
Hames karozzi u kontenituri
ta’ l-iskart jinghataw in-nar
Minn JOHN PISANI
• Vandali qerdu hames karozzi u ghamlu hsara f’kontenituri ta’ l-iskart li jintuzaw fi Bring-in-site f’Birkirkara u l-Iklin meta tawhom in-nar.
Fi Pjazza Santa Liena f’Birkirkara l-vandali taw in-nar karozza Skoda Favorit b’konsegwenza li n-nirien inferxu ghal zewg karozzi ohrajn – Opel u Toyota. Ftit metri ’l boghod fi Triq tal-Herba, l-istess vandali taw in-nar karozza ohra Fiat 127 kif ukoll Morris Marina fi Triq Tumas Fenech. Jidher li l-vandali ma kinuex sodisfatti bil-hsara li ghamlu ghax minn hemm marru fil-Bypass ta’ Birkirkara li taghmel ma’ l-Iklin u hemmhekk taw in-nar erba’ kontenituri ta’ l-iskart. Dan kollu sehh il-bierah ghal habta tas-1.15 a.m.
L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Ramon Mercieca tad-Distrett u l-Ispettur Stephen Mallia mill-SVS. Il-Magistrat Dr Michael Mallia ordna inkjesta dwar dawn l-atti vandali.
Labels: vandalizmu
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home