Monday, January 1, 2007

It-Tnejn, 1 ta' Jannar 2007


L-ewwel accident serju tas-sena
Zaghzugh fil-periklu tal-mewt wara lejl ta’ divertiment


minn JOHN PISANI


Inqas minn hames sighat wara li bdiet is-sena l-gdida, zaghzugh ta’ 19-il sena minn Naxxar iddahhal l-Isptar San Luqa f’qaghda gravi u fil-periklu li jitlef hajtu kawza ta’ griehi gravi li sofra f’accident tat-traffiku f’Tas-Sliema.


L-accident sehh ghal habta tal-4.50 a.m. fi Triq it-Torri bejn karozza Fiat Uno u Mini Bus. Il-karozza li kien fiha z-zaghzugh bhala passiggier kienet misjuqa minn zaghzugh iehor ta’ 22 sena mill-Kappara li kellu wkoll mieghu lil huh ta’ 19-il sena. Jidher li z-zaghzugh li kien qieghed isuq il-Fiat ma kkalkulax sew dawra li hemm qrib is-Surf Side b’konsegwenza li mar fuq in-naha l-ohra tat-triq u baqa’ diehel ‘head-on’ b’impatt qawwi fil-Mini Bus li kienet gejja mid-direzzjoni opposta.


L-ewwel ghajnuna inghatat minn surgent tal-Pulizija li dak il-hin ma kienx xoghol u li nzerta ghaddej minn fuq il-post. PS Fabian Fleri waqaf u hareg lis-sewwieq wara li nehhilu s-seat belt. Izda kemm il-passiggier li kien quddiem kif ukoll hu s-sewwieq li kien riekeb fuq wara ma setghux jinhargu. Ghaldqastant is-Surgent Fleri cempel ghall-ghajnuna fejn fuq il-post marru l-membri tal-Protezzjoni Civili. Huma kellhom iqacctu parti mill-karozza biex setghu jinhargu z-zghazagh minn qalb it-tifrik.Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett, immexxija mis-Surgenti Anthony Gerada, Frankie Pace u Arthur Rizzo kif ukoll tal-Mobile. Minhabba suspett li s-sewwieq seta’ kien taht l-influwenza tax-xorb gie mitlub jaghmel l-ezami tal-‘breathalizer’ izda dan irrifjuta.


Minhabba l-gravità ta’ l-accident intbghatu tliet ambulanzi bit-tim mediku ta’ l-ERT akkumpanjati b’infermieri li hadu liz-zghazagh u lis-sewwieq tal-Mini Bus l-Isptar San Luqa. Wara li gew ezaminati rrizulta li z-zaghzugh minn Naxxar kien fil-periklu tal-mewt filwaqt li z-zewg ahwa kienu qieghdin isofru minn griehi gravi. Is-sewwieq tal-Mini Bus, ragel ta’ 61 sena mir-Rabat, ukoll sofra xi griehi.


Ghal habta tas-6.00 a.m., meta z-zghazagh kienu ghadhom fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza, jidher li s-sewwieq beza’ u telaq mill-Isptar minghajr il-permess tat-tobba u tal-Pulizija. Izda ftit tal-hin wara unit tal-Pulizija tal-Mobile sabu liz-zaghzugh fi Triq Clarence fi Gwardamanga stess u regghu haduh l-isptar fejn kompla jinghata l-kura mehtiega. Fil-fatt huwa baqa’ jinzamm l-isptar ghal aktar kura minhabba xi ksur li sofra f’wiccu u spaltu.


X'aktarx li t-tliet zghazagh kienu qieghdin jirritornaw lejn id-dar wara li kienu Paceville jiccelebraw tmiem is-sena u l-bidu tas-sena l-gdida.B’dan l-accident giet informata l-Ispettur Romina Veneziani mill-Ghassa ta’ Tas-Sliema kif ukoll il-Magistrat ta’ l-Ghassa Joseph Cassar li ordna inkjesta. Bhala esperti tal-Qorti nhatru l-Perit Richard Aquilina, t-Tekniku Joseph Zammit u Dr Richard Sladden flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija.


Sadanittant kelliema ghall-Pulizija qalet lil l-orizzont li hlief ghal dan l-accident ma kienx hemm accidenti ohrajn hlief ghal xi kolluzzjonijiet. Fost dawn kien hemm sewwieq li habat ma’ tliet karozzi pparkjati fi Triq il-Kbira San Guzepp fil-Hamrun u accident iehor fil-Marsa. Bhala inkwiet ma kienx irrapportat hlief argument fi stabbiliment f’Tas-Sliema li gie kkontrollat fi ftit hin bl-intervent tal-Pulizija.


L-istess kelliema qaltilna wkoll li t-tifla ta’ tmin snin mis-Swieqi li ntlaqtet b’mod accidentali minn karozza misjuqa minn missierha, tinsab f’qaghda stabbli ghalkemm xorta wahda ghadha fil-periklu tal-mewt.


Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kienu msejha biss fuq l-accident li sehh f’Tas-Sliema. Ma kienu rrapportati ebda kazi ta’ hruq jew accidenti ohrajn li setghu gew involuti tal-Protezzjoni Civili.


Bhal ma jigri kull lejlet l-ewwel tas-Sena fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza fl-Isptar San Luqa jkunu impenjati hafna u l-lejl ta’ bejn nhar il-Hadd u t-Tnejn ma kienx differenti. Fost il-kazijiet li ddahhlu kienu dawk li ma felhux ghax-xorb zejjed li kkonsmaw. It-tobba u l-infermiera hadmu sighat twal peress li anke sa kmieni fil-ghodu kienu ghadhom dehlin il-pazjenti.Ghall-kuntrarju fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex kienu kwieti hafna tant li kull ma ddahhlet fl-Emergenza kienet mara li hassa hazin waqt li kienet kuncert li kien hemm fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat.


Anke l-Pulizija f’Ghawdex kellhom lejl kwiet.

Labels:

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home