Sunday, January 14, 2007

Il-Hadd, 14 ta' Jannar 2007


Ktejjeb imqassam madwar l-Ewropa
Il-Pulizija Maltija impengija
bhala razzisti, zdingati u dilettanti

Minn JOHN PISANI

• F’hogor ta’ wahda mit-twieqi tal-Librerija Pubblika fil-Floriana hemm ktejjeb li jista’ jingabar b’xejn minn kulhadd li huwa forma ta’ komik dwar l-immigranti llegali madwar l-Ewropa. Dan il-ktejjeb suppost huwa intenzjonat biex iqajjem kuxjenza dwar il-problema ta’ dan il-fenomenu, izda fil-parti li titratta dwar Malta, l-awtur ghazel li jpingi lill-Pulizija Maltija bhala razzisti, zdingati, delettanti u li jisparaw bl-addocc lejn zaghzugh sempliciment ghax ghandu gilda sewda.
Il-ktejjeb igib l-isem “New Arrivals” (Wasliet Godda) u huwa mahrug minn ‘Africa e Mediterraneo’ u ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea. Skond l-introduzzjoni ta’ dan il-ktejjeb, it-tpingijiet saru minn artisti zghazagh minn pajjizi Afrikani li whud minnhom waslu fl-Ewropa wara li harbu minn pajjizhom. B’kollox hemm sitt stejjer li sehhew f’sitt pajjizi Ewropej fosthom f’Malta u ezattament fil-Birgu.
F’dan il-ktejjeb “il-karratri huma nies li ssib fil-hajja reali”, tghid l-introduzzjoni. Ghaldaqstant l-awturi qieghdin jaghtu lil wiehed x’jifhem li dawn l-istejjer huma reali u li jsehhu verament. Izda l-interess taghna huwa dak li nkiteb dwar Malta bit-titlu “Gio Batta, The Black Maltese Slave” (Gio Batta, l-Iskjav Iswed Malti). Din hija kitba ta’ Willy Zekid bis-suggett maghzul minn Simon Mercieca u skript ta’ Davide Barzi.
L-istorja ta’ Malta hija dwar zaghzugh Malti b’gilda sewda li jidhol fid-dar ta’ nanntu biex jistahba mill-Pulizija. Jaslu l-Pulizija Maltija armati bil-pistoli libsin uniformi zdingata. F’hin minnhom iz-zaghzugh johrog mid-dar armat ukoll u jzomm lill-nanntu quddiemu u jghid lill-Pulizija li hu ma kien ghamel xejn. Iz-zaghzugh jerga’ jidhol gewwa u nanntu tirrakkontalu dwar nannuh. Tispjegalu li huwa ghandu gilda sewda ghax nannuh kien iswed mill-Amerika u kien eroj tal-gwerra li miet jiggieled ghall-pajjizu.
Iz-zewg Pulizija jibqghu barra u kif iz-zaghzugh deher hdejn it-tieqa wiehed mill-Pulizija sparalu minghajr ebda twissija ta’ xejn. Dan il-Pulizija, impingi bhala delettanti, jibda jirtodd wara li jkun spara bl-addocc. L-istess Pulizija tpinga bin-nuccali skur tax-xemx minkejja li l-hin huwa bil-lejl, x’aktarx biex l-awtur juri li huwa Pulizija “cool”.
Iz-zaghzugh jintlaqat izda l-ferita mhix fatali. Wara li nanntu dewwietu, iz-zaghzugh ceda u kif hareg mid-dar gholla jdejh u qal lill-Pulizija li ried icedi. Hawnhekk l-awturi ta’ din l-istorja riedu jpingu l-hdura u r-razzizzmu ta’ wiehed mill-Pulizija tant li jpingu lil wiehed minnhom b’rabja kbira fuqu jipponta l-arma lejn iz-zaghzugh li ma kienx armat filwaqt li l-Pulizija l-iehor jghid lill-kollega tieghu “Sir, he says he surrenders….” (Sir, qal li ceda…). Il-kelma “Sir” tfisser li dak li ried jispara lejn iz-zaghzugh huwa ufficjal.
Kienu diversi Pulizija kif ukoll membri tal-pubbliku li kif raw dan il-ktejjeb hassewhom dizgustati. L-istess nies li tkellmu mat-Torca qalulna li jekk dan il-ktejjeb ried iwassal messagg kontra n-nuqqas ta’ tolleranza fil-konfront ta’ l-immigranti fl-Ewropa, allura l-awturi, b’mod specjali l-awtur Malti, ma kellhomx ghalfejn ipingu lill-Pulizija Maltija bhala razzisti u li jisparaw bl-addocc ghal kul min ghandu gilda sewda. Forsi l-awturi ghazlu li jaghmlu forma ta’ komik ghax riedu jkomplu jirridikolaw lill-Pulizija ta’ Malta li l-mod kif jahdmu huma biss tal-“komiks”, qalulna s-sorsi.
Sfortunatament izda dan il-komik ma tqassamx hawn Malta biss izda madwar l-Ewropa. Hija tal-misthija kif il-Gvern Malti, b’mod specjali l-Ministru ta’ l-Intern Tonio Borg responsabbli mill-Pulizija kif ukoll il-Minstru Louis Galea responsabbli mill-Librerija, hallew dan il-ktejjeb ghaddej qisu xejn mhu xejn u fuq kollox jitqassam fil-Librerija tal-Gvern. Dan il-ktejjeb sar ukoll bil-kollaborazzjoni tal-Mediterranean Institute ta’ l-Università ta’ Malta.
Kumment li taghna ufficjal gholi fil-Korp tal-Pulizija kien li “mhux ta’ b’xejn illum lanqas it-tfal ta’ l-iskola ma jistmawna. B’dan il-velenu kontra taghna mil-Librerija Pubblika?”.

Labels:

2 Comments:

At January 15, 2007 at 4:15 PM , Anonymous Anonymous said...

jiena jidispjacini nghid li certu affarijiet ghandu ragun fejn jidhlu zdingar u traskuragni.perezempju is sections kollha mitluqin, id dog section ghanqas klieb sura ma hemm,id drinkers tal klieb kolla joqtru lilma u ma jahdmux,xi xghar ilu il bank ta hsbc ta donazjoni ghad dog section imma imbirikala gie haddu AC u ma jafux xgara minnu kollox joqtor baqa u bla klieb baqghet id dog section.
issa fuq ir razizsmu min kiteb ma kitiebx li il-gimgha li ghadiet il-pulizija maltija marru skorta in nigerja u meta waslu hemm nizlu lil glandestini u kief nizel lispetur mahghom u imnalla harbilhom ghax kienu joqtluh

 
At January 15, 2007 at 9:06 PM , Anonymous Anonymous said...

Minn dejjem hekk konna u nibqghu naraw kif niredikolaw kull haga li hija Maltija. Dejjem rajna kif nghamlu u nizufjettaw b' xi haga li hi ta' identita nazzjonali. Nahseb li minn kiteb dan il ktieb ma nzertax w3aqa go xi bir u tellghuh il Pulizija, jew xi wiehed minn niesu spicca imsawwat u mhedded ghal mewt u kienet il pulizija li faccjaw is sitwazjoni fejn helsu lil minn kien qieghed jigi agredit. Minn l- Universita nistenna hafna aktar nistenna lli jintroducu Kors ghal kull hadd inkluzi certu proffessuri. Kors fl-Etika kif ghandek titratta il Pubbliku li ghamel sforzi kbar biex profesjonisti jkunu gew edukati. Ma nafx ghal liema skop ried jasal l-awtur jekk irid jitkellem dwar Razzizmu ghandu jmur jara gewwa Franza x' jigri. NAHSEB LI DAWK LI KIETBU JEW GHANKE STAMPAW DAN IL KTIEB GHANDHOM JITOLBU SKUZA LIL POPLU MALTI.

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home