Sunday, January 14, 2007

Il-Hadd, 14 ta' Jannar 2007


Intervent f’waqtu mill-Pulizija
Salvata l-hajja ta’ missier u ibnu
Minn JOHN PISANI

• Kien intervent f’waqtu tal-Pulizija tal-Mobile li salvaw il-hajja ta’ missier u ibnu ta’ erba’ snin li f’mument hazin kien se jaqa’ minn fuq l-irdumijiet ta’ l-Ahrax tal-Mellieha.
Nhar is-Sibt ghal habta tas-1.30 a.m. l-Pulizija rcevew telefonata minghand mara ta’ 26 sena minn H’Attard li b’xokk fuqha talbithom l-ghajnuna wara li rceviet messagg fuq il-mobile minghand zewgha. Il-mara qalet lill-Pulizija li zewgha kien ha lil binhom ta’ erba’ snin u li kien sejjer lejn l-Ahrax tal-Mellieha u ma kinitx taf l-intenzjonijiet tieghu.
Fl-inhawi marret unit tal-Mobile fejn instabet il-karozza qrib l-irdumijiet u fiha kien hemm ragel ta’ 29 sena u ibnu ta’ erba’ snin. Il-Kuntistabbli Ryan Farrugia u Mark Cremona kienu l-ewwel ma waslu u kif indentifikaw il-karozza, li kienet madwar 15-il metru minn xifer l-irdum bejn il-Kappella u l-istatwa tal-Madonna, hadu l-prekawwzjonijiet kollha mehtiega fosthom billi imblukkaw il-karozza biex ma tkunx tista’ tinsaq ’il quddiem.
Fi ftit minuti waslu aktar Pulizija mill-istess skwadra tal-Mobile mmexxija mill-Ispettur Anthony Agius u s-Surgent Paul Cassar kif ukoll dawk tad-Distrett immexxija mis-Surgent Patrick Cassar. Bil-kelma t-tajba u b’mod professjonali, il-Pulizija irnexxielhom jipperswadu lir-ragel biex jinzel mill-karozza. Wara xi hin il-missier ceda u ttiehed f’karozza tal-Pulzija.
Fuq il-post marret ukoll il-mara li hadet lil binha li b’xorti tajba ma kienx jaf x’kien qieghed jigri peress li kien rieqed fuq is-seat ta’ wara.

Labels:

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home