
Ikompli l-hruq tal-karozzi
Zewg vetturi mahruqin fi spazju ta’ nofs siegha
Minn JOHN PISANI
Il-vandali li qieghdin jaharqu karozzi matul il-lejl, li fost diversi nies saru maghrufin bhala "il-Qerda tal-Karozzi", matul il-lejl ta’ bejn it-Tnejn u l-bierah qerdu zewg karozzi ohrajn f’Ghajn Tuffieha u f’Birkirkara.
L-ewwel kaz sehh qrib fejn qabel kien hemm il-Barracks tas-suldati f’Ghajn Tuffieha fejn instabet karozza Toyota Platz li nghatat in-nar. Meta l-Pulizija mill-Ghassa tal-Mosta marru fuq il-post sabu li l-karozza kienet saritilha hafna hsara u kienu ghalxejn l-interventi mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili biex isalvaw it-Toyota.
Meta sid il-karozza wasal fuq il-post, wara li kien informat mill-Pulizija, huwa qal lill-istess Pulizija li karozza kienet insterqitlu dak il-lejl stess minn quddiem id-dar tieghu f’Haz-Zebbug izda sar jaf li l-karozza kienet nieqsa meta l-Pulizija informawh li din kienet instabet mahruqa f’Ghajn Tuffieha. Is-sid qal li fil-karozza kellu xi dokumenti personali tieghu li spiccaw inharqulu kollha.
L-istharrig tal-Pulizija f’dan il-kaz qieghed jitmexxa mill-Ispettur Therese Sciberras mill-Ghassa tal-Qawra.
Sadanittant madwar 30 minuta wara l-membri tal-Protezzjoni Civili gew imsejha biex jikkontrolaw nirien li hakmu karozza Volkswagen Jetta li kienet ipparkjat fi Triq Fonsu Maria Galea f’Ta’ Paris limiti ta’ Birkirkara. Fil-hin li l-karozza nghatat in-nar, sidha kien rieqed flimkien ma’ martu. Xi hadd mill-girien habbtilhom il-bieb u qalilhom li l-karozza taghhom kienet qieghda taqbad. Meta l-Pulizija bdew jaghmlu l-istharrig taghhom sabu oggetti suspettuzili taw indikazzjoni li l-karozza kienet inghtat in-nar apposta.
L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Ramon Mercieca filwaqt li l-Magistrat Dr Lawrence Quintano ordna zewg inkjesti separati u hatar lill-Professur Alfred Vella bhala espert tal-Qorti.
Labels: Nirien
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home