Wednesday, January 10, 2007

Il-Hamis, 11 ta'Jannar 2007


Haddiem barrani jaqa’ zewg sulari

Minn BRANDON PISANI


Haddiem barrani, x’aktarx ta’ nazzjonalità Libjana, l-Erbgha wara nofs in-nhar iddahhal ghal kura fl-Isptar San Luqa wara li waqa’ minn gholi ta’ zewg sulari f’sit li ghadu fi stadju ta’ kostruzzjoni fil-Hamrun.

L-accidenti sehh ghal habta tas-2.00 p.m. fi Triq Danny Cremona. Jidher li l-haddiem kien qieghed jahdem fil-hames sular fuq fallakka li kienet bejn zewg galleriji mikxufin. F’hin minnhom il-fallakka nqasmet bil-konsegwenza li l-haddiem baqa’ nizel gholi ta’ zewg sulari u spicca fil-bitha. Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier mill-Isptar San Luqa, izda x’hin it-tim mediku wasal fuq il-post sabu li minhabba li t-tarag huwa dejjaq ma setghux inizzlu lill-haddiem wahedhom u kellha tissejjah l-ghajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.

Il-haddiem ittiehed l-Isptar San Luqa fejn b’xorti tajba nstab li kien qieghed isofri minn griehi hfief. Bil-kaz gew informati wkoll il-Pulizija mill-Ghassa tal-Hamrun.

Labels:

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home