
Habat ma’ wara ta’ karozza u nqaleb
minn JOHN PISANI
• Zaghzugh kien fortunat li spicca biss b’ugiegh ta’ ras meta l-karozza Opel li kien qieghed isuq spiccat fuq is-saqaf wara li habat ma’ wara ta’ karozza ohra.
L-accident sehh nhar il-Gimgha ghal habta tat-8.35 p.m. fil-bypass ta’ Birkirkara. Iz-zaghzugh kien sejjer fid-direzzjoni ta’ l-Università u kif wasal qrib id-dahla tal-Qasam Industrijali ta’ San Gwann induna b’karozza li kienet quddiem tinsaq minn tfjala. Huwa prova jzomm il-brejk izda baqa’ jitkaxkar ghal diversi metri u baqa’ diehel b’impatt fuq wara tal-vettura tat-tfajla. Mad-daqqa l-Opel li kien qed isuq il-guvni inqalbet fuq is-saqaf u kompliet titkaxkar ghal xi metri.
Fuq il-post marru l-Pulizija tal-Mobile u peress li kien hemm suspett li z-zaghzugh seta’ kien taht l-influwenza tax-xorb, saru l-breathalizer test u wara ttiehed l-isptar ghal aktar ezamijiet. It-tfajl ma sofriet ebda griehi.
Rapport ta’ l-accident thejja mill-Gwardjani Lokali mill-kumpanija Guard and Warden.
Labels: Accident
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home