Friday, January 5, 2007

Il-Gimgha, 5 ta' Jannar 2007


Rapporti mill-Qorti

minn John Pisani


Mixli li kkorrompa zaghzugh

u ttanta iehor


Keith Desmond Falzon ta’ 29 sena minn Rahal Gdid il-Hamis wara nofs in-nhar tressaq b’urgenza l-Qorti mixli li kkorrompa zaghzugh u ttanta persuna ohra f’zewg okkazzjonijiet differenti. Kaz minnhom li sehh fl-2001 u qabel, il-vittma kien ghadu minorenni.

L-Ispettur Louise Calleja akkuzat lil Falzon li f’Tal-Pietà, f’Rahal Gdid u f’postijiet ohrajn kemm fis-sena 2001 u anke qabel, b’ghemil zieni kkorrompa zaghzugh minorenni, ikkommetta attentat vjolenti ghall-pudur fuq l-istess zaghzugh u li ssekwestra lill-istess minorenni kontra l-volontà tieghu.

Akkuzi ohrajn migjuba kontra Falzon huma li fit-18 ta’ Dicembru 2006 fil-Mosta bl-imgieba tieghu kkaguna lil zaghzugh iehor jibza’ li kienet se tintuza vjolenza fuqu kif ukoll li ta’ fastidju lill-istess persuna. Permezz ta’ l-avukat tieghu, Dr Ruth Scott, l-akkuzat wieged li ma kienx hati u talab biex jinghata l-libertà provizorja. Minn naha l-ohra l-Ispettur Calleja oggezzjonat minhabba diversi ragunijiet.

Il-Qorti, preseduta mill-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera, cahdet it-talba tad-difiza u ordnat li Keith Falzon jibqa’ jinzamm taht arrest preventiv fil-Habs ta’ Kordin.


Attakka sesswalment mara Germaniza

Nhar il-Hamis ukoll mara Germaniza, li isimha ma jistax ikun ippublikat fuq ordni tal-Qorti, tat ix-xiehda taghha fil-maghluq quddiem il-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera wara li sfat attakkata sesswalment minn ragel minn Naxxar.

L-Ispettur Anzjan Paul Bond ressaq il-Qorti b’arrest lil Mario Ellul ta’ 54 sena u akkuzah li fl-1 ta’ Jannar f’post fi Triq it-Turisti f’Bugibba ikkometta attentat vjolenti ghall-pudur fuq il-persuna tal-mara Germaniza. Akkuzi ohrajn huma li dakinhar stess zamm taht arrest lill-istess persuna kontra l-volontà taghha, li kkaguna offizi ta’ natura hafifa fuq l-istess mara u li serqilha l-mobajl.

Ellul wiegeb li ma kienx hati ta’ l-akkuzi migjuba kontrih. Assistit minn Dr Gianella Caruana Curran, l-akkuzat talab biex jinheles mill-arrest. Il-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera tatu l-libertà provizorja b’diversi kundizzjonijiet fosthom rabtitu b’garanzija personali ta’ Lm600.



Wara li prova jisraq karozza

Se jibqa’ l-Habs sakemm jibda’

programm ta’ riabilitazzjoni

David Linneker Micallef ta’ 19-il sena minn Birkirkara wieghed lill-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera li nhar it-Tnejn, 8 ta' Jannar, se jibda’ programm ta’ riabilitazzjoni fic-Centru Santa Maria kontra l-vizzju tad-droga, izda sakemm jibda dan il-programm iz-zaghzugh se jkollu jibqa’ taht arrest preventiv fil-Habs ta’ Kordin.

Iz-zaghzugh tressaq il-Qorti b’arrest mill-Ispettur Mario Tonna mixli li nhar l-Erbgha, 3 ta’ Jannar 2007 ipprova jisraq minn karozza Hyundai Getz li kienet ipparkjata fi Triq l-Isptar f’Tal-Pietà u li ghamel hsara fl-istess karozza ghad-dannu ta’ Nicholai Mallia. Barra minn hekk Micallef gie akkuzat ukoll li hedded u ghamel offizi fuq il-Kuntistabbli PC433 Rudolph Mallia, li ma obdiex l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija u li ma halliex lill-istess PC Mallia jaqdi dmiru. Huwa jinsab ukoll akkuzat li kkaguna feriti hfif fuq l-istess Kuntistabli wara li hebb ghalih u li involontarjament ikkaguna hsara f’mobajl ghad-dannu ta’ PC Mallia. Fl-ahharnett l-Ispettur Tonna akkuza liz-zaghzugh li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti li kienu imposti fuqu fil-25 ta’ Mejju 2004.

Il-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera wissiet lil David Linneker Micallef li jekk jieqaf mill-programm ta’ riabilitazzjoni kien se jerga' jigi arrestat u jkollu jhallas Lm2,000 li rabtitu bhala garanzija personali.

Micallef kien assistit mill-Avukat Chris Cardona.

Labels:

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home