Is-Sibt, 6 ta' Jannar 2007

L-ewwel hold-up tas-sena
Halliel seraq b’kemm
jixtri pizza u luminata
Rapporti minn JOHN PISANI
• Halliel li wettaq l-ewwel hold-up ghal din is-sena seraq bizzejjed flus biex jixtri pizza u flixkun luminata kif ukoll biex jirtokkja wiccu.
Nhar il-Gimgha impjegata ta’ kumpanija fl-Imsida, tfajla ta’ 18-il sena minn Hal Tarxien, spiccat vittma ta’ halliel li x’aktarx ippretenda li huwa barrani. Dan il-hold-up, l-ewwel wiehed ghal din is-sena, sehh ghal habta tas-1.00 p.m. fis-subway li hemm qrib l-Università. Minn stharrig li kompla jaghmel l-orizzont jirrizulta li t-tfajla kienet sejra lura lejn l-ufficcju fejn tahdem u kif kienet qieghda fis-subway hasset lil xi hadd jigbdilha l-handbag izda hi rrezistiet. Kif il-halliel ra li t-tfajla ma kinitx se thalli l-basket, allegatament hareg arma tan-nar, ipponta l-arma ma’ rasha u beda jheddida kemm bit-Taljan kif ukoll bl-Ingliz biex jaghti l-impressjoni li huwa barrani.
Kien hawn li l-vittma telqet il-basket u l-halliel, li kellu wiccu mghotti, harab minn fuq il-post. Ghalkemm it-tfajla ma sofriet ebda griehi waqt dan il-hold-up, hija ttiehdet l-Isptar San Luqa fejn inghata il-kura ghal xokk.
Jirrizulta li fil-hand-bag it-tfajla kellha madwar Lm4 fi flus, dokumenti personali u oggetti tal-make-up.
L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Malcolm Spiteri u s-Surgent Anthony Gerada mill-Ghassa ta’ Tas-Sliema.
Solvuta serqa fi ftit sighat mill-Casino Oracle
Taljana misruqa b’aktar
minn 4,000 Ewro
• Il-Pulizija mill-Ghassa tal-Mosta mmexxija mill-Ispettur Anzjan Paul Bond solvew serqa f’inqas minn sitt sighat li saret fuq turista Taljana li kienet qieghda tilghab fil-Casino Oracle fil-Qawra.
Nhar il-Hamis ghal habta tas-1.00 a.m. il-mara ta’ 47 sena minn Palermo kienet qieghda tilghab fuq wahda mis-slot machines u hdejja kellha barmil zghir li jintuza biex fih jinzammu l-flus u chips tal-casino. F’hin minnhom il-mara nnutat li l-barmil, li kien fih aktar minn 3,500 Ewro u madwar Lm370 f’chips, kien insterqilha. It-Taljana b’xokk fuqha informat lill-membri tas-sigurtà tal-Casino li hadu lill-mara l-Ghassa tal-Pulizija tal-Qawra.
B’din is-serqa gie informat l-Ispettur Bond li flimkien mal-membri tas-sigurtà bdew jinvetigaw il-kaz u anke raw il-filmati migbuda mill-cameras tas-sigurtà ta’ l-istess Casino. Waqt li kien qieghed ikun studjat il-filmati gie zvelat minn kien wettaq is-serqa.
Minn aktar stharrig irrizulta li l-allegat halliel kien ragel ta’ 53 sena mill-Imqabba. Ghaldaqstant il-Pulizija marru fir-residenza tar-ragel u dan mhux biss ammetta li kien zbalja u kkopera mal-Pulizija, izda wkoll irriitorna l-flus kollha li seraq.
Sorsi qrib il-Casino Oracle qalu lil l-orizzont li kemm il-vittma kif ukoll id-dirigenti tal-Casino wrew l-apprezzament ghal mod efficjenti kif hadmu kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll il-membri tas-sigurtà tal-Casino biex il-kaz kien solvut f’inqas minn sitt sighat.
L-Ispettur Paul Bond mistenni jressaq lir-ragel quddiem il-Qorti.
Serqu Pulizija minn quddiem
l-Ghassa tal-Pulizija
• Mhux maghruf x’tip ta’ stharrig qieghed isir mill-Pulizija dwar serqa ta’ xorb alkoholiku tal-Pulizija minn quddiem l-Ghassa tal-Pulizija f’Tas-Sliema.
Il-kaz imur lura ghat-30 ta’ Dicembru meta l-Pulizija mid-Distrett ta’ Tas-Sliema organizzaw festin bejniethom, xi haga li ssir f’kull Distrett anke bl-ghajnuna mill-Korp tal-Pulizija. Kollox kien lest u wiehed mill-Pulizija, li kien fost l-organizzaturi, gab madwar 30 flixkun xorb fosthom wiski, vodka u gin. Dawn il-fliexken ingarru fil-karozza privata ta’ dan il-Pulizija li pparkja l-vettura quddiem l-Ghassa.
Sakemm dahal fl-Ghassa, x’aktarx biex igib l-ghajnuna biex jingarru l-fliexken, xi hadd fetahlu l-karozza u seraq kwazi x-xorb kollu fejn thallew biss ftit ta’ fliexken.
Ghall-ewwel haseb li din kienet xi cajta minn shabu stess izda meta x-xorb baqa’ ma giex irritornat irrizulta li xi hadd kien wettaq serqa. Mhux maghruf jekk saritx xi tip ta’ inkjesta jew xi stharrig qieghed isir.
Labels: Kriminalita'
4 Comments:
Qeghdin sew f'dan il-pajjiz nisirqu minn quddiem l-ghases u jattakkaw kull fejn jaraw Lm1. Fejn hu l-Kummissarju????? Jew dan ghadu mehdi b'xi party?
Prosit ta dan il-blogg, il-coverage tal kronaka f'pajjizna jaghmlu l-aqwa J.Pisani bla dubju. Interessanti anke dik is-sensiela fuq delitti mhux solvuti li nissuggerilek titfaghha online hawn ukoll. grazzi u keep it up.
Anonymous said...
Fejn hu l-Kummissarju?????
U jien se ntih risposta
"Jibghat lin-nies tieghu jiccekkjaw jekk il-pulizija humiex gewwa l-ghasses" Ghalih ma jimpurtahx x'jigri barra t-triq, jekk tkun patrol barra u jigi xi spettur jew RSM u jsibek barra li tissejjah "community policing" (mhux bil-qieghda l-ghassa ssahhan is-siggu), lesti ruhek ghall crime (gurnata jew tnejn mill-off-duties tieghek), l-importanti li ghassa tkun miftuha ghall-ghajn in-nies u s-sindki.
ajma mur gibom jigri xi haga ta sliema dak in nar!!! ha jmorru zibel fuq il post il pulizija??????????? 30 fixkun xorb mux cajta ta.. festin ukol!!!!
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home