Saturday, December 30, 2006


Mill-Korp tal-Pulizija
“Undercover” mikxufin

Minn JOHN PISANI

• B’cirkolari numru 176/06 li nharget fit-22 ta’ Dicembru tghid li l-Pulizija li jahdmu pajzana huma ordnati li jilbsu l-I.D. card gdida u din trid tindendel ma’ l-ghonq permezz ta’ cinga li fuqha hemm il-kelma Pulizija. L-ordni hija li din trid tkun vizibbli l-hin kollu meta l-Pulizija jkunu fid-

Depot, f’ufficini u anke fuq xi xena tar-reat.

Prosit kbir kemm ghad-dehra ta’ din l-I.D. card kif ukoll li din trid tintlibes meta l-Pulizija jkunu fid-Depot anke jekk ikollhom bzonn imorru hemm meta ma jkunux xoghol. Izda ma nistax nifhem ghala din trid tintlibes meta jkunu fuq xena tar-reat. Il-Pulizija pajzana huma dawk tad-DIK, Droga u Frodi. Ma nistax nimmagina kif Pulizija “undercover” li waqt xi reat suppost ikun qieghed ihuf qalb in-nies se jkun jista’ jahdem “undercover” b’tabella mdendla ma’ ghonqu biex juri li huwa Pulizija. Nafu b’kazi li gew solvuti ghax is-suspettat baqa’ jdur qalb in-nies u kien arrestat dak il-hin stess.

Mhux hekk biss izda jekk jinqala’ xi argument, u kien hemm hafna minn dawn, u l-aggressur jigbed ic-cinga u jdawwara ma’ ghonq il-Pulizija, din se tkun arma kontra l-istess Pulizija. Rajt Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-bini tal-Qorti. Nammetti li ma kontx naf li huma Pulizija sakemm rajtilhom imdendel ma’ ghonqhom ic-cinga bil-kelma Pulizija fuqha.

Bla Hdud
Jekk hawn xi hadd li ghandu familja u jista’ jghaddi xahar shih b’madwar Lm80, jaghmel pass ’il quddiem. Nahseb li hadd. Imma hekk se jkollhom jaghmlu whud mill-Pulizija, fosthom dawk fl-Ghassa tal-Belt ghax mal-paga sabu li l-{dud li hadmu f’Ottubru baqghu ma thallsux taghhom.

…u l-Kummissjoni Elettorali wkoll
Meta saru l-ahhar Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, il-Kummissjoni harget madwar Lm85,000 biex id-dokument tal-vot wasal fid-djar bil-posta registrata. Mhux kulhdadd instab id-dar u ghalhekk dawk il-voti ttiehdu fl-Ghases tal-Pulizija biex jingabru minn hemm. Ta’ dan il-Kummissjoni Elettorali ntrabtet li thallas saghtejn overtime kuljum lil dak il-Pulizija li jkun l-Ghassa jqassam dawn il-voti. Ghaddew aktar minn disa’ xhur u dawn il-Pulizija ghadhom ma thalsux.

Is-Sena t-Tajba
Minkejja li hemm min iddejqu l-kritika tieghi, xorta wahda nemmen li l-awguri tieghi ghas-sena l-gdida se jintlaqghu bil-qalb. Ghaldaqstant is-Sena t-Tajba lill-kulhadd mhux biss fil-Korp tal-Pulizija izda wkoll fl-Armata, il-Protezzjoni ?ivili u l-istaff mediku ta’ l-Isptar San Luqa b’mod specjali dawk ta’ l-Emergenza. Ma’ dawn in-nies kollha generalment niltaqa’ maghhom f’okkazzjonijiet xejn sbih.

Labels:

2 Comments:

At December 30, 2006 at 11:11 PM , Blogger Soldier True said...

Mela l-Pulizija Maltija sa fl-ahhar stenbhet li kien hemm bzonn ta' mezz iehor aktar faccli ghall-identifikazzjoni tal-membri tal-Korp meta jkunu libsin pajjizana!

Jaqaw raw xi episodju antik ta' MIAMI VIVE, NYPD BLUES, jew xi serje ohra polizzjeska Germaniza/Ewropeja fuq it-TV?? Jew xi CSI tal-forensika,...??!!

Li tintlibes mhux ideja hazina, kif tintlibes, meta u fejn, hemm lok ghal standing-operating-procedures bejniethom tal-Korp.

Ic-cinga tista tkun bhal tal-dog-tags militari: tinqata b'gibda qawwija, inkella tista tifga lil polizzjott. Il-badge tista tintlibes b'clip-on type mac-cinturin, but tal-glekk u titdendel mill-istess cinga.

U mhemmx ghalfejn minn mhux suppost jigi identifikat jersaq lejn is-scene of the crime biex jaghlaq b'success 'undercover work' li qed jaghmel. L-uzu ta' teknologija minn fuq il-bjut jew minn wara l-aperturi jaghtu rizultati ukoll.

Hassra li l-Pulizija Maltija nieqsa mill-immaginazzjoni, u mheddija bil-gltiz glamour tad-dehera biss (ftakkru fil-Fords bla air conditioners qabel l-Police Day fis-sajf bit-twieqi maghluqa!!)

 
At January 6, 2007 at 11:54 AM , Anonymous Anonymous said...

Kemm jidher li hawn suldati u pulizija tan-nejk biex jinhlew f'dawn ic-cuccati. Jew taqdi dmirek jew int gakbin ... u bhal dawn hemm hafna fil-forzi tal-ordni. Biex ma jidhirx ikrah pulizija jmur jghid lil xi hadd li kiser il-ligi li Peppi ghamel rapport kontra tieghu. Dik serjeta'! Mhux veru intom true soldiers. Intom ghall-operetta tajbin bhalma qalilkom Mintoff.

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home