L-Erbgha, 3 ta' Jannar 2007

L-ewwel fatalità
Miet ir-ragel li ttajjar
f’San Giljan f’Dicembru
Minn JOHN PISANI
Richard Godfrey Attard ta’ 43 sena minn Birkirkara miet tard nhar it-Tnejn fil-ghaxija fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta’ l-Isptar San Luqa kawza tal-griehi gravi li sofra meta safa mtajjar minn karozza f’San Giljan. L-accident sehh nhar il-Hamis, 21 ta’ Dicembru ghal habta tas-2.10 a.m. Minkejja li l-accident sehh is-sena l-ohra dan jista’ jitqies bhala l-ewwel fatalità ta’ din is-sena.
Dakinhar li sehh l-accident Attard kien qieghed jaqsam it-triq flimkien ma’ zewg persuni ohrajn quddiem Pender Place fi Triq Sant Andrija. Kif it-tliet ihbieb kienu waslu f’nofs it-triq, semghu karozza gejja mid-direzzjoni ta’ San :iljan. Tnejn minnhom waqfu izda Richard Godfrey Attard lehaq ghamel zewg passi ohrajn. Dawn iz-zewg passi swewlu hajtu ghax il-karozza, Suzuki Alto misjuqa minn zaghzugh ta’ 24 sena, tajritu.
Mad-daqqa l-vittma ttajjar ghal diversi metri izda s-sewwieq baqa’ sejjer fid-direzzjoni ta’ Triq Regjonali. Sewwieq iehor li kien qieghed isuq fl-istess direzzjoni u ra lil Attard jittajjar saq ghal wara s-Suzuki u kif dan hareg minn taht il-mina u kien se jdur biex jinzel ir-rampa fid-direzzjoni ta’ Tas-Sliema twaqqaf mis-sewwieq li kien qieghed isegwih. Dak il-hin waslu wkoll il-Pulizija tad-Distrett li arrestaw liz-zaghzugh.
Minhabba suspett li dan seta’ kien taht l-infuwenza tax-xorb, saru ezami tal-‘breathalizer’ li allegatament irrizulta fil-pozittiv. Ghaldaqstant bhala procedura ttiehed il-Kwartieri :enerali tal-Pulizija fejn saru ezami iehor u ghal darb’ ohra rrizultat allegatament rega’ kien pozittiv. Minn hawn is-sewwieq ittiehed l-Ghassa ta’ San Giljan fejn inzamm mill-Pulizija ghal aktar interrogazzjonijiet dwar l-accident.
Sadanittant Richard Godfrey Attard beda jinghata l-kura mehtiega fejn irrizulta li kien qieghed isofri minn griehi gravi f’rasu, fil-pulmun, ksur fil-kustilji u ksur iehor f’partijiet ohrajn ta’ gismu. Kawza ta’ dawn il-griehi gravi Attard kien fil-periklu tal-mewt. Kien 11-il gurnata wara li r-ragel minn Birkirkara ceda ghal dawn il-griehi u gie certifikat mejjet nhar it-Tnejn filghaxija. Bil-mewt ta’ Attard gie informat il-Magistrat Dr Silvio Meli li qieghed immexxi l-inkjesta u ordna li ssir awtopsja li saret il-bierah fil-ghodu.
Minn statistika li jzomm l-orizzont is-sena l-ohra (2006) kienet sena li f’dawn l-ahhar ghaxar snin (1998–2007) kien hemm l-inqas imwiet fit-toroq Maltin (10). L-iktar sena li mietu nies tul l-istess ghaxar snin kienet l-1998 b’16-il vittma. Minn dawn kien hemm 13-il vittma maskili fosthom tifel taht il-15-il sena u tlieta femminili. Tul l-istess ghaxar snin in-numru ta’ fatalitajiet kien ta’ 136 li minnhom kien hemm 106 maskili, 25 femminili u zewgt ibniet u tifel taht il-15-il sena.
Intant iz-zaghzugh ta’ 19-il sena minn Naxxar li fl ewwel tas-sena kien fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’accident tat-traffiku f’Tas-Sliema, qaleb ghall-ahjar u jidher li m’ghadux fil-periklu tal-mewt.
Ahbar ohra tajba hija li t-tifla ta’ tmin snin mis-Swieqi li wkoll kienet fil-periklu tal-mewt f’accident li sehh fil-garaxx tal-familja taghha, issa tinsab ahjar. Fil-fatt it-tifla issa qieghda tinzamm fis-Sala Fairyland.
Labels: Fatalita'
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home