Saturday, December 30, 2006



Il-Promozzjonijiet fil-FAM
Gvern Laburista jaghmel gustizzja ma’ kulhadd
- Joe Debono Grech
Minn JOHN PISANI

• Il-Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Armata, Joe Debono Grech, wieghed li fi zmien sena kull suldat li saret ingustizzja mieghu jinghata rimedju.

Wara li nhar il-Hamis inhargu 583 promozzjoni ghal suldati fi kwazi r-rankjiet kollha, kien hemm min qieghed jallega li ghal darb’ ohra rega’ nqabez fil-process. Kienu diversi suldati li ghamlu kuntatt mat-Torca jilmentaw li minnhom hemm min ilu ’l fuq minn 20 sena fl-Armata u ghadu fejn kien.

F’kumment li ta lil din il-gazzetta, id-Deputat Laburista Joe Debono Grech, qalilna li hemm suspetti ghal mod kif dawn il-promozzjonijiet damu hames snin biex inhargu u suspetti dwar il-process ta’ kif saru. Huwa qal li hemm suldati li kien haqqhom il-promozzjoni izda baqghu ma’ nghataw xejn bi skuza jew ohra.

“Gvern Laburista jirranga din is-sitwazzjoni mas-suldati kollha li jirrizulta li saret ingustizzja maghhom, huma ta’ liema kulur huma. Din hija weghda li qieghed naghmel u li se tinzamm”, qalilna Joe Debono Grech.

Il-kelliem Laburista qalilna li din il-weghda Gvern Laburista jwettaqa fl-ewwel sena mindu jibda’ jigverna wara l-elezzjoni li jmiss. Fl-ahharnett Debono Grech awgura lis-suldati kollha li nghataw il-promozzjoni kif ukoll lill-dawk il-fizzjali li ftit tal-gimghat ilu wkoll inghataw promozzjoni.

Sorsi qrib l-Armata qalulna li fl-ahhar gimghat l-Ufficcju tal-Prim Ministru deher mahkum minn paniku biex jinhargu dawn il-promozzjonijiet l-aktar wara l-weghda li kien ghamel is-Segretarju Parlamentari Tony Abela mal-gurnal l-orizzont li l-prmozzjonijiet kienu se jinhargu fl-ahhar ta’ Dicembru u baqa’ jsostni dan minkejja dan ix-xahar stess il-Prim Ministru kien qal li l-process kien ghadu ghaddej. Nifhmu li diversi ufficjali fl-Armata saritlhom pressjoni biex ihaffu l-process u mhux eskluz li din il-pressjoni halliet wara xi zbalji umani.
L-istess soris qalul li fix-xhur li gejjin mistennija jinghataw aktar promozzjonijiet specjalment meta fi zmien sitt xhur se jkun hemm numru ta’ ufficjali li se jirtiraw bl-età kif ukoll minhabba li r-responsabbilitajiet fl-Armata qieghdin jizdiedu.

Labels:

3 Comments:

At December 30, 2006 at 10:55 PM , Blogger Christopher Park said...

Ma nufx kiff l-onor. Debono grech jistgha jwieghed li jghamel gustissja mas-suldati li jighdu li nqabzu, meta dan l-anqas jaff x'kien il-procces ta gharbil ghal promozjonijit.

Jider li huwa bis pre-elction campaign talk fil-vojt ghalissa dak li qall.

Jekk xi hadt damm 20 il-sena u ma hadx promotion, jfisser bis li jew jonqsu l-kwalifications jew, mhux efficjenti u fizikament bsahhtu.

Nerga nghidu, ghan nom ta suldati maltin li l-politicci mghandhomx jindahhlu f'dawn il-processi militari ta' promotions.

Sena tajba lik-kulhadd.

 
At December 30, 2006 at 11:02 PM , Blogger Soldier True said...

L-ex Ministru Debono Grech qieghed jghaggel wisq b'dak li qieghed jghid li ser jaghmel Gvern Socjalista` fil-poter b'rigward revizzjoni u gustizzja dwar l-ahhar promozzjonijiet fl-Armata Maltija.

Huwa zball iehor kbir li regghu saru kapital politiku dawn l-promozzjonijiet, ghal min irid juzahom ghal vantagg elettorali tieghu.

Sikwit nilmentaw fostna stess is-suldati li huma l-politici (l-aktar dawk li ma jifmhux lill-militar) li veri jmexxu t-tahwid fil-borma bl-indhil kontinwu taghhom.

Ghal daqstant, ta' min wiehed iwiddeb li ahjar ma jsirx indhil b'kummenti jew wieghediet prematuri, ghax aktar joholqu divizzjoni u moral baxx.

Grazzi tal-ispazzju biex niktbu kelmtejn.

J. S.

 
At January 3, 2007 at 10:54 AM , Blogger Joe Borg said...

Nahseb tajjeb li il-politici joqghodu il-boghod mill promotions kemm wara li johorgu U specjalment qabel ma johorgu ghaliex il pastazati jsiru qabel ma johorgu il-promozzjonijiet u ghalhekk ikun hemm reazjonijiet bhall dawn.

Kullhadd jaf bill pastazati li saru fil promozzjonijiet ta qabel istituzjonijiet stabiliti u li ghandhom kredenzjali ferm ahjar min tal AFM ikkonfermaw dak li qieghed nghid.

Dawn il-promozjonijiet ma huma xejn ghajr kontinwazzjoni tal pastazati li saru qabel - anzi nahseb li inn dak li qiefghed jintqal MISS SULDAT STESS - DAWN FERM GHAR. Suldati li zgur li ma kienux jixirqilhom ssiru saru ghaliex kien hemm interventi minn politici li l-armata ghal ragunijiet taghha,jew ta min immexxijha, akkomodat - ikun interessant u jaghmel hafna sens li gvern gdid Laburista jinvestiga sew dawn il hnizrijiet u jara kif saru dawn "l-arrangamenti" biex jigu akkomodati dawn in-nies.

Ghalxejn l-armata toqghod tishaq li sitt xhur ohra ser jergghu johorgu il-promozzjonijiet biex b'hekk, forsi, taghmel xi karrotta ghas suldat halli,forsi, ma jaghmilx plejtu u ma jmorrux bil kju ghand l-ombudsmen - dawk li ma sarux issa marru lura hafna fejn tidhol sinjority ghaldaqstant il-karriera taghhom giet rovinata anke jekk jiehdu il-promotion sitt xhur ohra tlett xhur jew anke gimgha ohra.

Illum is-suldat jaf li ma ghandux jafda lill min immexieh u il-karrotti li jofri minn zmien ghal zmien - nafu li minn immexxi fl-armata huwa b'sahtu ma minn hu daghjjef u daghjjef ma minn u b'sahtu ghaldaqstant u mhux vera li l-armata qieghda titmexxa b-agenda li ser taghmililha xi gid izda b-agenda politika u ghal gid ta certu sezzjonijiet taghha BISS.

Joe Borg

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home