Sunday, January 14, 2007

Il-Hadd, 14 ta' Jannar 2007


It-tfajla li tilfet it-tarbija
Il-kampjun ta’ l-awrina
thalla fil-frigg tal-Habs
Minn JOHN PISANI

• L-istorja tat-tfajla ta’ 24 sena li tilfet it-tarbija meta kienet taht arrest preventiv, kompla jigi investigat matul din il-gimgha. It-Torca tinsab f’pozizzjoni li tizvela li hadd ma kien jaf li t-tfajla kienet tqila ghax qatt ma saru l-ezamijiet fuq l-awrina tat-tfajla hekk kif iddahlet fil-Habs ta’ Kordin. It-Torca ghandha wkoll aktar informazzjoni dwar dan il-kaz li huma sensittivi hafna.
Din il-gazzetta kompliet tistharreg dan il-kaz u ghalkemm l-Awtoritajiet ma setghux jitkellmu minhabba diversi ragunijiet, sorsi qrib il-Ministeru tas-Sahha tkellmu maghna. Bhal ma digà gie ppubblikat fil-harga ta’ it-Torca tal-Hadd li ghadda, it-tfajla kienet iddahlet il-Habs ta’ Kordin fis-27 ta’ Dicembru 2006 b’konnessjoni ma’ allegat pussess u traffikar tad-droga. Bhala procedura kull persuna li tiddahhal il-Habs barra tfittxija estensiva fuq il-persuna, is-suspettat ikun ordnat jaghti kampjun ta’ l-awrina biex isiru ezamijiet medici.
Dakinhar li t-tfajla ddahlet fil-Facilità Korettiva ta’ Kordin din il-procedura saret b’mod normali. Izda l-persuna responsabbli li kellha tiehu l-kampjun ta’ l-awrina l-Isptar San Luqa ghall-ezamijiet mehtiega, halliet dan il-kampjun fil-frigg u t-testijiet ma sarux. Peress li t-tfajla tabbuza mid-droga, mhux l-ewwel darba li c-ciklu menstruwali ma jkunx regolari u ghalhekk ma kinitx taf jekk kinitx taf jekk it-tahwid kienx minhabba d-droga jew ghax kienet tqila.
Meta t-tfajla ttiehdet l-Isptar Monte Carmeli biex tinghata l-Metadone u l-kura mehtiega, hadd mit-tobba u l-infermiera, kif ukoll it-tfajla stess, ma kienu jafu li l-priguniera kellha madwar tliet xhur tqala. Anke meta t-tfajla llmentat minn ugiegh fl-istonku u f’zaqqha, jiem wara l-arrest, huwa mifhum li t-tabib u l-infermiera ssuspettaw li kien biss ugiegh normali u mhux li t-tfajla kienet qieghda tkorri. Tul dawn il-granet il-kampjun ta’ l-awrina thalla fil-frigg u baqghu ma saru ebda testijiet kif suppost kellu jsir.
Il-konsegwenzi ta’ dan in-nuqqas komplew jikkomplikaw peress li meta t-tfajla kienet fl-Isptar Monte Carmeli, ma nghatax id-doza tal-Metadone li kellha tinghata li kieku kienu jafu li t-tfajla kienet qieghda ggorr tarbija.
Kien nhar it-Tlieta, 2 ta’ Jannar li t-tfajla ttiehdet b’emergenza l-Isptar San Luqa meta l-ugiegh f’zaqqha komple jizdied. Is-sorsi qalulna li x’aktarx li l-ewwel kura li nghatat kienet dik li tinghata lil dawk li jabbuzzaw mid-droga u gisimhom ikun irid dik id-doza. Dawn is-sintomi huma maghrufin bhala “drug withdrawal”. Qieghed jinghad ukoll li kien hemm min haseb li dan l-ugiegh f’zaqq it-tfajla seta’ kien biss minhabba li ma setghetx tipporga u ghalhekk ittiehdet fit-toilet biex tipprova. Kien hawn li t-tfajla tilfet it-tarbija tant li kienet infermiera li ndunat u gabret il-fdalijiet tat-tqala mit-toilet u ttiehdu fil-laboratorju ghal aktar ezamijiet.
Persuni qrib il-Habs ta’ Kordin qalulna li kieku saru l-ezamijiet ta’ l-awrina imqar l-ghada li t-tfajla ddahlet il-Habs, x’aktarx li t-tobba kienu jsalvaw din it-tqala.
George Busuttil, is-Segretarju ta’ l-Ghaqda Mid-Dlam ghad-Dawl, qal lit-Torca li bhala ghaqda s’issa ghadhom mhux sodisfatti mill-istqarrija tal-ministeru u qeghdin jistennew bil-herqa ir-rizultat ta’ l-investigazzoni li qieghed jaghmel il-Prison Board. Busuttil qalilna li l-ghaqda tittama li din l-investigazzjoni ma tiehux fit-tul.

Labels:

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home