hin il-prijorità kienet li qrib l-isprall ma jersaq hadd kemm minhabba r-riha kif ukoll biex ma jintefa’ xejn li b’xi mod seta’ johloq spluzjoni”, qalilna Peter Cordina. B’riskju ghal sahhithom stess, il-membri tal-Protezzjoni Civili qaghdu madwar l-isprall sakemm ic-cerimonja fil-Konkatidrall intemmet u n-nies telqu.
Minn hawn bdiet operazzjoni fejn ingieb apparat apposta biex isir moniteragg tas-sitwazzjoni. Ittiehdu anke kampjuni tal-likwidu minn fuq l-isprall u ntbghatu l-laboratorju biex isir maghruf x’tip ta’ likwidu hu. Armati bl-apparat tan-nifs, membri mit-Taqsima Hazmat nizlu minn parti ohra li hemm fuq il-bankina quddiem il-monument. Hawnhekk l-arja kienet perikoluza. Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Ghassa tal-Belt immexxxija mill-Assistent Kummissarju Alfred Abela. Aktar tard mar ukoll il-Kummissarju John Rizzo u ufficjali ohrajn. Bhala prekawzjoni ntbghatet fuq il-post ambulanza b’infermier.
Il-membri tad-D.P.C. baqghu il-lejl kollu fuq il-post flimkien mal-Pulizija jghassu l-post. Is-Sibt ghal habta tas-7.30 a.m. regghu saru aktar ezamijiet u kien ghal habta tad-9.30 a.m. li kien assigurat li l-arja kienet accettabli ghalkemm xorta wahda baqghet tinxtamm riha ta’ dak li kienet qiesa riha ta’ petrol.
Sorsi qrib il-Pulizija qalu li minhabba l-atti vandali li qieghed ikun hawn fil-pajjiz bi hruq ta’ vetturi u anke bibien ta’ djar u negozji, jista’ jkun li kien hemm xi hadd li kien lest biex juza dan il-likwidu ghal dan l-iskop. L-istess sorsi qalu li min kien se jaghmel dan ir-reat seta’ gie mfixkel minn xi hadd u heles mill-evidenza kollha. Mhux qieghed ikun eksluz li l-Pulizija qieghda tezamina xi filmati minn cameras tas-sigurtà li hemm fi Triq ir-Repubblika biex mhux biss tara minn tefa’ dan il-likwidu izda wkoll meta ntefa’.

Labels:

Viza ghall-Maltin


Il-Viza lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika
Il-Maltin fdati mill-Amerikani….
allura mill-Inglizi le?
Minn JOHN PISANI

• L-istorja dwar kif il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika jhares lejn il-poplu Malti, hadet xejra differenti wara mistoqsijiet li baghtna lill-Ambaxxata Amerikana f’Malta. Issa jidher li mhux l-Amerikani ma jafdax lill-Maltin izda huma l-Inglizi u l-linja ta’ l-ajru Ingliza.
Staqsejna lill-Ambaxxatrici Amerikana, Molly Bordanaro, ghala l-Gvern Amerikan iqis lill-Malta bhala “pajjiz suspettuz” wara li fuq komputer fl-Ajruport ta’ Gatwick, fl-Ingilterra, Malta hija meqjusa bhala “suspicious country”. Dan il-messagg tela’ fuq il-komputer u li rawh is-sorsi taghna meta kienu se jghaddu mis-sala tat-tluq fl-Ajruport ta’ Gatwick fl-Ingilterra biex imorru lejn New York.
L-Ambaxxata qalulna li l-Istati Uniti ma tikkunsidrax lill-Malta bhala pajjiz suspettuz. Minn naha l-ohra ma jistghux jikkummentaw fuq x’jista’ jezisti fuq kompjuter barrani f’ajruport barrani.
Ghaldaqstant dan iwassal ghal konkluzzjonijiet ohrajn fosthom li jew il-Gvern Ingliz, li sa l-1979 kienu jahkmu lill-pajjizna, jew il-linja ta’ l-ajru British Airways li ma tafdax lill-poplu Malti. Sorsi li tkellmu maghna qalulna hija difficli li wiehed jifhem kif il-Gvern Ingliz jew il-linja ta’ l-ajru Ingliza ma tafdax lill-Maltin.
L-istess sorsi qalulna li kieku huwa l-Gvern Ingliz li ma jafdax lill-Maltin jew il-British Airways, kieku dawk il-Maltin li ta’ kuljum isiefru lejn l-Ingilterra u anke juzaw din il-linja ta’ l-ajru, kieku jghaddu mill-istess sitwazzjoni qabel jitilqu minn Malta. Il-mistoqsijiet li jsiru f’Gatwick isiru lil dawk li jkunu se jmorru lejn l-Istati Uniti u mhux biex jidhlu l-Ingilterra. Kollox jidher li l-ordni jew it-talba biex il-Maltin ikunu interrogati u anke mnizzlin bhala “pajjiz suspettuz” gej mill-Gvern Amerikan u kemm l-Inglizi kif ukoll il-British Airways kull ma qieghdin jaghmlu huma li jsegwu struzzjonijiet.
Ghaldaqastant ma jaghmilx sens kif pajjiz ta’ l-Unjoni Ewropea jasal biex ma jafdax pajjiz iehor membru meta biex wiehed imur lejn l-Ingilterra kull m’ghandu bzonn huwa l-karta ta’ l-identità, la passaport u lanqas viza. Tkun tal-misthija jekk jirrizulta li m’ahniex fdati mill-Gvern Ingliz u l-Gvern Malti jibqa’ fommu sieket, qalulna s-sorsi.
Staqsejna wkoll lill-Ambaxxata Amerikana jekk jafux b’xi hadd f’Malta li huwa perikoluz. Ir-risposta kienet li fid-dinja tal-lum l-ebda pajjiz ma huwa protett mill-possibiltà li xi persuni perikoluzi jghixu fih jew jghaddu minnu. Malta taghmel xoghol ezemplari fil-hidma biex thares it-territorju taghha ghalhekk il-possibiltà li xi persuni perikoluzi jew xi terroristi jidhlu fil-pajjiz hija hafna inqas minn ta’ pajjizi ohrajn.
Staqsejna wkoll ghala cittadini Maltin li jghix l-Kanada wkoll qieghdin isibu problemi meta jmorru biex jaqsmu l-fruntiera lejn l-Istati Uniti, l-Ambaxxata qalulna li cittadini Maltin li jsiefru fuq passaporti Maltin ghandhom bzonn viza biex jidhlu fl-Istati Uniti. Malta qieghda tahdem biex tintroduci il-kriterji mehtiega mid-dinja kollha biex tissieheb fil-Visa Waiver Program, inkluz l-uzu tal-passporti bijometrici.
Dwar x’progress sar f’dak li kien imwieghed kwazi sentejn ilu mill-President George W. Bush meta ltaqa’ mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, skond l-Ambaxxata l-Gvern Malti qieghed jaghmel progress enormi biex jintlahqu l-kundizzjonijiet kollha mnizzla fir-Road Map. Il-kundizzjonijiet japplikaw ghall-pajjizi kollha li jaspiraw li jissiehbu fil-Visa Waiver Program. L-Istati Uniti hiji lesta li timpenja ruhha li tintrabat bl-istess kundizzjonijiet ta’ sigurtà li hi qieghda titlob minn dawn il-pajjizi. Fil-fatt, il-Gvern Malti tant qieghed jaghmel progess f’dawn il-kundizzjonijiet li Malta hija wahda mill-pajjizi li qeghdin fuq quddiemnett biex jigu kkunsidrati li jidhlu meta l-programm jikber, temmet tghidilna l-Ambaxxata.

Labels:

Friday, January 26, 2007

Is-Sibt, 27 ta' Jannar 2007


Intercettata aktar drog diehla fil-Habs
Pruvaw idahlu d-droga

mohbija fil-banana
Minn John Pisani

Ufficjali fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin il-Gimgha filghodu regghu intercettaw droga li kienet intenzjonata ghal zewg prigunieri u li kienet se tiddahal minn tfajla u minn missier ta’ prigunier li kienu se jzuru zewg prigunieri separatament.
Waqt il-hin tad-dhul fl-10.00 a.m. tfajla li marret izur priguniera saritilha t-tfittxija ta’ rutina fuqha kif ukoll fl-affarijiet li kellha ghall-priguniera. L-ufficjali dahlilhom suspett f’ghanqut tal-banana li kien fih erba’ bananiet. Meta ezaminaw sew il-banana sabu li wahda minnhom kellha bicca mill-qoxra qisha imhasra izda fil-fatt kienet maqlugha u impoggija lura. Kien hawn li imdahhal fil-banana sabu tubu zghir u fih kien hemm id-droga eroina.
Ftit tal-minuti wara mar tfacca ragel biex jidhol biex izur lil ibnu fil-habs u dan ukoll kellu erba’ bananiet. Is-suspetti fuq dan ir-ragel kienu ovvji tant li anke dan il-missier kien heba d-droga eroina f’tubu imdeffes f’wahda mill-bananiet.
Biz-zewg kazi gie informat id-Direttur tal-Habs, is-Supretendent Sandro Gatt, kif ukoll l-Ispettur Jesmond Borg mill-Ghassa ta’ Rahal :did. Kemm it-tfajla kif ukoll ir-ragel baqgzu jinzammu taht arrest fejn anke gew informati l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
Iz-zewg persuni mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li gejjin.

Labels:

Thursday, January 25, 2007

Il-Hamis, 25 ta' Jannar 2007



Tensjoni bejn il-Pulizija u s-sidien
Jitwaqqa’ bini illegali mibni
mill-ADT f’Haz-Zebbug
minn John Pisani


Nhar l-Erbgha filghodu Triq l-Imdina f’Haz-Zebbug kellha tinzamm maghluqa kwazi l-gurnata kollha minhabba azzjoni tal-MEPA, li marret biex twaqqa’ parti minn bini illegali li ttella’ mill-Awtorità Dwar it-Trasport Pubbliku. Charles Dimech, sid il-post, jallega li l-bini li marru biex iwaqqghu sar mill-ADT u dan sar biex il-Gvern ilesti malajr Triq l-Imdina.Ghal habta tat-8.15 a.m. il-Pulizija mill-Administrative Law Enforcement (ALE) immexxija mill-Ispettur Alex Miruzzi, marru fi Triq l-Imdina flimkien ma’ tliet ufficjali tal-MEPA biex jaraw li tkun ezegwita ordni biex titwaqqa’ struttura fuq il-garaxx LK Ltd ta’ Charles Dimech. Mill-bidunett deher li kien se jkun hemm rezistenza tant li fi ftit hin issejhu aktar Pulizija.
Fejn is-soltu l-MEPA tqabbad kuntrattur biex juza l-ingenji tieghu biex jitwaqqa’ bini illegali, jidher li din id-darba ma nstab hadd, tant li l-MEPA daret fuq il-Forzi Armati u l-Korp tal-Pulizija biex jintuzaw kemm l-ingenji kif ukoll is-suldati mit-Tielet Regiment biex inehhu l-istruttura.Charles Dimech ghadda lill-gurnalisti affadivit ta’ l-Avukat George Cutajar kif ukoll ftehim iffirmat mid-Direttur tad-Direttorat ta’ l-Infrastruttra tal-MEPA, il-Professur Heinrich Semar. Fl-affidavit, kif gie spjegat ukoll mill-istess Dr Cutajar, li gie fuq il-post, il-Ministru Jesmond Mugliett waqt laqgha fl-ufficcju tieghu kien wieghed li jwaqqa’ u jibni mill-gdid il-garaxx.“Il-laqgha kienet saret ghal habta ta’ Mejju 2005 fil-Ministeru tal-Perit Mugliett u prezenti kien hemm diversi ufficjali tal-MEPA fosthom il-Perit Godwin Cassar.“Irrizulta li l-Gvern kellu l-hsieb li jwessa’ Triq l-Imdina f’Haz-Zebbug b’madwar ghaxar metri u ghalhekk kien hemm il-htiega li l-garaxx ta’ Charles Dimech jitmexxa lura” qal l-Avukat Cutajar.
Skond dan l-affidavit, u li kkonferma l-bierah Dr Cutajar, huwa kien insista ma’ l-ufficjali prezenti li l-familja Dimech ghandha tkun ikkompensata ta’ dak li kienet se titlef u fil-fatt kien ippropona li jinghataw permess biex jittella’ sular iehor fuq il-garaxx il-gdid li kien se jibni l-kuntrattur. Ghal din il-proposta ma kien hemm ebda oggezzjoni tant li l-Ministru Jesmond Mugliett ta struzzjonijiet lill-Ufficjali tal-MEPA prezenti ghal-laqgha biex il-pozizzjoni tal-garaxx ta’ Dimech tigi regolarizzata u bhala kumpens tat-tehid ta’ l-art huma kellhom jaraw li jinhareg permess ghas-sular ta’ fuq. Dr Cutajar ikompli jghid li ebda ufficjali tal-MEPA ma qajjem problemi dwar permessi u dakinhar ma kienx jidher li kien se jkun hemm problemi, jghid l-affidavit.Fl-ahharnett l-affidavit ta’ Dr Cutajar jghid li “Nhar it-Tlieta, 17 ta’ Jannar, 2006, jiena personalment cempilt u kellimt lill-Ministru Mugliett fuq il-mobajl tieghu u meta fakkartu f’dak li gie mwieghed minnu fil-laqgha f’Mejju, 2005, huwa ma nnegax li kien qal dak id-diskors izda prova johrog minnha billi jaghmel referenza ghall-fatt li f’Lulju kien tressaq il-mandat ta’ inibizzjoni”.
Il-ftehim tal-Professur Semar jikkonferma t-twaqqiegh tal-garaxx ta’ Dimech minhabba li kellha tittwessa t-triq kif ukoll il-bini mill-gdid tal-garaxx. L-ADT intrabtet ukoll li tinstalla mill-gdid il-kurrent elettriku u s-servizz ta’ l-ilma kif ukoll xoghol iehor. Dan ix-xoghol kellu jibda immedjatmanet wara l-31 ta’ Lulju, 2005.
Sadanittant, Charles Dimech ipproduca wkoll kopji ta’ ritratt li ttiehed minn ufficjali tal-MEPA meta kien qieghed jinbena l-garaxx mill-kuntrattur ta’ l-ATD u f’dan ir-ritratt jidher ukoll parti mill-bini tas-sular ta’ fuq.“Il-planki u l-materjal gabuh ta’ l-ADT u meta kienu ghadhom qieghdin jibnu, hadd mill-ufficjali tal-MEPA ma gie jwaqqafhom” qal Charles Dimech.Kif wasal il-krejn tal-Pulizija dehret li s-sitwazzjoni kienet se tkun serja tant li mart Dimech sahansitra nstemghet iccempel lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex jintervjeni. Izda minflok sabet lil mart il-Prim Ministru fejn talbitha biex b’mod urgenti tkellem lil Dr Gonzi. Izda kull tentattiv falla biex jintervjeni l-Prim Ministru u mart il-Prim Ministru qaltilha li zewgha kien f’laqgha. Wara xi siegha tpogga l-krejn f’postu u dak il-hin is-sitwazzjoni dehret kalma. Membri mill-Explosive Ordinance Disposal tal-FAM ghamlu tfittxija ghal xi splussiv, li rrizultat fin-negattiv. Fuq il-post waslu aktar ufficjali tal-Pulizija fosthom iz-zewg Assistenti Kummissarji Josie Brincat u Paul Sammut kif ukoll is-Supretendent Lawrence Cutajar.Kif is-suldati bdew inehhu l-planki sabu li dawn kienu se joholqu periklu. Peress li l-familja Dimech nehhiet l-arja ta’ erba’ ingenji u anke gew ipparkjati zewg vetturi biex joholqu ostakli ghax-xoghol tat-twaqqiegh, kien hemm il-biza’ li bic-ciet tal-konkrit setghu jaqghu ghal fuq dawn il-vetturi u l-ingenji. Hawn beda l-ewwel inkwiet ghax l-ingenji ma setghux jitnehhew minhabba li t-tyres kienu mnizzlin. F’12.05 p.m. l-Assistent Kummissarju Sammut ta ordni biex dawn jitnehhew. Iz-zewg vetturi tnehhew malajr mis-sid izda kien ghad baqa’ l-problema ta’ l-ingenji l-kbar li kienu pparkjati fil-proprjetà ta’ Dimech.
Ghaldaqstant ingieb tow-trakk kbir biex inehhi t-trakkijiet izda ftit minuti wara dan telaq wara li l-operatur irrifjuta li jkollu x’jaqsam ma’ l-operazzjoni. Minflok ingib il-‘low loader’ tal-Pulizija izda kif dan tressaq b’lura, Dimech, uliedu u xi persuni ohrajn intefghu quddiem it-trakk bi protesta.


Qam l-inkwiet
Hawnhekk il-Pulizija kellhom jintervjenu fejn anke kellhom juzaw il-forza necessarja biex inehhu l-membri tal-familja Dimech. Ma kinitx facli, l-iktar meta wiehed minn ulied Dimech intefa’ taht it-trakk u ma riedx johrog. Kienu diversi Pulizija li provaw jaqilghuh fejn f’hin minnhom beda jghajjat bl-ugiegh. Ftit metri ’l boghod aktar Pulizija bdew jissarraw ma’ Charles Dimech, ma’ martu u anke ma’ tifel iehor. It-tensjoni kompliet tizdied u damet madwar 20 minuta sakemm kien l-istess Dimech li nehha t-trakk wahdu u l-‘low-loader’ ukoll ma ntuzax.


Tressqu l-Qorti
Aktar tard l-Ispetturi Alex Miruzzi u Marisa Camilleri resqu l-Qorti b’arrest lil Charles Dimech u lil uliedu Ludwig u Melchior, ilkoll minn Haz-Zebbug. Huma gew akkuzati b’indhil fil-konfront tal-Pulizija u ufficjali tal-MEPA u li heddew lill-istess ufficjali tal-Pulizija u tal-MEPA. Akkuzi ohrajn huma li hebbew ghall-Pulizija u li kkawzaw feriti hfief fuq il-persuna ta’ l-Assistent Kummissarju Josie Brincat u akkuzi ohrajn. It-tliet akkuzati wiegbu li ma kinux hatjin ta’ l-akkuzi u permezz ta’ l-Avukat Cutajar talbu li jinhelsu mill-arrest. Il-Magistrat Dr Silvio Meli laqa’ t-talba tad-difiza u helishom mill-arrest fuq depozitu ta’ Lm300 kull wiehed u garanzija personali ta’ Lm10,000 kull wiehed.


Stqarrija tal-MEPA
Dwar dan il-kaz ikkummentat il-MEPA permezz ta’ stqarrija ghall-istampa. Fiha, il-MEPA spjegat li l-operazzjoni bdiet mas-sebh fejn l-ufficjali tal-MEPA, assistiti mill-Pulizija u suldati, marru fuq is-sit fi Triq l-Imdina, f’Haz-Zebbug biex inehhu strutturi illegali. Il-prezenza tal-membri tal-forzi ta’ l-ordni kienet necessarja peress li ma kien hemm ebda kuntrattur privat li xtaq li jghin lill-MEPA tnehhi l-istrutturi llegali.Fil-fatt, it-twaqqigh sar mis-suldati. L-intervent tal-Pulizija kien indispensabbli ghall-operazzjoni peress li l-izviluppatur ghamel rezistenza. Certi individwi sakkru lilhom infushom fl-istruttura illegali. Kienu l-hin kollu jheddu lill-ufficjali tal-MEPA u lill-persuni ohrajn li assistew fl-operazzjoni.Il-MEPA qalet li l-individwi attakkaw lill-Pulizija bil-forza, fejn xi pulizija kellhom jinghataw trattament ghal griehi li garrbu. Il-MEPA qalet ukoll li kienu arrestati xi persuni u li dawn tressqu l-Qorti.Il-MEPA, fl-istqarrija taghha spjegat l-azzjonijiet li ttiehdu kontra sid l-art. Hija qalet li s-sit kien gie spezzjonat ghall-ewwel darba fit-28 ta’ Ottubru, 2004 wara li saru lmenti minn persuni anonimi. Instab li s-sit kien qieghed jintuza bhala post fejn jinbieghu l-vetturi u li l-post kien mibni bi planki li ttellghu illegalment ghax ma kienx hemm permessi tal-MEPA.Il-MEPA ziedet tghid li lill-izviluppatur inhariglu Avviz ta’ Waqfien u Infurzar bin-numru ECF921/04, li nhareg fit-12 ta’ Novembru, 2004. Minhabba li s-sid m’applikax ghall-permess, il-MEPA harget Ordni Diretta fit-23 ta’ Frar, 2005. L-izviluppatur, fil-11 ta’ Marzu, 2005, kien innotifikat mill-MEPA li l-kaz tieghu kien riferut ghal azzjoni diretta u li l-MEPA tista’ taqbad u tidhol fis-sit biex tnehhi l-istrutturi illegali. Fis-27 ta’ Settembru, 2005, sid il-post kompla jibni strutturi illegali u ghaldaqstant saru diversi spezzjonijiet fuq is-sit u kien innotat li saru aktar xoghlijiet. Il-MEPA qalet li fuq il-post, ghal xi zmien kien hemm ghassa l-Pulizija, izda kif dan ma baqax hemm, l-izvilupp illegali rega’ kompla.



Baghtuni nitfa’ l-balavostri f’Haz-Zebbug
– Charles Dimech


Waqt mumenti ta’ rabja ghax kienu se jnehhulu parti mill-istruttura, Charles Dimech ghamel diversi allegazzjonijiet serji fil-konfront ta’ nies prominenti fil-Partit Nazzjonalista. Huwa rrefera ghall-kaz tat-tfigh tal-balavostri fl-1981 minn fuq il-Kazin Nazzjonalista ta’ Haz-Zebbug ghal fuq partitarji Laburisti u allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni mill-MEPA.Charles Dimech qal li ftit ilu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien baghtlu stedina fejn il-Partit Nazzjonalista fakkar l-incidenti li kienu nqaghlu fil-21 ta’ Novembru, 1981. Huwa rrifjuta din l-istedina. Dakinhar Dimech kien fost sitt persuni ohrajn li qalghu l-opramorta tal-Kazin Nazzjonalista ta’ Haz-Zebbug u qalbuhom ghal fuq partitarji Laburisti li kienu qieghdin jiehdu sehem f’demostrazzjoni politika. “Dakinhar kien hemm nies li llum ghandhom pozizzjoni gholja li baghtuni nwaddab il-balavostri” qal b’lehen gholi Dimech. Mistoqsi minn l-orizzont minn huma dawk li kien qed jirreferi ghalihom, Dimech qal li aktar tard jghidlilna kollox u jikxef anke kif hareg Lm1,000 f’xiri ta’ kompjuter lil xi hadd iehor biex hu jkun protett. Semma kif kien hu li bena kazini tal-PN u ghamel diversi pjaciri ohrajn. Dwar bini iehor illegali, Dimech allega li tul Triq l-Imidina f’Haz-Zebbug hemm diversi bini, fosthom anke bi ‘swimming pools’, li huma mibnijin minghajr il-permessi tal-MEPA.Huwa anke wera lill-gurnalisti lista tal-MEPA li turi li dan il-bini ghadu sal-lum minghajr permess izda l-MEPA u l-Pulizija mhuma jaghmlu xejn. Fost allegazzjonijiet ohrajn hu qal li hemm persuni li huma qrib sew tal-PN u li l-Awtoritajiet mhux kapaci jwaqqawlhom il-bini illegali.


Il-Ministeru ta’ Mugliett
jichad dak li hemm fl-affidavit

Filwaqt li l-Hamis filghodu kompla t-twaqqiegh ta’ l-struttura llegali li ttellghet fuq garaxx fi Triq l-Imdina f’Haz-Zebbug wara t-tensjoni li kien hemm nhar l-Erbgha, il-Ministeru ghall-Izvilupp Urban u Toroq qal li hija gidba li l-Ministru Jesmond Mugliett ta xi struzzjonijiet lill-ufficjali tal-MEPA waqt laqgha li ssemmiet fl-affidavit ta’ l-Avukat George Cutajar. Minn naha l-ohra l-familja Dimech ghamlet diversi mistoqsijiet lill-istess Ministeru.
Fi stqarrija mahruga tard l-Erbgha filghaxija l-Ministeru ghall-Izvilupp Urban u Toroq irrefera ghall-affidavit ta’ l-Avukat George Cutajar f’rapprezentanza tas-Sur Charles Dimech li tqassam lill-mezzi tax-xandir.
L-istess affidavit jirreferi ghal xoghlijiet waqt il-bini mill-gdid ta’ parti minn Triq l-Imdina f’Haz-Zebbug. Dan ix-xoghol kien jirrikjedi t-twessiegh ta’ l-istess triq u konsegwentement it-twaqqiegh ta’ parti minn struttura mal-genb tat-triq, liema struttura hija propjeta tas-Sur Dimech.
Il-Ministeru jikkonferma li f’Mejju 2005 kienet saret il-laqgha imsemmija fl-affidavit bejn ufficjali tal-MEPA, l-Awtorità Dwar it-Trasport u l-Avukat tas-Sur Dimech. L-iskop ta’ din il-laqgha kien li tinstab soluzzjoni biex ikun jista’ jitkompla x-xoghol f’din it-triq peress li s-Sur Dimech kien qieghed joggezzjona b’qawwa ghat-tehid ta’ parti mill-propjetà tieghu, liema tehid kien indispensabbli ghat-tlestija tal-progett.
Matul din il-laqgha kien inghata parir dwar x’passi kellu jiehu s-Sur Dimech biex jitfa’ applikazzjoni biex dan l-zvilupp jigi regolarizzat u sanzjonat mill-MEPA. Fl-ebda mument matul il-laqgha ma ntqal lis-Sur Dimech li din l-applikazzjoni kienet se tintefa’ f’ismu mill-ADT jew il-Ministeru u wisq inqas inghatat assikurazzjoni li s-Sur Dimech kien se jinhariglu l-permess li kien jehtieg mill-MEPA. Hija ghalhekk gidba li l-Ministru Jesmond Mugliett ta xi struzzjonijiet lill-ufficjali tal-MEPA f’dan ir-rigward. L-anqas ma gie diskuss ebda ftehim ta’ kumpens waqt din il-laqgha, qalet l-istqarrija tal-Ministeru.
Ta’ min isemmi li minkejja li saret din il-laqgha, is-Sur Dimech kompla jtellef it-tkomplija tax-xoghol fuq Triq l-Imdina. Dan ghamlu permezz ta’ mandat ta’ inibizzjoni fil-Qrati f’Lulju 2005 kontra l-Ministru Mugliett u l-ADT liema mandat intilef mis-Sur Dimech. Huwa kurjuz li wiehed jinnota li dan il-mandat kien tressaq xahrejn biss wara li sar l-allegat ftehim mal-Ministru Mugliett li huwa kkwotat fl-affidavit ta’ l-Avukat Cutajar.
It-tfixkil min-naha tas-Sur Dimech kompla wkoll permezz ta’ theddid kontinwu kontra ufficjali ta’ l-ADT, il-kuntratturi u anke l-haddiema taghhom.
Wara l-mandat ta’ inibizzjoni ma saru ebda diskussjonijiet ohrajn bejn il-Ministru Mugliett u s-Sur Dimech dwar il-bini in-kwistjoni sakemm inhareg avviz ta’ infurzar mill-MEPA fuq dan l-izvilupp. Wara l-hrug ta’ dan l-avviz, is-Sur Dimech kemm–il darba cempel lill-Ministru Mugliett biex jghinu jevita t-twaqqiegh ta’ l-ewwel sular. Il-Ministru kien kostantement isostni l-parir li s-Sur Dimech ma kellu ebda triq ohra hlief li jwaqqa’ l-ewwel sular – xi haga li s-Sur Dimech irrifjuta li jaghmel.
F’dan l-istadju, il-Ministru Mugliett qieghed jikkunsidra x’passi legali jista’ jiehu fil-konfront tas-Sur Dimech u r-rapprezentant legali tieghu, l-Avukat Cutajar, ittemm tghid l-istqarrija.

Il-familja Dimech tirrispondi b'ghadd ta' mistoqsijiet
Sadanittant il-familja Dimech irrispondiet lill-Ministeru ghall-Izvilupp Urban u Toroq permezz ta’ stqarrija mahruga mill-Avukat Cutajar. F’din l-istqarrija Dr Cutajar qal li konventanjament il-Ministeru naqas mill-indirizza fatti dwar dan il-kaz. Il-familja Dimech pogiet diversi mistoqsjiet li jekk il-Ministru ta’ Mugliett jirrispondi b’mod car allura certi dubji jistghu jitnehhew. Huma staqsew jekk il-Ministeru jichadx il-fatt li l-bini li kellu Dimech kien kopert minn permess validu tal-PAPB li nhareg snin ilu u li n-negozju li kien isir fih kellux il-licenzja tal-Pulizija mill-1972?Il-Ministru jichad li dan il-bini twaqqa’ minn kuntrattur imqabbad mill-ADT?Jichad li l-bini l-gdid inbena mill-istess kuntrattur ta’ l-ADT minghajr ebda spejjez ghall-familja Dimech? Il-Ministeru qieghed jghid li mhux jaccetta l-obligazzjonijiet li dahal ghalihom il-Professur Semar jew li l-istess Semar ma kienx awtorizzat mill-ADT? Il-Ministeru pretenda li Dimech ikompli bil-kawza legali meta kellu f’idejh l-ittra tal-Professur Semar li tiggarantixxi li x-xoghol kien se jsir?
Aktar minn hekk, tkompli l-istqarrija, ikun interessanti jekk il-Ministeru ghall-Izvilupp Urban u Toroq jghid pubblikament jekk l-ADT kelliex il-permessi validi mill-MEPA biex taghmel ix-xoghol fi Triq l-Imdina fl-istess hin li l-propjetà ta’ Dimech twaqqghet. Dr Cutajar staqsa jekk il-Ministeru ppretendix li Dimech ma jitlobx garanzija ta’ kumpens xieraq qabel ma jaccetta li jitwaqqalu l-garaxx li kellu qabel.
Huwa staqsa wkoll jekk il-Ministeru ppretendix li cittadin ordinarju japplika ghal permess minghand il-MEPA biex iwaqqa’ u jerga’ jibni mill-gdid propjetà meta x-xoghol kellu jsir minn entità governattiva bhal ma hi l-ADT. Izda minkejja l-allegat irregolaritatjiet, il-MEPA ghamlet tentattiv biex twaqqaf ix-xoghol sakemm il-progett jitlesta?
Fl-ahharnett Dr George Cutajar qal li t-theddida li ghamel il-Ministru Jesmond Mugliett fil-konfront ta’ Charles Dimech u fil-konfront tieghu, bhala l-avukat ta’ Dimech, saritx bl-intenzjoni li tpoggi sarima ma’ halq il-professjonisti li jazzardaw jiehduha kontra l-Amministrazzjoni, itemm tghid l-istqarrija.

Terga' l-MEPA
Il-MEPA hasset li kellha tohrog stqarrija ohra li fiha kkonfermat li t-twaqiegh tkompla l-Hamis filghodu u li mistenni jasal fi tmiemu ll-Gimgha. Il-MEPA qalet li l-operazzjoni sabet ostilità minn naha tas-sidien u kien bl-intervent tal-Pulizija u l-Forzi Armati li l-ufficjali tal-MEPA setghu jaraw li l-ligi tkun implimentata u l-bini llegali jitnehha.
Ic-Cermen tal-MEPA, Andrew Calleja, qal li l-Awtorità tiddeplora l-attitudni tas-sidien u l-MEPA se tibqa’ taghmel mill-ahjar li tista’ biex mhux biss tassigura s-sigurtà tal-haddiema imma tigarantixxi li l-ligi tigi rispettata biex il-pubbliku jinghata l-ahjar ambjent li jixxraqlu. Huwa ferah lill-ufficjali tal-MEPA li wettqu hidmithom b’mod ezemplari minkejja l-intimidazzjoni li kienu soggetti ghaliha. Andrew Calleja irringrazzja wkoll lill-Korp tal-Pulizija u lill-Forzi Armati ghas-sapport li taw f’din l-operazzjoni.

Labels:

Monday, January 22, 2007

It-Tlieta, 23 ta' Jannar 2007


Serqa ppjanat fix-Xewkija
Mara hadulha madwar
Lm3,000 f’nofs ta’ triq

Minn JOHN PISANI

• Zewg hallelin ippjanaw serqa minn qabel fuq mara li kienu jafu l-passi taghha u l-hin meta tmur tiddepozita l-flus fil-bank.
L-ewwel ma ghamlu l-hallelin kienet li matul il-lejl ta’ bejn il-Hadd u t-Tnejn serqu karozza Vauxhall minn Ghajnsielem biex juzawa ghas-serqa fuq il-mara li hija sid ta’ hanut tal-merca fix-Xewkija.
It-Tnejn ghal hatbta tat-8.10 a.m. il-mara, li ghandha 46 sena u hija mix-Xewkija f’Ghawdex, marret biex tiddepozita l-flus tan-negozju fil-fergha tal-Bank of Valletta li hemm fi Pjazza tal-Vittorja fix-Xewkija stess. Kif kienet mixja fi Triq il-Knisja waqfet il-karozza Vauxhall quddiem il-mara u mill-karozza hareg wiehed mill-hallelin li kien mghammad u prova jahtfilha l-basket li kienet qieghda ggorr.
Mahsuda, il-mara ma offriet ebda rezistenza u fi ftit sekondi l-halliel rega’ dahal fil-karozza bil-basket tal-mara li kien fih madwar Lm3,000 fi flus u cekkijiet kif ukoll dokumenti personali tal-mara.
Kif gew informati l-Pulizija marru dawk mill-Ghassa ta’ Victoria mmexxija mis-Surgent Anton Schembri. Bil-kaz gew informati wkoll is-Supretendent Mario Bonello u l-Ispettur Josric Mifsud li bdew bl-isharrig. Aktat tard il-Pulizija sabu l-Vauxhall fi triq qrib ghalqa f’Ghajnsielem.
Il-Magistrat Dr Paul Coppini gie informat u ordna inkjesta fejn hatar lil Dr Joseph Grech bhala espert tal-Qorti kif ukoll l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Labels:

It-Tlieta, 23 t' Jannar 2007


Ikompli s-success tad-Dwana Maltija
Intercettati 10,000,000 sigarett
Minn JOHN PISANI

Id-Dwana ta’ Malta kompliet bis-successi taghha u zammet ir-reputazzjoni li ghandha fejn ghal darb’ ohra sabu kontejner mimli b’sigaretti foloz.
Stqarrija mahruga mid-Dwana qalet li f’dawn l-ahhar jiem, id-Dwana kkonkludiet b’success investigazzjoni fuq kontenjer ta’ 40 pied li kien iddikjarat li kellu fih 10,000,000 sigarett li kien gej mil-Lvant Nofsani.
F’hidma kongunta bejn sezzjonijiet fid-dipartiment ta’ l-infurzar, saret analizi tad-dokumenti u gie identifikat ghall-ezami fiziku tal-merkanzija. Wara li sar l-ewwel stharrig permezz ta’ l-apparat ta’ l-X-Ray, il-kontejner infetah u mill-ewwel deher li s-sigaretti ma kienux originali.
Ghaldaqstant gew elevati kampjuni biex tkun tista’ ssir analizi aktar bir-reqqa fuqhom. Mir-rizultat gie kkonfermat li fil-fatt is-sigaretti huma foloz. Il-kontejner inzamm milli jkompli fi triqtu u nzammet fl-imhazen tad-Dwana.Irrizulta li fil-kontejner kien 10,000,000 sigarett tal-marka ’Memphis’, temmet tghid l-istqarrija tad-Dwana.

Labels:

Sunday, January 21, 2007

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007


Accident qrib Burmarrad
Tnejn fuq mutur jispiccaw l-isptar
Minn John Pisani

Sewwieq ta’ mutur u passiggier li kellu riekeb mieghu, il-Hadd wara nofs in-nhar iddahhlu l-Isptar San Luqa jsofru minn diversi griehi kwaza ta’ accident tat-traffiku fit-Triq Burmarrad.
L-accident sehh ghal habta tas-1.00 p.m. bejn karozza BMW misjuqa minn ragel ta’ 62 sena minn Tas-Sliema u mutur Honda misjuq minn ragel ta’ 32 sena minn San Pawl il-Bahar. Kemm il-karozza kif ukoll il-mutur kienu sejrin fl-istess direzzjoni lejn San Pawl il-Bahar.
Kif qal lil l-orizzont is-sewwieq tal-BMW, huwa flimkien ma’ martu ta’ 58 sena kienu sejrin fid-direzzjoni ta’ San Pawl u dak il-hin kien hemm it-traffiku mwahhal. Ghaldaqstant, qalilna r-ragel, iddecieda li jdawwar biex jerga’ lura lejn id-direzzjoni tal-Mosta.
“Peress li t-traffiku kien wieqaf lanqas qatt ma bsart li xi hadd kien gej minn warajja”. Fil-fatt dak il-hin kien gej ir-ragel minn San Pawl il-Bahar fuq mutur flimkien ma’ passiggier ta’ 21 sena wkoll minn San Pawl Bahar. Kif is-sewwieq tal-mutur ra l-BMW iddawwar, prova jevitaha izda ma kienx hemm hin bizzejjed bil-konsegwenza li l-mutur Honda baqa’ diehel fil-bieba tal-lemin tal-BMW u baqa’ mwahhal maghha. Mad-daqqa kemm is-sewwieq tal-mutur kif ukoll il-passiggier li kellu warajh imbezqu minn fuq il-mutur.
Fuq il-post issejhu zewg ambulanzi bl-infermieri u membri tas-salvatagg mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll il-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett immexxija mis-Surgent Patrick Cassar. Minhabba li t-traffiku kompla jizdied marru wkoll il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku biex jikkontrollaw il-kongestjoni li nholqot.
Is-sewwieq tal-mutur u l-passiggier ittiehdu l-Isptar San Luqa fejn instabu li kienu qieghdin isofru minn diversi griehi izda ma kienux fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq tal-BMW sofra wkoll xi grief ikkawzat mill-hgieg li nkiser filwaqt li martu dehret issofri minn xokk.

Labels:

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007


Il-Maltin stmati daqs terroristi
Ghall-Gvern Amerikan,
Malta hija “pajjiz suspettuz”
Minn JOHN PISANI


• Minkejja li ghaddew sena u tliet xhur mindu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-President Amerikan George W. Bush iddiskutew il-possibiltà li titnehha l-viza biex cittadini Maltin ikunu jistghu jidhlu fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, s’issa s-sitwazzjoni ghadha l-istess. Anzi mhux talli ma sar l-ebda progress talli ghall-Gvern Amerikan ta’ George W. Bush, Malta hija meqjusa bhala “pajjiz suspettuz” daqs li kieku konna l-Iraq jew xi qabda “Osama Bin Laden”.
Diversi Maltin li jsiefru lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bi btala jew b’negozju, jafu li biex jidhlu fil-pajjiz li l-Amerikani jsejhulu “The land of the free” (L-art tal-helsien jew libertà), iridu bilfrors jaghmlu viza li tiswa’ Lm36. Din tinkiseb mill-Ambaxxata Amerikana wara li jittiehdulek il-marki tas-swaba, ritratti u jsiru jaru fuqek kemm f’wiccek u minn wara darek kif ukoll fuq ir-razza kollha tieghek. Jekk tmur ghal btala allura l-viza tkun tghodd ghal ghaxar snin izda jekk tkun gurnalist tintalab thallas xorta Lm36 izda l-viza tkun valida ghal xahar biss.
Izda minkejja l-hafna kliem sabih ta’ l-Amerikani fuq Malta u l-Maltin, l-istess Amerikani lilna l-Maltin ma jafdawnix. Persuni li tkellmu maghna u li dan l-ahhar marru btala ghand qrabathom fi New York qalulna li baqghu skantati dak li raw fl-Ajruport ta’ Gatwick, f’Londra qabel dahlu fis-sala tat-tluq biex jaqbdu l-ajuplan lejn New York. Waqt li kienu qieghdin jigu mistoqsijin hafna domandi, xi hadd fettilu jhares lejn il-computer. Ghal-ewwel haseb li kien qieghed jara hazin izda meta gibed l-attenzjoni ta’ siehbu u anke dan ta titwilla, it-tnejn raw li fuq il-monitor kien hemm miktub “MALTA – SUSPECIOUS COUNTRY” (Malta – Pajjiz susepettuz).
“Li kieku mhux ghax kienu jhalluna l-art konna se nghidulhom min huwa suspettuz”, qalilna s-sors li tkellem maghna.
Minhabba l-biza enormi li hakmu l-poplu Amerikan wara l-attakk terroristiku tad-9 ta’ Settembru, ghall-Amerikani anke ahna l-Maltin jittrattawna qisna terroristi. Mhux biss il-Maltin minn Malta qieghdin isibu problemi izda anke dawk li jghixu l-Kanada.
Qarrej tat-Torca kitbilna u qalilna li ghall-festi tal-Milied hu u martu, li hija Maltija u ilha tghix b’mod permanenti u bil-permessi kollha mehtiega ghal dawn l-ahhar 18-il sena fil-Kanada, inzammet mill-tidhol fl-Amerika.
Dan il-qarrej qalilna li hekk kif waslu fil-fruntiera gew mitluba d-dokumenti u l-passaport. Bhal kull Malti-Kanadiz li jghix fil-Kanada u jkollhom il-permess li jghixu l-Kanada, ma jkunx hemm bzonn ta’ viza biex jaqsmu l-fruntiera. Izda minn wara l-attakk terroristiku tad-9 ta’ Settembru, anke dawn il-Maltin mhumiex jithallew jidhlu fl-Amerika jekk ma jkollhomx viza mahruga mill-Gvern Amerikan.
Din il-koppja nzammet ghal sighat twal minn ufficjal ta’ l-immigrazzjoni milli jidhlu fl-Amerika minkejja li r-ragel huwa cittadin Kanadiz u l-qraba ta’ martu huma cittadini Amerikani. Ghaldaqstant dan is-sors qieghed jistaqsi ghala l-Maltin ghadhom obbligati li jkollhom il-viza qisna xi poplu mimli bit-terroristi.
Mill-25 pajjiz membru ta’ l-UE, il-Grecja u s-Slovenja flimkien ma’ Malta li c-cittadini rispettivi taghhom huma obbligati li jkollhom viza biex jidhlu l-Amerika. Meta fit-13 ta’ Ottubru 2005 il-Prim Ministru Gonzi lltaqa’ ma’ l-President Bush fil-White House, Dr Gonzi kien qal li waqt din il-laqgha kien hemm zvilupp gdid fejn il-Gvern Malti nghata ‘Road Map’ li ghandha twassal biex il-hrug ta’ viza ghal dawk li ghandhom passaport Malti ma jkunx hemm bzonnha iktar.
Jidher li din it-triq hija hafna aktar twila minn dik li provaw jaghtu l-impressjoni l-Prim Ministru Gonzi u l-President Bush.
Ufficjal fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, li ghal ragunijiet ta’ sigurtà mhux qieghdin nizvelaw ismu, ammetta ma’ din il-gazzetta li l-Gvern Amerikan jidher li mhux se jiccaqlaq mill-pozizzjoni tieghu dwar it-tnehhija tal-viza ghall-Maltin u dawk li ghandhom passaport Malti. Ir-ragunijiet ewlenini huma r-rabta li Malta ghandha mal-Libja kif ukoll id-dhul ta’ l-immigranti llegali f’Malta li kollha jigu Malta minghajr ebda dokumenti.
“Il-hazin huwa li filwaqt li l-Gvern Amerikan qieghed jistmana daqs li kieku ahna terroristi, il-Gvern Malti jibqa’ jhalli l-bieb miftuh berah ghall-Amerikani”, qalilna dan l-ufficjal.
Huwa kompla jghid li l-Amerikani jahsbu li jisthgu jiddettaw lid-dinja kollha. Jahsbu li minghajr l-Amerika d-Dinja tieqaf u li kulhadd irid ibaxxi rasu u jilaqhom. Jghidu li huma mhumiex terroristi u ma joqtlu lil hadd. “Bizzejjed ihares lejn l-istorja ta’ l-Amerika u jara kemm mietu Amerikani fil-Vjetnam u fil-prezent fl-Iraq.
Dan l-ufficjal forsi laqat il-musmar fuq rasu meta qalilna – “Wasal iz-zmien li l-poplu Malti jigi stmat minn kulhadd. Mhux ghax zghar kulhadd irid jaghmel bina li jrid. Jekk l-Amerikani lilna l-Maltin ma jafdawnix, allura l-istess ghandu jaghmel il-Gvern Malti u jibda jitlob il-viza lil kull Amerikan li jrid jigi Malta.
Immagina li jkun hemm xi hadd li lilek f’wiccek jghidlek li ma jafdakx f’daru izda meta jaqbad u jidhol f’darek u jippretendi li sservih u minn fuq tghidlu grazzi talli gejt, ejja oqghod”.

Labels:

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007




Erba’ zghazagh l-isptar
wara accident tat-traffiku
Iz-zewg sewwieqa fil-periklu tal-mewt
Minn JOHN PISANI

• Zewg sewwieqa ddahhlu l-Isptar San Luqa fil-periklu tal-mewt filwaqt li zewg passiggieri sofrew griehi mhux gravi hafna f’accident tat-traffiku f’Ghajn Dwieli, limiti ta’ Rahal Gdid tard nhar il-Gimgha fil-ghaxija.
L-accident sehh ftit qabel id-9.00 p.m. fin-nizla ta’ Ghajn Dwieli qabel id-dahla tat-Tarzna ta’ Bormla. Zewg karozzi, Ford Escort misjuqa Jonathan Meilak ta’ 21 sena mill-Kalkara u Hyundai Pony misjuqa minn Jean Paul Grogan wkoll ta’ 21 sena u mill-Kalkara, habtu b’impatt qawwi head-on.
Minn stharrig li sar irrizulta li l-Ford Escort kienet sejra fid-direzzjoni ta’ Rahal Gdid filwaqt li l-Hyundai Pony kien nizel lejn Bormla. Mad-daqqa iz-zewg karozzi spiccaw iharsu fid-direzzjoni opposta tant li ghall-ewwel il-Pulizija hasbu li kienu sejrin bil-kontra. Flimkiena ma’ Meliak fl-Escort kien hemm tfajla ta’ 16-il sena mill-Kalkara filwaqt li anke Grogan kellu mieghu tfajla ta’ l-istess eta’ izda mill-Fgura.
Fuq il-post waslu l-membri tal-Protezzjoni Civili flimkien ma’ zewg ambulanzi bit-tim ta’ l-ERT akkumpanjati bl-infermieri. Filwaqt li z-zewg tfajliet hargu wehidhom minn qalb it-tifrik, iz-zewg sewwieqa nqabdu taht l-isterring. It-tim tas-salvatagg kellhom bicca xoghol iebsa biex johorgu liz-zewg sewwieqa minn qalb it-tifrik taz-zewg karozzi. It-triq inghalqet ghat-traffiku miz-zewg direzzjonijiet mill-Pulizija tat-Traffiku asistiti mill-Gwardjani Lokali. Minn naha ta’ fuq ta’ Ghajn Dwieli kull ma kienu jidhru kienu diversi fire engines, zewg ambulanzi u karozzi tal-Pulizija u folla ta’ nies isegwu l-operazzjoni ta’ salvatagg. Uhud minn nies li ngabru biex jaraw x’gara f’hin minnhom anke dehru jfixklu l-hidma tat-tim tas-salvatagg, tat-tobba u l-Pulizija.
Filwaqt li Grogan deher li kien mitluf minn sensih, Meilak instema’ jokrob bl-ugiegh. Kif Meilak inhareg mill-karozza mfarka u tpogg fuq stretcher, dehru jersqu lejh xi qraba li pruva jikkalmawh. Iz-zewg sewwieqa nhargu minn qalb it-tifrik fi spazju ta’ ftit minuti bejniethom tant li tpoggew fl-istess ambulanza u ttiehdu lejn l-Isptar San Luqa filwaqt li z-zewg tfajliet ittiehdu f’ambulanza ohra.
Mill-isptar irrizulta li z-zewg sewwieqa kienu fil-periklu tal-mewt filwaqt li t-tfajliet sofrew griehi hfief.
B’dan l-accident gie informat il-Magistrat Dr Lawrence Quintano li ordna inkjesta. Huwa hatar diversi esperti fosthom lill-espert tekniku Joe Zammit, lill-Perit Richard Aquilinja, lil Dr Stefan Filletti u lill-espert forensiku Dr Mario Scerri flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija.
L-istharrig tal-Pulizija tmexxa mill-Ispettur Anthony Cassar flimkien mas-Surgent Carmel Bonello mill-Ghassa ta’ Bormla. Ghal xi hin maru ukoll fuq il-post ta’ l-accident l-Ispettur Joseph Hersey mit-Taqima tat-Traffiku.

Labels:

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007


Zaghzugh fil-periklu tal-mewt
Baqa’ diehel bir-rota f’genb ta’ vann
Minn JOHN PISANI


• Zaghzugh ta’ 17-il sena minn Birkirkara jinsab fil-periklu tal-mewt kawza ta’ griehi li sofra meta baqa’ diehel f’genb ta’ vann Ford Transit.
L-accident sehh nhar il-Gimgha ghal habta tal-4.45 p.m. f’salib it-toroq ta’ Triq B. Bontadini u Triq il-Knisja l-Qadima f’Birkirkara. Dak il-hin iz-zaghzugh kien qed isuq rota zghira niezel minn Triq il-Knisja l-Qadima fid-direzzjoni ta’ salib it-toroq. Dak il-hin minn Triq Bontadini sejjer fid-direzzjoni tal-grawnd ta’ l-Infetti kien gej vann Ford Transit misjuq minn ragel ta’ 47 sena wkoll minn Birkirkara. Kif il-vann wasal f’nofs salib it-toroq, is-sewwieq sema’ hoss man-naha tax-xellug.
Ir-ragel waqaf mill-ewwel u kif hareg mill-vann tieghu ra zaghzugh fl-art u rota hdejh. Mieghu kien hemm zewg zghazagh ohrajn li kif raw lil siehibhom ma’ l-art dehru xxukkjati.
Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier li hadet liz-zaghzugh l-Isptar San Luqa fejn gie ezaminat minn Dr Michael Spiteri ta’ l-ERT li ccertifika li z-zaghzugh kien qieghed isofri minn griehi gravi u fil-periklu tal-mewt.
B’dan l-accident gie informat il-Magistrat Dr Lawrence Quintano li mar fuq il-post u mexxa l-access. Huwa kellem liz-zewgt ihbieb tal-vittma li rrakkontawlu x’raw. Bhala esperti nhatru l-Perit Richard Aquilina u t-Tekniku Joseph Zammit. L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Kevin Farrugia flimkien mas-Surgent Antoine Zammit mill-Ghassa ta’ Birkikara.

Labels:

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007


Serq bla razan
Aktar minn Lm2,000 f’erba’ serqiet
Minn JOHN PISANI

• Il-lista ta’ vittmi tal-hallelin qieghda tkompli tizdied fejn f’dawn l-ahhar jiem seba’ persuni sfaw misruqin f’erba’ serqiet separati. U l-hallelin mhux biss flus qieghdin jisirqu izda wkoll fniek u oggetti ohrajn.
Nhar is-Sibt ghal habta tas-7.00 a.m. erba’ rahhala mill-Mosta li ghandhom ir-razzett fi Triq Ganni Vella fil-Mosta stess sabu li hallelin dahlulhom fir-razzett taghhom u minn serqu 168 fenek u zewg gaggeg tat-tigieg li b’kollox jiswew madwar Lm600.
Serqa ohra saret minn post tal-Gvern fejn qabel kien hemm l-istazzjon tar-radju Deutche Welle f’Delimara limiti ta’ Marsaxlokk. Kien l-ghassies li nduna bis-serqa meta sab sgass. Minn hemm il-hallelin serqu Lm1,100 fi flus u aktar minn Lm800 f’oggetti ta’ l-agrikoltura.
Fil-Fgura, anzjan ta’ 67 sena meta nhar is-Sibt ghal habta tat-3.00 a.m. meta rritorna d-dar sab ukoll sgass fid-dar tieghu. Minn hawn il-hallelin serqu Lm150 fi flus u madwar Lm500 f’oggetti tad-deheb.
U anzjana minn San Gwann, li nhar il-Hamis li ghadda ghalqet 75 sena, sfat vittma ta’ zewg hallelin meta kienet fit-triq sejra tisma’ quddiesa. Kienu ghal habta tas-6.00 a.m. ta’ nhar is-Sibt ukoll meta l-anzjana kienet fi Triq Bella Vista f’San Gwann meta z-zewg kriminali gew minn quddiem u wiehed minhom hatfilha l-basket u l-iehor imbuttaha fl-art. Fil-basket l-anzjana kellha Lm40 fi flus u dokumenti personali. Il-mara sofriet diversi grif u tbengil.
L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Pulizija tad-Distretti rispettivi fejn sehhew is-serqiet.

Labels:

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007


Nirien jeqirdu fabbrika fil-Kalkara
Minn JOHN PISANI

• Fabbrika li tinsab fil-Qasam Industrijali ta’ Rikasli fil-Kalkara, li ttiehdet minghand is-sidien taghha madwar sena ilu, inqerdet kawza ta’ nirien li hakmuha nhar il-Gimgha wara nofs in-nhar.
Kienu ghal habta tas-2.00 p.m. li dhahen kbar u suwed dehru minn diversi nhawi. Kif inghata l-alarm li kien hemm fabbrika qieghda tiehu n-nar marru fuq il-post il-Pulizija kif ukoll membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u ambulanza b’infermier. Irrizulta li nirien kbar hakmu l-fabbrika ‘Eurochemy’ jew kif kienet maghrufa ahjar bhala l-fabbrika tal-Fà li kienet timmaniffatura sapun, deodorants u oggetti simili.
Minkejja li fil-fabbrika ma kien hemm hadd, f"mahzen fl-istess fabbrika kien mimli b’bottijiet ta’ l-isprej kif ukoll diversi tankjiet mimlijin b’kimika u materjal iehor. Wara li l-fabbrika kienet ittiehdet mill-Malta Industrial Parks, il-makkinarju kien tnehha.
In-nirien tferxu fi ftit minuti fejn anke kultant hin bdew jinstemghu bhal spluzjonijiet zghar li kienu kkawzati mill-bottijiet ta’ l-isprej u x’aktarx mill-kimika wkoll. Is-shana tremenda kkawzat ukoll hsarat fl-istruttura tal-bini fejn planki tas-saqaf cedew.
Peress li l-fabbrika ma kinitx qieghda tintuza, f’dan l-istadju l-Pulizija mhix teskludi li n-nirien tqabbdu minn xi vandali. Is-Supretendent Ray D’Anastas flimkien ma’ l-Ispettur Alex Grech mill-Ghassa ta’ Bormla qieghdin jinvestigaw il-kaz filwaqt li l-Magistrat Dr Lawrence Quintano ordna inkjesta u hatar lill-Perit Richard Aquilina u lill-Professur Alfred Vella bhala esperti tal-Qorti flimkien ma’ l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.
Sadanittant il-Hadd filghodu sar l-access fuq il-post.

Labels:

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007


Tinqabad kwantità ta’ droga
kokaina f’Hal Qormi
Minn JOHN PISANI

• L-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga mmexxija mill-Assistent Kummissarju Paul Debattista u s-Supretendent Neil Harrison kompliet b’aktar qabdiet ta’ droga li kienet lesta biex tigi traffikata.
Wara diversi jiem ta’ stharrig u sorveljanza kemm qrib id-dar ta’ ragel, Owen Zammit ta' 31 sena minn Hal Qormi, kif ukoll il-movimenti tieghu f’certi lokalitajiet, nhar il-Gimgha l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga waqfu lir-ragel meta dan kien bil-karozza tieghu.
Fi tfittxija li ghamlu l-Pulziija sabu mohbija fil-vettura tieghu numru ta’ pakketti mimlijin bid-droga kokajina, li kienu lesti biex ikunu traffikati.
Minhabba suspetti ragonevoli li kellhom il-Pulizija wara jiem ta’ sorveljanza, l-istess investigaturi ghamlu tfittxija ohra intensiva fil-garaxx tar-ragel f’Hal Qormi. Din it-tfittxija rrizultat fil-pozittiv fejn instabet aktar droga kokajina kif ukoll mizien.
Il-Magistrat tal-Ghassa, Dr Lawrence Quintano, gie informat bis-sejba u ordna inkjesta u anke hatar diversi esperti.
Sadanittant il-Hadd filghodu l-Pulizija resqu lil Zammit il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr Michael Mallia u akkuzawh bil-pussess tad-droga. Huwa baqa' jinzamm taht arrest preventiv fil-Habs ta' Kordin.

Labels:

Thursday, January 18, 2007

Il-Hamis, 18 ta' Jannar 2007


Prigunier jammetti li hedded
lid-Direttur tal-Habs
Minn JOHN PISANI

• Stephen Spiteri ta’ 24 sena mill-Gzira, li bhalissa jinsab taht arrest preventtiv, ammetta li hedded lid-Direttur tal-Habs.
Nhar l-Erbgha l-Ispettur Frans Micallef ressaq lil Spiteri l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr Antonio Mizzi u akkuza li fit-23 ta’ Novembru 2006 ghal habta tal-5.00 p.m. hedded lid-Direttur tal-Habs, is-Supretendent Sandro Gatt, meta dan kien fil-Facilità Korettiva ta’ Kordin.
Assistit mill-Avukat Michael Sciriha, l-akkuzat ammetta l-akkuzi migjuba kontrih u nghata sentenza ta’ hamest ijiem detenzjoni.

Labels:

Il-Hamis, 18 ta' Jannar 2007


Prova jahrab mill-FAM
Girja ta’ 40 minuta wara powerboat
Minn JOHN PISANI

• Ragel ta’ 29 sena minn San Pawl il-Bahar tard nhar it-Tlieta wara nofs inhar kien segwit ghal madwar 40 minuta mill-Forzi Armati kemm mill-ajru kif ukoll mill-bahar bejn San Pawl il-Bahar u Kemuna.
Kienu ghal habta tal-5.10 p.m. meta Patrol Boat tal-FAM innutaw power boat vjola fil-fliegu ta’ bejn Malta u Ghawdex. Hekk kif dak li kien fuqha nduna bil-prezenza tal-Patrol Boat zied fil-velocità u dan qajjem suspett fis-suldati tat-Taqsima Marittima. Ghaldaqstant intalbet aktar ghajnuna fejn fl-inhawi waslu helikopter u ajruplan Islander tal-FAM kif ukoll il-lanca Melita I li flimkien mal-Patrol Boat P24 komplew isegwu l-powerboat.
Minn hawn bdiet girja sfrenata fejn is-sewwieq tal-powerboat deher jigbed fid-direzzjoni ta’ Ghawdex izda kif lehqu l-helikopter dawwar ir-rotta u mar lejn Kemmuna fejn wara qasam ghan-naha tal-bajja tal-:nejna. Izda malajr rega’ bdielu x’aktarx minhabba avventura xejn sabiha li kien ghadda minha sentejn ilu. Segwit il-hin kollu bil-helikopter u ajruplan u bil-P24 u l-Melita I jaghlqulu kull possibilità li jkompli jahrab, minkejja armat b’zewg makni outboard ta’ 250hp-il wiehed u mutur iehor ta’ 200hp, is-suspettat irrassenja ruhu u dahal lejn Bugibba.
Fl-istess hin minn fuq l-art il-Pulizija kienu lesti ghalih fejn hekk kif dahal f’San Pawl il-Bahar marru jistennewh hdejn il-pont li hemm qrib l-istabbiliment Gillieru. Kien hawn li r-ragel waqaf fejn fuq il-post deher ukoll l-allegat sid tal-powerboat, ragel ta’ 30 sena mill-Marsa li xi snin ilu kien arrestat f’Ragusa b’konnessjoni ma’ allegat gar ta’ klandestini.
Kif il-powerboat dahlet fil-Port ta’ San Pawl baqghet tigi segwita mill-qrib mill-membri tal-FAM u hekk kif trakka mal-moll sab lill-Pulizija tal-Qawra mmexxija mis-Surgent Johann Said jistennewh.
Aktar tard il-powerboat u dak li kien fiha ttiehdu l-bazi Marittima tal-FAM f’Xatt it-Tiben fejn hemmhekk sabu l-Pulizija tal-Belt immexxija mill-Ispettur Pierre Micallef Grimaud biex jassistu lill-membri tal-FAM. Minn tfittxija li saret fuq il-powerboat ma nstab xejn illegali. Fil-fatt il-Pulizija sabu 16-il landa mimlija bi 30 litru petrol kull wahda u xi skieken li jintuzaw ghal sajd taht il-bahar.
Minn aktar stahhrig li kompla jaghmel l-orizzont jirrizulta wkoll li r-ragel li kien fuq il-powerboat kellu kaz iehor mal-FAM fil-bidu tas-sena 2004 fejn dakinhar anke gew sparati xi tiri biex l-allegat suspettat twaqqaf fil-:nejna.
Peress li l-ewwel post li twaqqaf kien f’San Pawl il-Bahar l-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Therese Sciberras mill-Ghassa tal-Qawra.

Labels:

Sunday, January 14, 2007

It-Tnejn, 15 ta' Jannar 2007


Tkompli l-hdima tal-Pulizija tal-Mobile
Sfrattati zewg serqiet
fi ftit minuti
Minn John Pisani

Wara li nhar is-Sibt membri mill-Iskwadra tal-Pulizija tal-Mobile salvaw il-hajja ta’ missier u iben, nhar il-Hadd fi spazju ta’ ftit minuti l-istess membri tal-mobile sfrattaw zewg serqiet b’wahda minnhom li seta’ kellha konsegwenzi gravi fin-Naxxar u fil-Mosta.
Ghal habta tat-3.00 p.m. tfajla ta’ 15-il sena li kienet id-dar wehidha fi Triq San gorg fin-Naxxar semghet il-qampiena tal-bieb izda peress li kienet wehida ittawlet permezz tas-sistema tas-sigurta’ u rat zaghzugh li ma kinitx tafu u ghalhekk ma fethitx. Ftit wara rega’ daqq il-qampiena u din id-darba meta ttawlet rat li kien hemm zewg zghazagh.
Kif dawn raw li hadd ma rrisponda assumew li ma kien hemm hadd id-dar u ghalhekk bdew biex jisgassaw il-bieb. It-tfajla kienet pronta u cemplet lill-Pulizija filwaqt li marret tistahba fuq il-bejt. Sakemm iz-zewg hallelin kienu ghadhom qieghdin jippruvaw jisgassaw il-bieb, waslet fuq il-post unit tal-Mobile. Kif iz-zewg suspettati indunaw bil-prezenza tal-Pulizija harbu minn fuq il-post. Wiehed minnhom inzamm minnufih izda l-iehor harab bil-Pulizija jigru warajh. F’hin minnhom dan waqaf, dar lejn il-Pulizija u dahhal idu fil-but biex jipprova johrog xi haga. Kien hawn li l-Pulizija sparaw tiri fl-ajru u wissew liz-zaghzugh biex johrog idejh mill-but u jieqaf, izda minflok dan rega’ dar u harab fid-direzzjoni tal-wied. Ghal darb’ ohra l-Pulizija kienu kostretti jisparaw tir iehor izda l-halliel kompla jahrab sakemm inzamm mill-Pulizija iehor. Fl-inhawil-Pulizija sabu wkoll karozza Suzuki li allegatament kienu qieghdin jaghmlu uzu minnha z-zewg suspettati.
Iz-zewg suspettati, wiehed ta’ 32 sena minn Bormla u l-iehor ta’ 20 sena mill-Isla, huma maghrufin mal-Pulizija. Fuq il-persuna ta’ dan ta’ l-ahhar il-Pulizija sabu par ingwanti li x’aktarx kien se juza biex iwettaq is-serqa. Huma ttiehdu d-Depot tal-Pulizija fejn qieghdin jigu investigati mill-Ispettur Geoffrey Azzopardi mid-DIK.
Sadanittant aktar tard il-Pulizija kienu informati li kien hemm persuna suspettuza li x’aktarx kienet qieghda ssir serqa minn dik li qabel kienet ix-showroom ta’ l-Invicta li tinsab fil-kantuniera Triq Valletta u Triq is-Sajf fil-Mosta.
Fuq il-post marret unit tal-Mobile fejn innotat vann abjad ipparkjat fi Triq is-Sajf. Kif il-Pulizija resqu vicin ma raw lill-hadd izda huwa mifhum li xi hadd qal lill-Pulizija li kien hemm ragel li kif induna li kienu gejjin il-Pulizija lehaq harab bil-mix u halla l-vann warajh. Dan x’aktarx ghamel hekk peress li l-vann irrizulta li kien misruq. Kull ma lehaz ghamel l-allegat halliel kien li kisser hgiega minn bieb.
Fiz-zewg kazi gew ukoll informati l-Pulizija tad-Distretti rispettivi.

Labels:

It-Tnejn, 15 ta' Jannar 2007


Ikomplu jinharqu aktar karozzi
Zewg vetturi meqruda bin-nirien
Minn JOHN PISANI
• Il-mewga ta’ atti vandali fuq karozzi privati kompliet anke matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-bierah fejn zewk karozzi ohrajn inghataw in-nar.
Il-bierah ghal habta tas-1.30 a.m. l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili gew imsejha fi Triq C. De Brockdorff fl-Imsida minhabba li kien hemm zewg vetturi qieghdin jiehdu n-nar. Meta waslu sabu karozza Lancia u ohra Renault li kienu vampa nar. Jidher li l-ewwel inghatat in-nar wahda mill-karozzi u n-nirien tferxu ghal fuq l-ohra.
L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Pulizija tad-Distrett filwaqt li l-Magistrat Dr Silvio Meli qieghed imexxi inkjesta.


Girja wara Tunezin li
kien ghadu kif seraq

• Surgent, Kuntistabbli u impjegati ta’ stabbilment grew wara zaghzugh Tunezin li kien ghadu kif wettaq serqa fil-Gzira.
Il-kaz sehh nhar is-Sibt ghal habta tal-5.10 p.m. meta Owen Rodney David ta’ kwazi 60 sena ta’ nazzjonalità Ingliza u residenti Tas-Sliema kien bil-qieghda fuq siggu ma’ mejda barra l-istabbiliment ‘Chequers’ fix-Xatt tal-Gzira fil-Gzira. Dak il-hin ghadda z-zaghzugh li hataflu l-mobile u telaq jigri. Unit tal-Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile bis-Surgent Paul Cassar u PC Giancarlo Benetti raw lill-allegat halliel jahrab u xi persuni jigru warajh.
Peress li l-Pulizija kienu sejrin fid-direzzjoni opposta u minhabba raluni ta’ sigurtà ma setghux idawru kontra kif kien sejjer it-traffiku, huma telqu bil-giri warajh. Il-halliel prova jdur minn diversi toroq bil-Pulizija warajh sakemm inqabad fi Triq Colleridge. Kif is-susspettat induna li kellux fejn imur aktar, gara l-mobile li kien ghadu kif seraq fid-direzzjoni tal-Pulizija. Huwa kompla jirrezzisti u anke prova jaggredixxi lill-Pulizija.
Fuq il-post waslu ukoll l-Assistent Kummissarju Manwel Cassar mid-DIK kif ukoll unit ohra tal-Mobile li kien hemm fiha PC Kurt Zahra u PC Raymond Saliba li assistew fl-arrest. Persuni li tkellmu mat-Torca li nzertaw raw din ix-xena, qalulna li l-vittma kellu kliem ta’ tifhir ghall-Pulizija. Irrizulta li l-allegat halliel huwa Ridha Ben Mohamed, Tunezin ta’ 24 sena residenti f’Ta’ Xbiex li nghata f’idejn il-Pulizija tad-DIK fejn l-Ispettur Daniel Zammit flimkien ma’ l-A.K. Cassar qieghdin jinvestigaw din is-serqa u mistennija jressquh il-Qorti x’aktarx illum


Hidma minn Forzi Armati
Tliet zghazagh instabitilhom id-droga
u iehor salvat minn gharqa


• Nhar is-Sibt li ghadda membri tal-Forzi Armati kienu impenjati f’zewg operazzjonijiet differenti fejn tliet zghazagh gew mizmumin fuq allegat pussess ta’ droga u iehor kien salvat minn gharqa.
Stqarrija tal-FAM qalet li waqt roadblock x’imkien fic-centru ta’ Malta kienet instabet id-droga fuq tliet zghazagh wara li saret tfittxija fil-karozzi taghhom. Id-droga li nstabet kienet raza tal-cannabis u eroina.
zewg zghazagh ohrajn twaqqfu mill-istess suldati minhabba li ma kellhomx licenzja tas-sewqan ghalhekk lanqas assigurazzjoni.
F’operazzjoni ohra, il-Pulizja mill-Ghassa ta’ Tas-Sliema, talbu l-ghajnuna tal-FAM nhar is-Sibt ghal habta tad-9.25 p.m. wara li rcevew rapport li qrib Ghar id-Dud inqalbet dghajsa b’xi persuni fuqha.
Zewg turisti li kienu li kienu fil-gallarija tal-kamra taghhom fil-Lukanda Preluna innutaw li qrib il-pitch tal-waterpolo ta’ Sliema f’bahar qawwi kien hemm dghajsa maqluba.
Fuq il-post marret Patrol Boat P24 u lanca tas-salvatagg Melita I u fl-istess hin helikopter tpogga fuq alert f’kaz li jkunu hemm bzonn ta’ aktar assistenza. Meta l-membri tal-FAM waslu fil-post indikat sabu d-dghajsa maqluba u hdejha kien hemm ragel li ttella’ fuq il-lanca. Minn hemm ittiehed fil-bazi Martittima f’Xatt it-Tiben. Ir-ragel, li ghandu 37 sena u huwa mill-Birgu, qal li kien mar hemm biex jistad fuq kajjik ta’ 17-il pied meta mewga kbira qalbitu. Ghalkemm inghata parir biex jittiehed l-isptar, ir-ragel irrifjuta l-kura medika.
Is-Surgent Fabian Fleri mill-Ghassa ta’ Tas-Sliema hejja rapport ta’ l-accident. Bil-kaz gie informat l-Ispettur Malcolm Spiteri mill-istess Ghassa.

Labels: , , ,

Il-Hadd, 14 ta' Jannar 2007


Ktejjeb imqassam madwar l-Ewropa
Il-Pulizija Maltija impengija
bhala razzisti, zdingati u dilettanti

Minn JOHN PISANI

• F’hogor ta’ wahda mit-twieqi tal-Librerija Pubblika fil-Floriana hemm ktejjeb li jista’ jingabar b’xejn minn kulhadd li huwa forma ta’ komik dwar l-immigranti llegali madwar l-Ewropa. Dan il-ktejjeb suppost huwa intenzjonat biex iqajjem kuxjenza dwar il-problema ta’ dan il-fenomenu, izda fil-parti li titratta dwar Malta, l-awtur ghazel li jpingi lill-Pulizija Maltija bhala razzisti, zdingati, delettanti u li jisparaw bl-addocc lejn zaghzugh sempliciment ghax ghandu gilda sewda.
Il-ktejjeb igib l-isem “New Arrivals” (Wasliet Godda) u huwa mahrug minn ‘Africa e Mediterraneo’ u ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea. Skond l-introduzzjoni ta’ dan il-ktejjeb, it-tpingijiet saru minn artisti zghazagh minn pajjizi Afrikani li whud minnhom waslu fl-Ewropa wara li harbu minn pajjizhom. B’kollox hemm sitt stejjer li sehhew f’sitt pajjizi Ewropej fosthom f’Malta u ezattament fil-Birgu.
F’dan il-ktejjeb “il-karratri huma nies li ssib fil-hajja reali”, tghid l-introduzzjoni. Ghaldaqstant l-awturi qieghdin jaghtu lil wiehed x’jifhem li dawn l-istejjer huma reali u li jsehhu verament. Izda l-interess taghna huwa dak li nkiteb dwar Malta bit-titlu “Gio Batta, The Black Maltese Slave” (Gio Batta, l-Iskjav Iswed Malti). Din hija kitba ta’ Willy Zekid bis-suggett maghzul minn Simon Mercieca u skript ta’ Davide Barzi.
L-istorja ta’ Malta hija dwar zaghzugh Malti b’gilda sewda li jidhol fid-dar ta’ nanntu biex jistahba mill-Pulizija. Jaslu l-Pulizija Maltija armati bil-pistoli libsin uniformi zdingata. F’hin minnhom iz-zaghzugh johrog mid-dar armat ukoll u jzomm lill-nanntu quddiemu u jghid lill-Pulizija li hu ma kien ghamel xejn. Iz-zaghzugh jerga’ jidhol gewwa u nanntu tirrakkontalu dwar nannuh. Tispjegalu li huwa ghandu gilda sewda ghax nannuh kien iswed mill-Amerika u kien eroj tal-gwerra li miet jiggieled ghall-pajjizu.
Iz-zewg Pulizija jibqghu barra u kif iz-zaghzugh deher hdejn it-tieqa wiehed mill-Pulizija sparalu minghajr ebda twissija ta’ xejn. Dan il-Pulizija, impingi bhala delettanti, jibda jirtodd wara li jkun spara bl-addocc. L-istess Pulizija tpinga bin-nuccali skur tax-xemx minkejja li l-hin huwa bil-lejl, x’aktarx biex l-awtur juri li huwa Pulizija “cool”.
Iz-zaghzugh jintlaqat izda l-ferita mhix fatali. Wara li nanntu dewwietu, iz-zaghzugh ceda u kif hareg mid-dar gholla jdejh u qal lill-Pulizija li ried icedi. Hawnhekk l-awturi ta’ din l-istorja riedu jpingu l-hdura u r-razzizzmu ta’ wiehed mill-Pulizija tant li jpingu lil wiehed minnhom b’rabja kbira fuqu jipponta l-arma lejn iz-zaghzugh li ma kienx armat filwaqt li l-Pulizija l-iehor jghid lill-kollega tieghu “Sir, he says he surrenders….” (Sir, qal li ceda…). Il-kelma “Sir” tfisser li dak li ried jispara lejn iz-zaghzugh huwa ufficjal.
Kienu diversi Pulizija kif ukoll membri tal-pubbliku li kif raw dan il-ktejjeb hassewhom dizgustati. L-istess nies li tkellmu mat-Torca qalulna li jekk dan il-ktejjeb ried iwassal messagg kontra n-nuqqas ta’ tolleranza fil-konfront ta’ l-immigranti fl-Ewropa, allura l-awturi, b’mod specjali l-awtur Malti, ma kellhomx ghalfejn ipingu lill-Pulizija Maltija bhala razzisti u li jisparaw bl-addocc ghal kul min ghandu gilda sewda. Forsi l-awturi ghazlu li jaghmlu forma ta’ komik ghax riedu jkomplu jirridikolaw lill-Pulizija ta’ Malta li l-mod kif jahdmu huma biss tal-“komiks”, qalulna s-sorsi.
Sfortunatament izda dan il-komik ma tqassamx hawn Malta biss izda madwar l-Ewropa. Hija tal-misthija kif il-Gvern Malti, b’mod specjali l-Ministru ta’ l-Intern Tonio Borg responsabbli mill-Pulizija kif ukoll il-Minstru Louis Galea responsabbli mill-Librerija, hallew dan il-ktejjeb ghaddej qisu xejn mhu xejn u fuq kollox jitqassam fil-Librerija tal-Gvern. Dan il-ktejjeb sar ukoll bil-kollaborazzjoni tal-Mediterranean Institute ta’ l-Università ta’ Malta.
Kumment li taghna ufficjal gholi fil-Korp tal-Pulizija kien li “mhux ta’ b’xejn illum lanqas it-tfal ta’ l-iskola ma jistmawna. B’dan il-velenu kontra taghna mil-Librerija Pubblika?”.

Labels:

Il-Hadd, 14 ta' Jannar 2007


Intervent f’waqtu mill-Pulizija
Salvata l-hajja ta’ missier u ibnu
Minn JOHN PISANI

• Kien intervent f’waqtu tal-Pulizija tal-Mobile li salvaw il-hajja ta’ missier u ibnu ta’ erba’ snin li f’mument hazin kien se jaqa’ minn fuq l-irdumijiet ta’ l-Ahrax tal-Mellieha.
Nhar is-Sibt ghal habta tas-1.30 a.m. l-Pulizija rcevew telefonata minghand mara ta’ 26 sena minn H’Attard li b’xokk fuqha talbithom l-ghajnuna wara li rceviet messagg fuq il-mobile minghand zewgha. Il-mara qalet lill-Pulizija li zewgha kien ha lil binhom ta’ erba’ snin u li kien sejjer lejn l-Ahrax tal-Mellieha u ma kinitx taf l-intenzjonijiet tieghu.
Fl-inhawi marret unit tal-Mobile fejn instabet il-karozza qrib l-irdumijiet u fiha kien hemm ragel ta’ 29 sena u ibnu ta’ erba’ snin. Il-Kuntistabbli Ryan Farrugia u Mark Cremona kienu l-ewwel ma waslu u kif indentifikaw il-karozza, li kienet madwar 15-il metru minn xifer l-irdum bejn il-Kappella u l-istatwa tal-Madonna, hadu l-prekawwzjonijiet kollha mehtiega fosthom billi imblukkaw il-karozza biex ma tkunx tista’ tinsaq ’il quddiem.
Fi ftit minuti waslu aktar Pulizija mill-istess skwadra tal-Mobile mmexxija mill-Ispettur Anthony Agius u s-Surgent Paul Cassar kif ukoll dawk tad-Distrett immexxija mis-Surgent Patrick Cassar. Bil-kelma t-tajba u b’mod professjonali, il-Pulizija irnexxielhom jipperswadu lir-ragel biex jinzel mill-karozza. Wara xi hin il-missier ceda u ttiehed f’karozza tal-Pulzija.
Fuq il-post marret ukoll il-mara li hadet lil binha li b’xorti tajba ma kienx jaf x’kien qieghed jigri peress li kien rieqed fuq is-seat ta’ wara.

Labels:

Il-Hadd, 14 ta' Jannar 2007


Sgass f’Exchange Bureau f’Ghawdex
Misruqin aktar minn Lm7,000
Minn JOHN PISANI

• Hallelin li kellhom il-kumdità kollha biex iwettqu serqa, sabuha facli jisirqu aktar minn Lm7,000 fi flus Maltin u barranin.
Nhar is-Sibt ghal habta tad-9.30 a.m. sid il-fergha “Cremona Exchange Bureau” li tinsab fi Pjazza Savina fir-Rabat Ghawdex, mar biex jiftah il-post u nnota li l-katnazz tal-bieb ta’ barra kif ukoll il-bieb kienu sgassati. Ir-ragel, li ghandu 62 sena mir-Rabat stess, cempel lill-Pulizija fejn fuq il-post marru dawk mill-Ghassa ta’ Victoria mmexxija mis-Supretendent Mario Bonello u l-Ispettur Josric Mifsud. Minn stharrig li ghamlu l-Pulizija rrizulta li l-hallelin dahlu fil-post f’xi hin bejn nhar il-Hamis, 11 ta’ Jannar u l-bierah. Kif dahlu bdew iqalbu xi kxaxen sakemm sabu c-cavetta tas-safe minn fejn serqu aktar minn Lm7,000 fi flus Maltin u diversi flus barranin.
B’din is-serqa gie informat il-Magistrat Dr Tonio Micallef Trigona li ordna inkjesta u hatar diversi esperti tal-Qorti biex ihejju r-rapporti taghhom.

Labels:

Il-Hadd, 14 ta' Jannar 2007


It-tfajla li tilfet it-tarbija
Il-kampjun ta’ l-awrina
thalla fil-frigg tal-Habs
Minn JOHN PISANI

• L-istorja tat-tfajla ta’ 24 sena li tilfet it-tarbija meta kienet taht arrest preventiv, kompla jigi investigat matul din il-gimgha. It-Torca tinsab f’pozizzjoni li tizvela li hadd ma kien jaf li t-tfajla kienet tqila ghax qatt ma saru l-ezamijiet fuq l-awrina tat-tfajla hekk kif iddahlet fil-Habs ta’ Kordin. It-Torca ghandha wkoll aktar informazzjoni dwar dan il-kaz li huma sensittivi hafna.
Din il-gazzetta kompliet tistharreg dan il-kaz u ghalkemm l-Awtoritajiet ma setghux jitkellmu minhabba diversi ragunijiet, sorsi qrib il-Ministeru tas-Sahha tkellmu maghna. Bhal ma digà gie ppubblikat fil-harga ta’ it-Torca tal-Hadd li ghadda, it-tfajla kienet iddahlet il-Habs ta’ Kordin fis-27 ta’ Dicembru 2006 b’konnessjoni ma’ allegat pussess u traffikar tad-droga. Bhala procedura kull persuna li tiddahhal il-Habs barra tfittxija estensiva fuq il-persuna, is-suspettat ikun ordnat jaghti kampjun ta’ l-awrina biex isiru ezamijiet medici.
Dakinhar li t-tfajla ddahlet fil-Facilità Korettiva ta’ Kordin din il-procedura saret b’mod normali. Izda l-persuna responsabbli li kellha tiehu l-kampjun ta’ l-awrina l-Isptar San Luqa ghall-ezamijiet mehtiega, halliet dan il-kampjun fil-frigg u t-testijiet ma sarux. Peress li t-tfajla tabbuza mid-droga, mhux l-ewwel darba li c-ciklu menstruwali ma jkunx regolari u ghalhekk ma kinitx taf jekk kinitx taf jekk it-tahwid kienx minhabba d-droga jew ghax kienet tqila.
Meta t-tfajla ttiehdet l-Isptar Monte Carmeli biex tinghata l-Metadone u l-kura mehtiega, hadd mit-tobba u l-infermiera, kif ukoll it-tfajla stess, ma kienu jafu li l-priguniera kellha madwar tliet xhur tqala. Anke meta t-tfajla llmentat minn ugiegh fl-istonku u f’zaqqha, jiem wara l-arrest, huwa mifhum li t-tabib u l-infermiera ssuspettaw li kien biss ugiegh normali u mhux li t-tfajla kienet qieghda tkorri. Tul dawn il-granet il-kampjun ta’ l-awrina thalla fil-frigg u baqghu ma saru ebda testijiet kif suppost kellu jsir.
Il-konsegwenzi ta’ dan in-nuqqas komplew jikkomplikaw peress li meta t-tfajla kienet fl-Isptar Monte Carmeli, ma nghatax id-doza tal-Metadone li kellha tinghata li kieku kienu jafu li t-tfajla kienet qieghda ggorr tarbija.
Kien nhar it-Tlieta, 2 ta’ Jannar li t-tfajla ttiehdet b’emergenza l-Isptar San Luqa meta l-ugiegh f’zaqqha komple jizdied. Is-sorsi qalulna li x’aktarx li l-ewwel kura li nghatat kienet dik li tinghata lil dawk li jabbuzzaw mid-droga u gisimhom ikun irid dik id-doza. Dawn is-sintomi huma maghrufin bhala “drug withdrawal”. Qieghed jinghad ukoll li kien hemm min haseb li dan l-ugiegh f’zaqq it-tfajla seta’ kien biss minhabba li ma setghetx tipporga u ghalhekk ittiehdet fit-toilet biex tipprova. Kien hawn li t-tfajla tilfet it-tarbija tant li kienet infermiera li ndunat u gabret il-fdalijiet tat-tqala mit-toilet u ttiehdu fil-laboratorju ghal aktar ezamijiet.
Persuni qrib il-Habs ta’ Kordin qalulna li kieku saru l-ezamijiet ta’ l-awrina imqar l-ghada li t-tfajla ddahlet il-Habs, x’aktarx li t-tobba kienu jsalvaw din it-tqala.
George Busuttil, is-Segretarju ta’ l-Ghaqda Mid-Dlam ghad-Dawl, qal lit-Torca li bhala ghaqda s’issa ghadhom mhux sodisfatti mill-istqarrija tal-ministeru u qeghdin jistennew bil-herqa ir-rizultat ta’ l-investigazzoni li qieghed jaghmel il-Prison Board. Busuttil qalilna li l-ghaqda tittama li din l-investigazzjoni ma tiehux fit-tul.

Labels:

Thursday, January 11, 2007

Il-Gimgha, 11 ta' Jannar 2007


Mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla
Serqu flus li kienu
depozitati aktar kmieni
Minn John Pisani

Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Bormla qieghdin jinvestigaw serqa li saret mill-Ufficini tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla minn fejn insterqu flus li kienu ghadhom kif gew iddepozitati.
Meta l-Hamis ghal habta tat-7.45 a.m. is-Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla, Brian Loffreda, mar biex bhas-soltu jiftah il-Kunsill, innota li kien hemm xi taqlib fl-ufficcju. Huwa cempel lill-Pulizija fejn fuq il-post marru dawk mill-Ghassa ta’ Bormla mmexxija mill-Ispettur Anzjan Anthony Cassar.
Minn stharrig li ghamlu l-Pulizija rrizulta li l-hallelin dahlu fil-post billi sgassaw tieqa u wara kissru l-hgieg ta’ tieqa ohra. Il-hallelin qalbu diversi kxaxen u minn wiehed minn dawn il-kxaxen sabu kaxxa li fiha kien hemm Lm200. Huwa mifhum li dawn il-flus kienu gew depozitati minn kuntrattur ghal permess biex ikun jista’ juza l-krejn ghal xoghol li kien imqabbad jaghmel.
L-ufficjali tax-Xena tar-Reat elevaw xi marki kemm tas-swaba’ kif ukoll ta’ zraben li nstabu fuq l-iskrivanja u minn fuq oggetti ohrajn. Il-Magistrat ta’ l-Ghassa, Dr Michael Mallia, gie informat u ordna inkjesta kif ukoll hatar lill-Perit Vincent Giliberti bhala espert tal-Qorti.
Din ma kinitx l-ewwel darba li l-Ufficcju tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla safa l-mira tal-hallelin.

Labels:

Il-Gimgha, 12 ta' Jannar 2007


Jammetti li seraq
zewg turisti f’lukanda

Minn JOHN PISANI


Membru tas-sigurtà li jahdem fil-Lukanda Topaz f’San Pawl il-Bahar kien strumentali biex solva serqa wara li wiehed mill-impjegati fl-istess lukanda deher suspettuzi bil-movimenti tieghu.

Nhar l-Erbgha ghal habta tas-7.00 p.m. l-membru tas-sigurtà innota lil Jonathan Stewart ta’ 21 sena minn Rahal Gdid johrog mil-lukanda u jmur jahbi xi haga hdejn sigra fi Triq Censu Tanti. Meta l-istess membru tas-sigurtà kompla jinvestiga sab li l-impjegat kien heba zewg DVD players.

Ghaldaqstant huwa informa lill-Pulizija tal-Qawra li marru jinvestigaw u anke arrestaw lil Stewart. Minn aktar stharrig, li tmexxa mill-Ispettur Anzjan Paul Bond, irrizulta li l-impjegat kien wettaq zewg serqiet minn zewg kmamar separati tal-lukanda. Mill-kamra ta’ Vincent Matthews seraq wiehed mid-DVD players filwaqt mill-kamra ta’ Trevor Howard Wilde seraq DVD player iehor u mobile tal-marka Motorola. Dan il-mobile instab mohbi f’kaxxa tax-xorb li hemm f’wiehed mill-kuriduri tal-lukanda. Minn aktar stharrig irrizulta li Stewart dahal fil-kmamar permezz ta’ ‘master key’.

Il-Hamis l-Ispettur Bond ressaq lil Jonathan Stewart quddiem il-Magistrat Dr Antonio Mizzi u akkuzah biz-zewg serqiet. Iz-zaghzugh ammetta l-akkuzi migjuba kontrih u nghata sentenza ta’ sena probation. Stewart kien assistit mill-Avukat Chris Cardona.

Labels:

Wednesday, January 10, 2007

Il-Hamis, 11 ta'Jannar 2007


Haddiem barrani jaqa’ zewg sulari

Minn BRANDON PISANI


Haddiem barrani, x’aktarx ta’ nazzjonalità Libjana, l-Erbgha wara nofs in-nhar iddahhal ghal kura fl-Isptar San Luqa wara li waqa’ minn gholi ta’ zewg sulari f’sit li ghadu fi stadju ta’ kostruzzjoni fil-Hamrun.

L-accidenti sehh ghal habta tas-2.00 p.m. fi Triq Danny Cremona. Jidher li l-haddiem kien qieghed jahdem fil-hames sular fuq fallakka li kienet bejn zewg galleriji mikxufin. F’hin minnhom il-fallakka nqasmet bil-konsegwenza li l-haddiem baqa’ nizel gholi ta’ zewg sulari u spicca fil-bitha. Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier mill-Isptar San Luqa, izda x’hin it-tim mediku wasal fuq il-post sabu li minhabba li t-tarag huwa dejjaq ma setghux inizzlu lill-haddiem wahedhom u kellha tissejjah l-ghajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.

Il-haddiem ittiehed l-Isptar San Luqa fejn b’xorti tajba nstab li kien qieghed isofri minn griehi hfief. Bil-kaz gew informati wkoll il-Pulizija mill-Ghassa tal-Hamrun.

Labels:

Il-Hamis, 11 ta' Jannar 2007


Trailer jigbed tliet arbli tad-dawl


Minn BRANDON PISANI


Ghal hin twil nhar l-Erbgha wara nofs in-nahr, it-toroq li jaghtu minn Hal Kirkop, Hal Luqa, Hal Ghaxaq u Hal Far – kollha fid-direzzjoni ta’ l-ajruport - kienu iggammjati bil-vetturi, hekk kif trailer kbir ta’ kumpanija privata gibed mieghu tliet arbli tad-dawl, bil-konsegwenza li dawn tqacctu minn posthom bil-‘high tension wires’ jispiccaw fit-triq.


Kien biss b’miraklu li hadd ma wegga’ f’dan l-accident hekk kif arblu minnhom litteralment inqasam fi tnejn. Nofs l-arblu tar fl-ajru u spicca mimdud bejn zewg vetturi li kienu gejjin mid-direzzjoni ta’ Hal Kirkop, minn taht il-mina. L-accident tal-bierah sehh fejn ir-rawndabawt ta’ hdejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Minn taghrif li kiseb l-orizzont minn fuq il-post ta' l-accident irrizulta li trailer, misjuq minn ragel ta’ 59 sena minn Haz-Zebbug, kien sejjer fid-direzzjoni ta’ Hal Luqa wara li ghabba t-tghabbija enormi mill-Port Hieles. It-trailer kien skortat fuq quddiem minn Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku. Kif it-trailer dar mar-rawndabawt ta’ hdejn l-ajruport u kien se jaqbad Vjal l-Avjazzjoni Civili, fid-direzzjoni ta’ Hal Luqa, minhabba l-gholi tat-taghbija li kellu fuqu, it-trailer gibed il-‘high tension wires’ li jaqsmu t-triq u li kienu mwahhlin ma' arblu tad-dawl li hemm fuq il-bankina ghal ma’ arblu iehor li hemm fuq is-central strip. Malli l-wajer ingibed, iz-zewg arbli inqalghu minn posthom, bil-konsegwenza li dawn gibdu arblu iehor tad-dawl li nqasam fi tnejn. Minhabba li t-taghbija kienet gholja hafna, is-sewwieq tat-trailer ma kkalkulax l-gholi u l-anqas ma nduna mill-ewwel b’dak li gara.


Kienu sewwieqa ohrajn li raw l-arbli jinqalghu minn posthom li bdew idoqqu l-hornijiet u gibdu l-attenzjoni tal-Pulizija. Dan il-Pulizija u s-sewwieq tat-trailer waqfu minnufih u kif harsu lura raw dizastru shih.Fuq il-post issejhu numru kbir ta’ Pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, kif ukoll il-haddiema ta’ l-Enemalta biex inehhu l-periklu kbir li kien hemm. B’xorti tajba hadd ma wegga’ f'dan l-accident.


Il-Pulizija mill-Ghassa ta’ Birzebbuga hejjew rapport ta’ l-accident.

Labels:

Tuesday, January 9, 2007

L-Erbgha, 10 ta' Jannar 2007


Ikompli l-hruq tal-karozzi

Zewg vetturi mahruqin fi spazju ta’ nofs siegha

Minn JOHN PISANI


Il-vandali li qieghdin jaharqu karozzi matul il-lejl, li fost diversi nies saru maghrufin bhala "il-Qerda tal-Karozzi", matul il-lejl ta’ bejn it-Tnejn u l-bierah qerdu zewg karozzi ohrajn f’Ghajn Tuffieha u f’Birkirkara.

L-ewwel kaz sehh qrib fejn qabel kien hemm il-Barracks tas-suldati f’Ghajn Tuffieha fejn instabet karozza Toyota Platz li nghatat in-nar. Meta l-Pulizija mill-Ghassa tal-Mosta marru fuq il-post sabu li l-karozza kienet saritilha hafna hsara u kienu ghalxejn l-interventi mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili biex isalvaw it-Toyota.

Meta sid il-karozza wasal fuq il-post, wara li kien informat mill-Pulizija, huwa qal lill-istess Pulizija li karozza kienet insterqitlu dak il-lejl stess minn quddiem id-dar tieghu f’Haz-Zebbug izda sar jaf li l-karozza kienet nieqsa meta l-Pulizija informawh li din kienet instabet mahruqa f’Ghajn Tuffieha. Is-sid qal li fil-karozza kellu xi dokumenti personali tieghu li spiccaw inharqulu kollha.

L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz qieghed jitmexxa mill-Ispettur Therese Sciberras mill-Ghassa tal-Qawra.

Sadanittant madwar 30 minuta wara l-membri tal-Protezzjoni Civili gew imsejha biex jikkontrolaw nirien li hakmu karozza Volkswagen Jetta li kienet ipparkjat fi Triq Fonsu Maria Galea f’Ta’ Paris limiti ta’ Birkirkara. Fil-hin li l-karozza nghatat in-nar, sidha kien rieqed flimkien ma’ martu. Xi hadd mill-girien habbtilhom il-bieb u qalilhom li l-karozza taghhom kienet qieghda taqbad. Meta l-Pulizija bdew jaghmlu l-istharrig taghhom sabu oggetti suspettuzili taw indikazzjoni li l-karozza kienet inghtat in-nar apposta.

L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Ramon Mercieca filwaqt li l-Magistrat Dr Lawrence Quintano ordna zewg inkjesti separati u hatar lill-Professur Alfred Vella bhala espert tal-Qorti.

Labels:

It-Tlieta, 9 ta' Jannar 2007


Is-sena l-gdida bdiet u kompla s-serq
Misruqin b’aktar minn Lm1,400

f’apparat f’zewg serqiet
Minn John Pisani

Il-mewga ta’ serq kompliet anke fl-ewwel jiem ta’ din is-sena fejn il-Pulizija qieghdin jinvestigaw zewg serqiet li sehhew minn ufficcju tal-Gvern u minn stabbiliment u li b’kollox gew misruqin b’aktar minn Lm1,400 f’apparat.
L-ikbar serqa saret minn stabbliment li jinsab fi Triq il-Baltiku f’San Giljan u li sehhet fi tmiem il-gimgha. Hallelin dahlu f’dan il-post minn sqaq fejn sgassaw tieqa u dahlu fl-ufficcju. Minn hemm serqu laptop li jiswa’ madwar Lm850 filwaqt li minn parti ohra serqu Plasma Television li jiswa madwar Lm570. Bis-serqa ndunaw zewg impjegati meta nhar it-Tnejn ghal habta tad-9.00 a.m. marru biex jifthu l-post.
L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz qieghed jitmexxa mill-Ispettur Carlo Ellul u s-Surgent Martin Agius mill-Ghassa ta’ San Giljan.
F’kaz separat il-Pulizija mill-Ghassa tal-Belt immexxija mis-Surgent Reuben Pace wkoll bdew jinvestigaw serqa ohra mhux daqstant gravi fil-valur ghalkemm serja minhabba minn fejn sehhet. Il-kaz it-Tnejn ghal habta tal-10.45 a.m. minn wiehed mill-ufficini ta’ l-Awditur Generali li jinsab fi Triq Notredam fil-Floriana.
Wiehed mill-impjegati, ragel ta’ 34 sena minn San Gwann, hareg ghal ftit minuti mill-ufficcju tieghu u meta rritorna nnota li xi hadd kien seraqlu l-mobile tal-marka Nokia. L-uniku suspett li kien hemm kien li fil-hin li l-vittma kien nieqes mill-ufficcju, dahal ragel iehor liebes gins blu u gakketta griza u huwa twil madwar hames piedi u seba’ pulzieri.

Labels: