Delitti Mhux Solvuti

Barra kumment li qrajt f'dan il-Blog, ircevejt diversi e-mails ukoll jitolbuni biex inpoggi s-sensiela li kont ghamilt f'l-orizzont ta' Delitti Mhux Solvuti. Napprezza hafna jekk ikolli aktar kummenti qabel ma nibda naghmilhom hawnhekk ukoll. Ghaldaqstant qieghed naghmel speci ta' "stharrig" fejn dawk kollha li jixtiequ jaraw dawn l-artikli jpoggu kumment fuq din il-blog fil-post fejn hemm "comments". Anke jekk hemm min huwa kontra li dawn jigu ppublikati f'dan il-blog nixtieq li nkun naf il-kummenti taghhom.
Ghalhekk issa f'idejkhom biex tiddeciedu tridux dawn l-artikli jew le. Qed nitlob li tesprimu l-opinjoni taghkom fuq dan il-blog biex kull min jidhol fih ikun jaf kemm hemm min jixtieq li jaqra dwar dan id-delitti li s'issa ghadhom ma gewx solvuti.
Ghal dawk forsi mhumiex familjari dwar l-artikli - it-titlu jitkellem wahdu. Jien kont gbart sensiela ta' kazijiet ta' qtil u li s'issa ghadhom qieghdin jigu investigati mill-Pulizija. F'hafna minnhom hemm intervisti mal-qraba tal-vittmi, ritratti, x'kienu investigaw il-Pulizija u kummenti ohrajn. Kien hemm kazijiet fejn wara li dawn l-istejjer kienu ppublikati, il-Pulizija anke resqu xi persuni l-Qorti.
Labels: Murders
6 Comments:
Jien nahseb li l-ahjar soluzzjoni tkun li dawn l-artikli jitpoggew go sezzjoni ghaliha f'din il-blog u jkunu migburin kollha f'daqqa taht l-istess titlu.
B'hekk dawk kollha li jixtiequ jarawhom ikollhom din l-opportunita, fil-waqt li ohrajn li ma jixtiqux li l-artikli jidhru, ma jaccessawx din is-sezzjoni. U b'hekk kulhadd ikun kuntent.
Naqbel li s-seniela delitti mhux solvuti ghanda tidher hawn. Sfortunatament jien ma kontx rajthom izda smajt fuqhom hafna. Inheggeg lil hafna biex jappoggjaw din l-idea. Grazzi
Idea ferm tajba li s-serje ta' artikli dwar delitti mhux solvuti tpoggiha wkoll fuq il-blog. Minbarra li kien hemm hafna li xaqu jarawhom migbura, forsi anke fi ktieb, hemm uhud, jien fosthom, li forsi tlifna xi haga minnhom u ddispjacieni. Hekk wiehed ikun jista' jaqrahom meta jrid u b'kull kumdita'. Hajr ukoll tal-hidma tieghek biex taghmel il-blog dejjem aktar interessanti
naqbel li din is-sensiela ghandha titpogga onlajn anke ghal dawk interessati fil cronaca nera ta' pajjizna.
kieku minnek nerga nippublikahom imma din id-darba tiktibhom mill-lat uman billi titkellem mal-familjari.
Bongu,
Qed tfittex self leġittimu?
Ġejt rifjutat mill-banek tiegħek?
Għandek bżonn flus għal xi raġuni jew oħra.
Int sinċier u onest
Għandek bżonn self biex tħallas id-djun, il-kontijiet jew
twettaq proġett?
Dejjem għandek opportunità.
Aktar inkwetanti, noffru self minn €5,000,
veloċi u affidabbli, b'rata ta 'imgħax annwali ta' 3%. Aħna
ta'min jafdah
Jekk inti interessat, toqgħodx lura milli tikkuntattjana direttament.
posta: marcdupon18@gmail.com
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home