
Komplew il-hold-ups fuq l-anzjani
Anzjana ta’ 87 sena marbuta u misruqa
Minn JOHN PISANI
• L-Ispettur Anzjan Paul Bond mill-Ghassa tal-Mosta qieghed jinvesiga hold-up li sehh fuq anzjana meta din kienet ghal kwiet fid-dar taghha fi Triq Isouard f’San Pawl il-Bahar nhar il-Gimgha ghal habta ta’ l-10.20 p.m.
Lucija Altair ta’ 87 sena sfat marbuta u misruqa minn zewg hallelin li dahlu fuqha u serquha f’hold-up. Iz-zewg kriminali dahlu fuq l-anzjana minghajr ebda biza’ li din kienet se tikxifom tant li dawn lanqas biss ghattew wicchom. Wiehed mill-hallelin rabat idejn l-anzjana permezz ta’ cintorin tal-plastik u baqa’ maghha filwaqt li beda jheddida biex ma tghajjatx. Fl-istess hin il-komplici l-iehor ghamel herba f’diversi kmamar ifittex dak li dahal biex jisraq.
B’xokk fuqha u terrorizzata, l-anzjana ma ssugratx titniffes sakemm iz-zewg kriminali hargu mid-dar b’ammont ta’ flus u deheb. Minhabba l-kundizzjoni medika tal-mara, hi stess ma tiftakarx ezatt x’ittiehdilha. Bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Michael Mallia li ordna inkjesta u hatar lil Vincent Giliberti u lill-Ufficjali tax-Xena tar-Reat bhala esperti tal-Qorti. Dan kien it-73 hold-up din is-sena bl-anzjan tkun it-80 vittma.
Labels: Hold-up
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home