Friday, December 29, 2006



Gimgha wara accident fix-Xaghra:
Imut wiehed miz-zaghazagh li kien fuq il-mutur
minn John Pisani

Joseph Xerri ta’ 17-il sena li kien involut f’accident tat-traffiku nhar il-Hamis, 21 ta’ Dicembru fix-Xaghra, Ghawdex, miet nhar l-Erbgha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta’ l-Isptar San Luqa kawza tal-griehi gravi li sofra.Iz-zaghzugh kien qieghed fuq mutur ‘scrambler’ u mieghu kien hemm siehbu, li wkoll ghandu 17-il sena mix-Xaghra. Dan ukoll kien ghal xi jiem fil-periklu tal-mewt izda tlett ijiem ilu qaleb ghall-ahjar.

L-accident sehh fl-inhawi maghrufin bhala Ghajn Xejba limiti tax-Xaghra. Sorsi li tkellmu ma’ l-orizzont qalulna li Mitsubishi Pajero, misjuqa minn ragel ta’ 48 sena mill-istess rahal taz-zewg zghazagh kien gej min-naha ta’ Marsalforn meta mid-direzzjoni opposta kienu gejjin iz-zewg zghazagh. Kien hawn li dak li kien qed isuq tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ diehel fil-bieba tal-lemin tal-Pajero. Mad-daqqa nkiser xi hgieg li tar ghal fuq is-sewwieq li wkoll tilef il-kontroll b’konsegwenza li habat mal-hajt.Kemm iz-zewg zghazagh kif ukoll is-sewwieq tal-Pajero ttiehdu l-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Dakinhar stess Xerri u siehbu ngiebu Malta b’helikopter lejn l-Isptar San Luqa fejn instabu li t-tnejn kienu fil-periklu tal-mewt. Min-naha l-ohra s-sewwieq tal-Pajero nghata l-kura mehtiega ghal griehi hfief li sofra. Kien nhar l-Erbgha, 27 ta’ Dicembru ghal habta ta’ l-4.30 p.m. li Joseph Xerri gie certifikat mejjet.


B’din il-mewt gie nformat il-Magistrat Dr Paul Coppini u s-Supretendent Mario Bonello tad-Distrett ta’ Ghawdex. Il-Magistrat Coppini ordna awtopsja fuq il-kadavru ta’ Xerri.


Joseph Xerri huwa l-ghaxar vittma ta’ accidenti fatali tat-traffiku ghal din is-sena.


jpisani@unionprint.com.mt

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home