Saturday, December 30, 2006


Anzjan ikorri gravi f’accident tat-traffiku
minn JOHN PISANI

• Anzjan ta’ 66 sena mir-Rabat tard il-Gimgha bil-lejl iddahhal l-Isptar San Luqa jsofri minn griehi gravi wara li kien involut f’accident tat-traffiku fil-bypass ta’ l-Imtarfa.

L-accident sehh ghal habta tal-11.15 p.m. meta l-anzjan kien qed isuq karozza Kia Pride. Huwa kien gej mic-centru ta’ l-Imtarfa fin-nizla li taghti ghall-bypass. Huwa mifhum li kif l-anzjan wasal f’tarf in-nizla tilef il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li baqa’ hiereg fil-bypass. Dak il-hin kienet gejja karozza ohra, Toyota, mid-direzzjoni tar-Rabat izda minkejja li s-sewwieq prova jevità l-Kia ta’ l-anzjan xorta sehhet il-habta. Mad-daqqa l-Kia spiccat tahbat ma’ arblu tad-dawl li hemm fuq is-centre strip filwaqt li t-Toyota baqghet sejra fuq il-bankina tan-naha l-ohra tat-triq.

Fuq il-post issejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili li kellhom iqacctu parti mill-bieba biex seta’ jinhareg l-anzjan. Ambulanza b’zewg infermiera kif ukoll Dr Michael Spiteri mill-ERT kienu fuq il-post fejn taw l-ewwel ghajnuna medika lill-anzjan. Irrizulta li l-anzjan sofra grieh gravi f’rasu, l-pelvis u fil-genbejn izda mhux fil-periklu tal-mewt. Minn naha l-ohra s-sewwieq l-iehor sofra griehi hfief.

Il-Pulizija tad-Distrett hejjew rapport ta’ l-accident.

Labels:

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home