Thursday, January 4, 2007

Il-Hamis, 4 ta' Jannar 2007


Tfajla twegga’ bis-‘sunvisor’ waqt habta

Minn JOHN PISANI


Tfajla ta’ 19-il sena minn Hal Balzan sofriet griehi f’wiccha meta habtet mas-‘sunvisor’ tal-karozza taghha kawza ta’ accident tat-traffikul-bierah qrib il-Maghtab.

L-accident sehh ghal habta tal-5.25 p.m. fi Triq is-Salina li tinsab bejn it-Telgha t’Alla u Ommu u l-Maghtab limiti tan-Naxxar. Jidher li karozza Renault Clio, misjuqa minn mara ta’ 53 sena, kienet se ddur fuq il-lemin biex tidhol ghall-Maghtab meta warajha kienet gejja t-tfajla f’karozza Subaru mill-istess direzzjoni. X’aktarx li t-tfajla ma ndunatx li l-mara fir-Renault kienet se ddur bil-konsegwenza li laqtet lir-Renault fuq il-genb u mad-daqqa l-karozza tat-tfajla daret, telghet fuq il-bankina u baqghet diehla fil-hajt. Mad-daqqa t-tfajla habtet wiccha mal-hadida tas-‘sunvisor’ b’konsegwenza li sofriet griehi gravi. Fuq il-post ta’ l-accident marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza bit-tim mediku ta’ l-ERT immexxi minn Dr Michael Spiteri u infermiera li hadu lit-tfajla l-Isptar San Luqa. Il-marau r-ragel taghha, li kien maghha bhala passiggier, ma sofrew l-ebda griehi.

Il-Pulizija mill-Ghassa tan-Naxxar, immexxija mis-Surgent Antoine Zammit, hejjew rapport ta’ l-accident.

Labels:

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home