ht

Ikompli s-success tad-Dwana Maltija
Uzati bibien tal-metal biex
jahbu 8,000,000 sigarett
Minn JOHN PISANI
Il-fama li kisbet id-Dwana ta’ Malta tidher li mxiet sew mal-kuntrabandisti tas-sigaretti tant li pruvaw esperiment gdid biex jahbu kaxxi tas-sigaretti li izda xorta wahda d-Dwana Maltija rnexxielha tintercetta 8,000,000 sigarett.
Stqarrija mahruga mid-Dwana tghid li d-Dipartiment tad-Dwana u l-Ufficjali tieghu kienu fuq alert massimu anke matul il-festi tal-Milied ghal kontra kull abbuz. Fil-fatt l-Ufficjali tad-Dwana irnexxielhom isolvu kaz iehor ta’ traffikar ta’ sigaretti bil-kuntrabandu. Dan il-kaz qieghed jitqies bhala wiehed mill-iktar sinjifikanti ghal mod li ntuza biex jinhbew is-sigaretti u jippruvaw iqarrqu lill-Ufficjali tad-Dwana. Il-mod kif il-kaxxi bis-sigaretti nhbew kien wiehed professjonali.
Il-kaz beda madwar gimghatejn ilu meta l-Ufficjali tad-Dwana bdew isegwu il-movimenti ta’ konsenja ta’ kontejners li kienu bdew il-vjagg taghhom mil-Lvant Imbieghed. Mal-wasla tal-bastiment f’Malta l-Ufficjali tad-Dwana komplew jezaminaw bir-reqqa id-dikjarazzjonijiet tal-merkanzija skond il-manifesti tal-vapur. Matul dan l-istharrig irrizulta li numru zghir ta’ kontejners gew identifikati biex jigu spezzjonati bl-apparat ta’ l-X-Ray maghruf bhala VACIS izda dan il-process ma ta l-ebda rizultati pozittivi. Minkejja dan l-Ufficjali tad-Dwana komplew jiflu bir-reqqa r-rizultati ta’ l-immagini ta’ l-X-Rays iddecidew li jifthu wiehed mill-kontejners.
Ghall-ewwel deher li kollox kien skond dak li kien hemm iddikjarat fuq il-manifest, izda wara li tnehhew l-ewwel fillieri ta’ kaxxi tfaccaw kaxxi tal-kartun li meta nfethu rrizultaw li kienu mimlijin bis-sigaretti. Kien hawn li l-investigaturi sabu sorpriza. Il-kontejner kellu l-gnub u s-saqaf miksjin b’kaxxi catti li kien fihom bibien tal-metall insulati. Dan sar biex itellfu l-immagini meta l-kontejner jghaddi mill-apparat ta’ l-X-Ray.Irrizulta li dan il-kontejner beda t-triq tieghu mill-Lvant Imbieghed fi triqtu ghall-Afrika ta’ Fuq u b’kollox kien fih 858 kaxxa b’kull kaxxa kellha 10,000 sigarett Marlboro.
S’issa ghadu mhux maghruf jekk dawn it-tmin miljun sigarett humiex genwini jew le.
Labels: Kuntrabandu
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home