Il-Hamis, 4 ta' Jannar 2007

tal-Karta ta’ l-Identità
Minn JOHN PISANI
Il-gazzetta l-ohra ta’ l-Union Press, it-Torca, fil-harga ta’ nharil-Hadd li ghadda zvelat b’mod esklussiv li nhar it-Tlieta, 2 ta’ Jannar 2007, se jigi ppubblikat Att iehor biex itawwal iz-zmien ta’ gharfien tal-Karta ta’ l-Identità li huma skaduti. B’hekk dawn l-ID cards se jibqghu jitqiesu bhala validi sa l-ahhar tas-sena 2007.
Dan gie konfermat fi stqarrija tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni. L-istqarrija tghid li l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissarju Elettorali Principali javzaw li permezz ta’ Avviz Legali Nru. 1 ta’ l-2007, dawk il-karti ta’ l-identità li skadew fl-2006 u li se jiskadu fl-2007 se jibqghu validi sal-31 ta’ Dicembru 2007. L-istqarrija tkompli tghid li sakemm cittadin ta’ Malta ma jkunx se juza l-karta ta’ l-identità bhala dokument ghall-ivvjaggar fil-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea, jew persuna ohra m’ghandha l-ebda tibdil x’taghmel fid-dettalji ta’ fuqha, il-karta ta’ l-identità m’ghandhiex tinbidel, itemm l-istqarrija tad-DOI.
Ir-rapport li deher fit-Torca jghid ukoll li l-ID card taqa’ taht ir-responsabbilità tal-Kummissarju tal-Pulizija fejn, flimkien mal-Kummissjoni Elettorali, jamministraw il-process kollu li ilu jsir sa mill-1976.
Gvern Nazzjonalista kellu tliet okkazjonijiet biex igedded l-ID card minhabba skadenza. Bi traskuragni jew b’xi intenzjoni, il-gvernNazzjonalista fl-1994 halla aktar minn 200,000 ID card jiskadu biex ha azzjoni. L-istess gara fis-sena 2000 meta halla 180,000 ID card jiskadu u solva din il-problema billi b’Att Legali 67 ta’ l-2000 ikkonoxxa ufficjalment din l-iskadenza u b’hekk kulhadd beda jinqeda b’ID card skaduta. Ghal darb’ohra gie pubblikat Att Legali 9 biex jigu konoxxuti validi l-100,000 ID card fi 23 lokalità li li skadew nhar il-Hadd, 31 ta’ Dicembru, 2006. Dan l-ammont ikompli jizdied fix-xhur li gejjin. It-Torca zvelat ukoll li x’aktarx is-sistema tal-hrug ta’ l-ID cards se tghaddi f’idejn il-privat. L-offerti ghal min jinteressah jiehu f’idejh il-hrug ta’ l-ID cards infethu f’Dicembru u jaghlqu f’nofs Jannar 2007 ghall-prezz ta’ 5,000 Ewro (Lm2,200).
l-orizzont waslulu rapporti fejn persuni li marru jgeddu l-karta ta’ l-identità f’Novembru li ghadda gew mitluba jhallsu Lm20 ghat-tigdid ta’ l-ID card. Meta dan il-gurnal investiga biex jara jekk hemmx xi hlas ghal dan is-servizz, sibna li fil-fatt dan is-servizz ghadu jinghata minghajr ebda hlas. Sorsi li tkellmu maghna qalulna li jekk hemm xi hadd li ntalab xi hlas ghat-tigdid tal-karta ta’ l-identità ghandu jzomm il-provi kollha u jaghmel rapport ma’ l-awtoritajiet biex jekk hemm xi abbuz jinqata’minnufih.
Labels: ID Cards
1 Comments:
People should read this.
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home