Monday, February 19, 2007

Mill-Korp tal-Puliizja

Il-Pulizija mhumhiex fdati, lanqas xi ufficjali

Li l-Korp tal-Pulizija huwa korp dixxiplinat huwa fatt li ma jista’ jmerih hadd. Il-Pulizija kollha huma mhargin fid-dixxiplina u ghaldaqstant il-fatt li mhux ikunu fdati bl-iskuza tad-dixxiplina qieghed ikompli jbaxxi l-moral tal-Pulizija fosthom anke whud mir-rekluti li fi ftit jiem ohra jinghataw il-hatra.

Spezzjonijiet spissi
Kull Pulizija li tkellimt mieghu kollha qaluli kif jista’ c-cittadin ikabbar il-fiducja fil-membri tal-Korp meta l-istess Korp ma jafdax lin-nies tieghu? Ma kienux biss il-Pulizija li tkellmu mieghi li esprimew dan it-thassib izda wkoll il-qraba u l-hbieb taghhom. Dawn kollha kelma wahda – "xbajna u ddejjaqna".
Kuljum qieghdin isiru spezzjonijiet fl-Ghases minn ufficjali biex jassiguraw li kulhadd ikun fuq xogholu. Jekk xi hadd jinstab li kellu bzonn imur jixtri pakkett sigaretti jew f’kazi fejn kienu fuq ronda u ma kienx bilqieghda fl-Ghassa, jinhariglu crime. Naf b’ufficjali li ghax waqt ir-ronda taghhom ma hargux crimes bizzejjed, kien hemm min qalilhom li se jsiru spezzjonijiet fuqhom ukoll. Izda mhux biss issa saru jittiehdulhom xi jiem frank (jew vice), izda qieghda titnaqqsilhom il-paga. B’hekk mhux biss il-Pulizija qieghdin ikunu kkastigati izda l-familja taghhom ukoll.
Din l-attitudni qieghda tkompli tbaxxi l-moral tal-Pulizija fosthom uhud mir-rekluti li nzertaw xoghol u raw lill-kollegi jhossuhom qishom tfal zghar mhux fdati.
"Li kieku mhux ghax nehel somma kbira u naf li nsib xoghol iehor, nitlaq issa stess", qalli rekluta fil-prezenza ta’ tnejn minn sgabu li qablu mieghu.
Kumment li anke lili jinkwetani meta nara li dawn il-kwazi membri tal-Korp li diga’ jinsabu dimoralizzati, meta suppost huma mimlijin hegga.
L-esperjenza issa ghalmitni li kritika bhal din tista’ tiftihem li rrid naghmel hsara lill-Korp jew lil xi hadd. Nassigura lil min qieghed jaqra li sfortunatament dawn huma fatti li hadd ma jista’ jichad.
Kif jista’ c-cittadin ikollu fiducja f’dawk il-Pulizija meta jaf li l-istess Pulizija mhumiex fdati mis-superjuri taghhom u lanqas certi ufficjali mhuma fdati?

….u l-Qorti kompla jbaxxi l-moral
Ma kinitx sorpriza s-sentenza tal-Magistrat Antonio Mizzi dwar il-lap dancers. U lanqas ma kienet sorpriza l-mod kif l-istess Magistrat agixxa fil-konfront tal-prosekuzzjoni, f’dan il-kaz il-Pulizija.
L-ufficjali li mexxew ir-raid u l-Pulizija li kienu ordnati maghhom kienu jafu li dakinhar kienu zbaljati b’dak li kienu qieghdin jaghmlu izda kif xehdu bil-gurament – "Dik kienet l-ordni". U jekk forsi kien hemm intenzjoni tajba wara din l-ordni finalment spiccat biex infaqghet buzzieqa f’wicc il-Pulizija. Izda l-aghar haga kienet li kienu dawk l-ufficjali u l-Pulizija li dehru l-Qorti u kellhom jiffaccjaw il-konsegwenzi u mhux min ta l-ordni.
Kellu ragun il-Magistrat Mizzi jghid – "Kien imisshom is-superjuri gew il-Qorti biex imexxu l-prosekuzzjoni".
Ergajna finger punching
Is-sistema tal-finger punching issa ilha li dahlet fid-Depot u anke minhabba din is-sistema kien hemm hafna li hassew li saret ghax mhumiex fdati li jirrapportaw ghax-xoghol fil-hin. Min jabbuza allura hazin jaghmel u ghandhom jittiehdu l-passi neccessarji.Izda din tal-finger punching se tohloq inkonvenjent, problemi u spejjez zejda l-aktar fix-xhur li gejjin.
Niehdu bhala ezempju l-Pulizija fit-Taqsima tat-Traffku, jew ahjar tal-muturi. Mela dawn hekk kif it-temp jibda’ jaqleb se jkunu ordnati jahdmu sas-1.00 a.m. u gieli anke sas-2.00 a.m. f’postijiet bhal ma huma l-Armier, l-Ghadira, Bugibba u l-Qawra. Minflok ma dawn imorru d-dar meta jispiccaw f’dawk il-hinijiet, se jkollhom jinzlu d-Depot fil-Floriana biex jippancjaw. Dawk li joqghodu n-naha ta’ fuq ta’ Malta u jkunu xoghol l-ghada, jergghu jitilghu minn fejn ikunu gew. Hela ta’ hin, hela ta’ petrol u strappazz zejjed fuq il-muturi.

Labels:

Saturday, February 17, 2007

Serq Gdid


ATTENTI!!!
Jaljenawk u jqaxruk
Minn John Pisani

F’dawn l-ahhar jiem it-Torca waslula rapporti dwar metodu gdid ta’ serq mill-makni tal-flus tal-banek maghrufin ahjar bhala ATM.
Persuni li tkellmu maghna u li sfaw vittmi qalulna li l-metodu li qieghed jintuza minn dawn l-allegat hallelin huwa li jaljenaw lil min ikun qieghed jigbed il-flus. Jidher li dawn qieghdin ikunu tlieta minn nies fejn tnejn jersqu qrib l-ATM fejn ikun hemm xi hadd se jibda’ juza l-ATM u jippretendu li qieghdin jitkellmu. Fl-istess hin wiehed minnhom jistudja n-numru personali (PIN) li l-vittma jkun qieghed jaghfas. Qabel ma l-vittma johrog il-card mill-apparat, jersaq komplici iehor u b’xi mod jaljenah. Jintuzaw metodi differenti fosthom fejn jitolbu sigarett jew lighter, il-hin jew jistaqsi xi haga dwar il-post.
Kien hemm vittmi li jew tant gew aljenati li nsew il-card warajhom u ohrajn li sakemm daru biex ikellmu lit-tielet komplici, wiehed mill-ohrajn b’heffa kbira jigbed il-card u jitlaq minn fuq il-post. Jekk il-vittma jilhaq jinduna li l-card insterqitlu u jidhol minnufih fil-fergha tal-bank jekk ikun miftuh, allura d-danni ma jkunux daqshekk kbar ghax il-bank iwaqqaf kull tranzazzjoni. Izda jekk il-vittma ma jindunax mill-ewwel jew dak il-hin il-bank ma jkunx miftuh allura l-hallelin imorru jigbdu kemm jistghu flus dak il-hin jew jistennew l-ghada. Kien hemm vittmi li hasbu li l-makna kienet gibdet il-card u ghalhekk jaghmlu rapport fil-bank.
L-istess sorsi qalulna li hafna drabi dan is-serq qieghed isir qabel xi festa, fi tmiem il-gimgha jew wara li jkunu ghalqu l-banek biex b’hekk ikolhom hin bizzejjed biex jigbdu l-flus qabel ma jsir rapport mal-bank.
Mhux maghruf jekk sarux rapporti mal-Pulizija dwar dan it-tip ta’ serq. Ghaldaqstant wiehed ghandu joqghod attent hafna meta jmur juza xi ATM u jhares ftit madwaru.

Labels:

Friday, February 16, 2007

HOLD-UP IEHOR


Anzjana mhedda b’pistola ma’ rasha
Minn JOHN PISANI

Anzjana ta’ 63 sena mill-Mosta sfat mhedda b’pistola ma’ rasha minn zewg hallelin li dahlu fuqha u serqulha aktar minn Lm1,000 fi flus.
Dan il-hold-up sehh il-bierah ghal habta ta’ 11.50 a.m. fi Triq Brittannja fil-Mosta. Dak il-hin l-anzjana kienet wehidha fid-dar meta semghet tahbita mal-bieb u meta staqsiet min kien hemm, wiehed mill-hallelin qalilha li kienu “tad-dawl”.
Kif il-mara fethet sabet ma’ wiccha zewgt irgiel ta’ bejn il-25 u t-30 sena. Wiehed minnhom imbuttaha ’l gewwa u beda jheddida li kien se joqtolha jekk ma ttihomx il-flus. Filwaqt li dak li kien armat pogga l-pistola ma’ ras l-anzjana, il-komplici l-iehor beda jqalleb fil-kamra tas-sodda u anke fis-salott. Meta dan ma sabx il-flus, l-iehor kompla jhedded lill-mara u jidher li minhabba li kienet itterrorizata cediet ghat-theddid u qaltilhom fejn kellha l-flus.
Il-hallelin, li ma kellhomx wicchom mghotti, harbu minn fuq il-post b’aktar minn Lm1,000 fi flus u hallew lill-anzjana b’xokk fuqha. Ftit tal-hin wara wasal ir-ragel tal-vittma fejn sab lill-martu b’xokk kbir fuqha u cempel lill-Pulizija.
Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Ghassa tal-Mosta mmexxija mill-Ispettur Anzjan Paul Bond flimkien mas-Surgent Geoffrey Attard McCarty li bdew bl-isharrig taghhom. B’dan il-hold-up, il-hames wiehed din is-sena, gew informati wkoll il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Hold-ups immexxija mill-Ispettur Joseph Mercieca. Il-Magistrat Dr Silvio Meli ordna inkjesta u hatar lill-Perit Richard Aquilina flimkien ma’ l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat bhala esperti tal-Qorti.

Labels:

Sunday, February 11, 2007

Fatalita' fil-Mosta




















Zaghzugh imut fuq il-post
u siehbu fil-periklu tal-mewt
minn JOHN PISANI

Zaghzugh ta’ 19-il sena tilef hajtu f’accident tat-traffiku u siehbu ta’ 27 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li l-vettura li kienu fiha baqghet diehla f’karozza bi tliet turisti u li kienet gejja mid-direzzjoni opposta.
L-accident sehh is-Sibt ghal habta tas-1.06 p.m. fi Triq iz-Zebbiegh li mill-Mosta taghti ghal Imgarr. Il-vittma, Keith Mizzi ta’ 19-il sena mill-Msida kien qieghed isuq il-karozza ta’ siehbu, vann Ford Escort, x’aktarx minhabba li siehbu, Lawrence Muscat ta’ 27 sena wkoll mill-Msida, kien xorob xi ftit. Jirrizulta li z-zewg zghazagh kienu sejrin fid-direzzjoni tal-Mosta u hekk kif waslu f’parti li hija ftit ghat-telgha u hemm lilwa, Mizzi qabad il-bankina, tilef il-kontroll tal-Ford Escort u mar fuq il-naha l-ohra tat-triq. Dak il-hin kienet gejja karozza Kia Picanto misjuqa minn Keith Porter, Ingliz ta’ 43 sena. Mieghu kellu lill-Annette Quinn, Irlandiza ta’ 44 sena u t-tifla ta’ Keith, Margaret Porter ta’ tmin snin li kienet riekba fuq is-seat ta’ wara.
L-impatt kien qawwi hafna tant li mad-daqqa Mizzi sofra griehi gravi u miet fuq il-post. Muscat ukoll sofra griehi gravi u jinsab fil-periklu tal-mewt. L-ewwel ghajnuna li nghatat kienet minn zewg koppji li nzertaw ghaddejjin bil-karozza u minhabba li raw xi duhhan waqfu u hargu lit-tifla u zammewha fil-karozza taghhom sakemm waslet l-ghajnuna. Ghalkemm mhux persuna medika, il-Professur Alfred Vella, espert fil-kimika u n-nirien, waqaf jassisti kif seta’.
Fuq il-post issejhu tliet ambulanzi bit-tim mediku ta’ l-ERT immexxija minn Dr Jonathan Joslin u diversi infermieri kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Civili mmexxija mill-ufficjal Natalino Bezzina. Fuq il-post kien hemm ukoll id-Direttur tad-DPC Peter Cordina. Il-Pulizija tal-Mobile u tat-Traffiku, immexxija mill-Ispettur Stephen Micallef, ghalqu t-triq miz-zewg nahat biex it-tim ta’ salvatagg seta’ jibda jahdem biex johrog lill-barranin minn qalb it-tifrik peress li Muscat inhareg malajr mill-Escort. Il-Pulizija tad-Distrett, immexxija mill-Ispettur Anzjan Paul Bond flimkien mas-Surgent Shaun Tabone wkoll kienu fuq il-post biex jinvestigaw l-accident.
L-ewwel ma ttiehed l-Isptar San Luqa kien Muscat filwaqt li Keith Porter twassal b’ambulanza ohra u l-Irlandiza u t-tifla b’ambulanza ohra. Meta kienu ezaminati, Muscat instab li kien fil-periklu tal-mewt filwaqt li t-tliet barranin kienu qieghdin isofru minn griehi gravi izda ma kienux fil-periklu tal-mewt.Ix-xena taz-zewg vetturi, litteralment imfarkin u bil-kadavru taz-zaghzugh Keith Mizzi mghaffeg ma’ l-isteering, kienet xhieda tal-gravita’ ta’ l-accident.
Il-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera mexxiet l-access fuq il-post mghejjuna mill-Perit Richard Aquilina, it-Tekniku Joe Zammit, l-Avukat Vincent Galea u t-tabib forensiku Mario Scerri flimkien ma’ l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat. Wara li tlesta l-access iz-zewg karozzi ttiehdub’zewg lowloaders tal-Pulizija ghal aktar stharrig filwaqt li l-kadavru ta’ Mizzi ttiehed bil-hearse lejn il-kamra mortwarja ta’ l-Isptar San Luqa .
Kienu diversi persuni u anke Pulizija li nstemghu jghidu li f’dik it-triq hemm bzonn li jsir xi haga forsi anke tigi installata speed camera biex jinqatghu l-abbuz tas-sewqan b’velocita’ eccessiva. Ghalkemm dan kien l-ewwel accident li sehh din is-sena fejn halla persuna mejta fuq il-post, jista’ jinghad li fil-fatt Keith Mizzi huwa t-tieni persuna li mietet kawza ta’ accident din is-sena. Richard Godfrey Attard ta’ 43 sena minn Birkirkara miet tard it-Tnejn, 1 ta’ Jannar fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta’ l-Isptar San Luqa kawza tal-griehi gravi li sofra meta safa mtajjar minn karozza f’San Giljan. L-accident sehh nhar il-Hamis, 21 ta’ Dicembru ghal habta tas-2.10 a.m. Minkejja li l-accident sehh is-sena l-ohra dan jista’ jitqies bhala l-ewwel fatalità ta’ din is-sena.

Labels:

Monday, January 29, 2007

Droga mill-FAM


Intercettata aktar droga mill-FAM
Malti, Ghawdxi u Franciz
mizmumin ghal aktar stharrig
Minn JOHN PISANI

Membri tal-Forzi Armati kemm f’Malta kif ukoll f’Ghawdex, komplew jintercettaw aktar droga waqt spezzjonijiet ta’ vetturi li saru fin-naha t’isfel ta’ Malta kif ukoll f’Ghawdex.
Id-droga nstabet matul tmiem il-gimgha hekk kif fi tfittxijiet separati li saru fin-nofsinhar ta’ Malta u Ghawdex gew arrestati tliet zghazagh b’konnessjoni ma’ dawn is-sejbiet. Fl-ewwel tfittxija f’karozzi li ghamlu s-suldati mill-Ewwel Regiment tal-FAM irrizultaw fis-sejba tad-droga kannabis f’karozza li fiha kien hemm zewg zghazagh, Malti u iehor Franciz.
Fi tfittxija ohra li saret fir-Rabat, Ghawdex, suldati tal-FAM mill-Bazi tal-Qortin arrestaw zaghzugh ta’ 23 sena mix-Xewkija, li fuqu nstabet sustanza suspettuza.
Il-persuni suspettati kif ukoll id-droga li kienet intercettata nghataw f’idejn il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga ghal aktar stharrig.

Labels:

Sunday, January 28, 2007

Likwidu tossiku


Jintefa’ likwidu tossiku fi sprall qalb il-folla

M’ahna neskludu xejn
- Peter Cordina, Direttur D.P.C.
Minn JOHN PISANI

• Kien attentat? Traskuragni jew xi hadd ried jehles minn kimika qabel inqabad mill-Pulizija?Dawn huma mistoqsijiet li qieghdin jippruvaw isibu r-risposti ghalihom l-investigaturi fosthom id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili (D.P.C.).
Nhar il-Gimgha ghal habta tas-7.20 p.m. waqt li kienet ghaddejja c-cerimonja tal-konsagrazzjoni ta’ l-Arcisqof il-gdid fil-Konkatidral ta’ San Gwann fil-Belt Valletta, il-Pulizija waslilhom ilment li quddiem il-Qorti kien hemm riha qawwija ta’ petrol. Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni fejn sabu li xi hadd kien tefa’ likwidu tossiku fi sprall li hemm qrib il-monument ta’ l-Assedju l-Kbir faccata tal-Qorti. Fuq l-isprall kien jidher evidenti li kien hemm likwidu u r-riha li kienet tiela’ minn taht l-art kienet qawwija hafna. Mill-ewwel ezamijiet li saru rrizulta li l-arja fl-inhawi kienet qieghda timmarka 30 punt.
“L-arja normali hija 20 punt. Jekk tkun 19 jew 21 punt tkun perikoluza u anke fatali. Meta wzajna l-apparat dan immarkana 30 punt li huwa livell tossiku gholi hafna u anke fatali” qalilna Michel Galea, Ufficjal mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mit-Taqsima Hazmat, fil-qosor ghal Hazerdous Material.
Mistoqsi mit-Torca x’setghet kienet l-intenzjoni ta’ min tefa’ dan il-likwidu, Peter Cordina id-Direttur tad-D.P.C. qalilna li f’dan l-istadju m’huma jeskludu xejn. Huwa spjegalna l-mini li hemm taht l-art jiehdu ghal diversi nhawi fil-Belt li jaslu anke sa Kastilja, taht il-Konkatidral, ghal taht il-Qorti u jinzlu anke sa wara s-Suq tal-Belt fi Triq il-Merkanti. Is-Sur Cordina qalilna li kieku xi hadd kellu jitfa’ imqar sigarett fl-isprall il-konsegwenzi kienu jkunu gravissimi.
Dak il-hin il-Konkatidrall kien litteralment ippakjat bin-nies kif ukoll kien hemm folla kbira fil-pjazza u fi Triq ir-Repubblika. Minghajr ebda paniku ta’ xejn id-D.P.C. talbu lill-Pulizija biex idawru il-parti fejn l-isprall bil-barriers u qrib tpoggew madwar ghaxar membri ta’ l-istess dipartiment. Huma hadu pozizzjoni minghajr ma tant taw fi l-ghajn biex ma jkunx hemm paniku.
“Dak il-hin il-prijorità kienet li qrib l-isprall ma jersaq hadd kemm minhabba r-riha kif ukoll biex ma jintefa’ xejn li b’xi mod seta’ johloq spluzjoni”, qalilna Peter Cordina. B’riskju ghal sahhithom stess, il-membri tal-Protezzjoni Civili qaghdu madwar l-isprall sakemm ic-cerimonja fil-Konkatidrall intemmet u n-nies telqu.
Minn hawn bdiet operazzjoni fejn ingieb apparat apposta biex isir moniteragg tas-sitwazzjoni. Ittiehdu anke kampjuni tal-likwidu minn fuq l-isprall u ntbghatu l-laboratorju biex isir maghruf x’tip ta’ likwidu hu. Armati bl-apparat tan-nifs, membri mit-Taqsima Hazmat nizlu minn parti ohra li hemm fuq il-bankina quddiem il-monument. Hawnhekk l-arja kienet perikoluza. Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Ghassa tal-Belt immexxxija mill-Assistent Kummissarju Alfred Abela. Aktar tard mar ukoll il-Kummissarju John Rizzo u ufficjali ohrajn. Bhala prekawzjoni ntbghatet fuq il-post ambulanza b’infermier.
Il-membri tad-D.P.C. baqghu il-lejl kollu fuq il-post flimkien mal-Pulizija jghassu l-post. Is-Sibt ghal habta tas-7.30 a.m. regghu saru aktar ezamijiet u kien ghal habta tad-9.30 a.m. li kien assigurat li l-arja kienet accettabli ghalkemm xorta wahda baqghet tinxtamm riha ta’ dak li kienet qiesa riha ta’ petrol.
Sorsi qrib il-Pulizija qalu li minhabba l-atti vandali li qieghed ikun hawn fil-pajjiz bi hruq ta’ vetturi u anke bibien ta’ djar u negozji, jista’ jkun li kien hemm xi hadd li kien lest biex juza dan il-likwidu ghal dan l-iskop. L-istess sorsi qalu li min kien se jaghmel dan ir-reat seta’ gie mfixkel minn xi hadd u heles mill-evidenza kollha. Mhux qieghed ikun eksluz li l-Pulizija qieghda tezamina xi filmati minn cameras tas-sigurtà li hemm fi Triq ir-Repubblika biex mhux biss tara minn tefa’ dan il-likwidu izda wkoll meta ntefa’.

Labels:

Viza ghall-Maltin


Il-Viza lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika
Il-Maltin fdati mill-Amerikani….
allura mill-Inglizi le?
Minn JOHN PISANI

• L-istorja dwar kif il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika jhares lejn il-poplu Malti, hadet xejra differenti wara mistoqsijiet li baghtna lill-Ambaxxata Amerikana f’Malta. Issa jidher li mhux l-Amerikani ma jafdax lill-Maltin izda huma l-Inglizi u l-linja ta’ l-ajru Ingliza.
Staqsejna lill-Ambaxxatrici Amerikana, Molly Bordanaro, ghala l-Gvern Amerikan iqis lill-Malta bhala “pajjiz suspettuz” wara li fuq komputer fl-Ajruport ta’ Gatwick, fl-Ingilterra, Malta hija meqjusa bhala “suspicious country”. Dan il-messagg tela’ fuq il-komputer u li rawh is-sorsi taghna meta kienu se jghaddu mis-sala tat-tluq fl-Ajruport ta’ Gatwick fl-Ingilterra biex imorru lejn New York.
L-Ambaxxata qalulna li l-Istati Uniti ma tikkunsidrax lill-Malta bhala pajjiz suspettuz. Minn naha l-ohra ma jistghux jikkummentaw fuq x’jista’ jezisti fuq kompjuter barrani f’ajruport barrani.
Ghaldaqstant dan iwassal ghal konkluzzjonijiet ohrajn fosthom li jew il-Gvern Ingliz, li sa l-1979 kienu jahkmu lill-pajjizna, jew il-linja ta’ l-ajru British Airways li ma tafdax lill-poplu Malti. Sorsi li tkellmu maghna qalulna hija difficli li wiehed jifhem kif il-Gvern Ingliz jew il-linja ta’ l-ajru Ingliza ma tafdax lill-Maltin.
L-istess sorsi qalulna li kieku huwa l-Gvern Ingliz li ma jafdax lill-Maltin jew il-British Airways, kieku dawk il-Maltin li ta’ kuljum isiefru lejn l-Ingilterra u anke juzaw din il-linja ta’ l-ajru, kieku jghaddu mill-istess sitwazzjoni qabel jitilqu minn Malta. Il-mistoqsijiet li jsiru f’Gatwick isiru lil dawk li jkunu se jmorru lejn l-Istati Uniti u mhux biex jidhlu l-Ingilterra. Kollox jidher li l-ordni jew it-talba biex il-Maltin ikunu interrogati u anke mnizzlin bhala “pajjiz suspettuz” gej mill-Gvern Amerikan u kemm l-Inglizi kif ukoll il-British Airways kull ma qieghdin jaghmlu huma li jsegwu struzzjonijiet.
Ghaldaqastant ma jaghmilx sens kif pajjiz ta’ l-Unjoni Ewropea jasal biex ma jafdax pajjiz iehor membru meta biex wiehed imur lejn l-Ingilterra kull m’ghandu bzonn huwa l-karta ta’ l-identità, la passaport u lanqas viza. Tkun tal-misthija jekk jirrizulta li m’ahniex fdati mill-Gvern Ingliz u l-Gvern Malti jibqa’ fommu sieket, qalulna s-sorsi.
Staqsejna wkoll lill-Ambaxxata Amerikana jekk jafux b’xi hadd f’Malta li huwa perikoluz. Ir-risposta kienet li fid-dinja tal-lum l-ebda pajjiz ma huwa protett mill-possibiltà li xi persuni perikoluzi jghixu fih jew jghaddu minnu. Malta taghmel xoghol ezemplari fil-hidma biex thares it-territorju taghha ghalhekk il-possibiltà li xi persuni perikoluzi jew xi terroristi jidhlu fil-pajjiz hija hafna inqas minn ta’ pajjizi ohrajn.
Staqsejna wkoll ghala cittadini Maltin li jghix l-Kanada wkoll qieghdin isibu problemi meta jmorru biex jaqsmu l-fruntiera lejn l-Istati Uniti, l-Ambaxxata qalulna li cittadini Maltin li jsiefru fuq passaporti Maltin ghandhom bzonn viza biex jidhlu fl-Istati Uniti. Malta qieghda tahdem biex tintroduci il-kriterji mehtiega mid-dinja kollha biex tissieheb fil-Visa Waiver Program, inkluz l-uzu tal-passporti bijometrici.
Dwar x’progress sar f’dak li kien imwieghed kwazi sentejn ilu mill-President George W. Bush meta ltaqa’ mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, skond l-Ambaxxata l-Gvern Malti qieghed jaghmel progress enormi biex jintlahqu l-kundizzjonijiet kollha mnizzla fir-Road Map. Il-kundizzjonijiet japplikaw ghall-pajjizi kollha li jaspiraw li jissiehbu fil-Visa Waiver Program. L-Istati Uniti hiji lesta li timpenja ruhha li tintrabat bl-istess kundizzjonijiet ta’ sigurtà li hi qieghda titlob minn dawn il-pajjizi. Fil-fatt, il-Gvern Malti tant qieghed jaghmel progess f’dawn il-kundizzjonijiet li Malta hija wahda mill-pajjizi li qeghdin fuq quddiemnett biex jigu kkunsidrati li jidhlu meta l-programm jikber, temmet tghidilna l-Ambaxxata.

Labels:

Friday, January 26, 2007

Is-Sibt, 27 ta' Jannar 2007


Intercettata aktar drog diehla fil-Habs
Pruvaw idahlu d-droga

mohbija fil-banana
Minn John Pisani

Ufficjali fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin il-Gimgha filghodu regghu intercettaw droga li kienet intenzjonata ghal zewg prigunieri u li kienet se tiddahal minn tfajla u minn missier ta’ prigunier li kienu se jzuru zewg prigunieri separatament.
Waqt il-hin tad-dhul fl-10.00 a.m. tfajla li marret izur priguniera saritilha t-tfittxija ta’ rutina fuqha kif ukoll fl-affarijiet li kellha ghall-priguniera. L-ufficjali dahlilhom suspett f’ghanqut tal-banana li kien fih erba’ bananiet. Meta ezaminaw sew il-banana sabu li wahda minnhom kellha bicca mill-qoxra qisha imhasra izda fil-fatt kienet maqlugha u impoggija lura. Kien hawn li imdahhal fil-banana sabu tubu zghir u fih kien hemm id-droga eroina.
Ftit tal-minuti wara mar tfacca ragel biex jidhol biex izur lil ibnu fil-habs u dan ukoll kellu erba’ bananiet. Is-suspetti fuq dan ir-ragel kienu ovvji tant li anke dan il-missier kien heba d-droga eroina f’tubu imdeffes f’wahda mill-bananiet.
Biz-zewg kazi gie informat id-Direttur tal-Habs, is-Supretendent Sandro Gatt, kif ukoll l-Ispettur Jesmond Borg mill-Ghassa ta’ Rahal :did. Kemm it-tfajla kif ukoll ir-ragel baqgzu jinzammu taht arrest fejn anke gew informati l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
Iz-zewg persuni mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li gejjin.

Labels:

Thursday, January 25, 2007

Il-Hamis, 25 ta' Jannar 2007



Tensjoni bejn il-Pulizija u s-sidien
Jitwaqqa’ bini illegali mibni
mill-ADT f’Haz-Zebbug
minn John Pisani


Nhar l-Erbgha filghodu Triq l-Imdina f’Haz-Zebbug kellha tinzamm maghluqa kwazi l-gurnata kollha minhabba azzjoni tal-MEPA, li marret biex twaqqa’ parti minn bini illegali li ttella’ mill-Awtorità Dwar it-Trasport Pubbliku. Charles Dimech, sid il-post, jallega li l-bini li marru biex iwaqqghu sar mill-ADT u dan sar biex il-Gvern ilesti malajr Triq l-Imdina.Ghal habta tat-8.15 a.m. il-Pulizija mill-Administrative Law Enforcement (ALE) immexxija mill-Ispettur Alex Miruzzi, marru fi Triq l-Imdina flimkien ma’ tliet ufficjali tal-MEPA biex jaraw li tkun ezegwita ordni biex titwaqqa’ struttura fuq il-garaxx LK Ltd ta’ Charles Dimech. Mill-bidunett deher li kien se jkun hemm rezistenza tant li fi ftit hin issejhu aktar Pulizija.
Fejn is-soltu l-MEPA tqabbad kuntrattur biex juza l-ingenji tieghu biex jitwaqqa’ bini illegali, jidher li din id-darba ma nstab hadd, tant li l-MEPA daret fuq il-Forzi Armati u l-Korp tal-Pulizija biex jintuzaw kemm l-ingenji kif ukoll is-suldati mit-Tielet Regiment biex inehhu l-istruttura.Charles Dimech ghadda lill-gurnalisti affadivit ta’ l-Avukat George Cutajar kif ukoll ftehim iffirmat mid-Direttur tad-Direttorat ta’ l-Infrastruttra tal-MEPA, il-Professur Heinrich Semar. Fl-affidavit, kif gie spjegat ukoll mill-istess Dr Cutajar, li gie fuq il-post, il-Ministru Jesmond Mugliett waqt laqgha fl-ufficcju tieghu kien wieghed li jwaqqa’ u jibni mill-gdid il-garaxx.“Il-laqgha kienet saret ghal habta ta’ Mejju 2005 fil-Ministeru tal-Perit Mugliett u prezenti kien hemm diversi ufficjali tal-MEPA fosthom il-Perit Godwin Cassar.“Irrizulta li l-Gvern kellu l-hsieb li jwessa’ Triq l-Imdina f’Haz-Zebbug b’madwar ghaxar metri u ghalhekk kien hemm il-htiega li l-garaxx ta’ Charles Dimech jitmexxa lura” qal l-Avukat Cutajar.
Skond dan l-affidavit, u li kkonferma l-bierah Dr Cutajar, huwa kien insista ma’ l-ufficjali prezenti li l-familja Dimech ghandha tkun ikkompensata ta’ dak li kienet se titlef u fil-fatt kien ippropona li jinghataw permess biex jittella’ sular iehor fuq il-garaxx il-gdid li kien se jibni l-kuntrattur. Ghal din il-proposta ma kien hemm ebda oggezzjoni tant li l-Ministru Jesmond Mugliett ta struzzjonijiet lill-Ufficjali tal-MEPA prezenti ghal-laqgha biex il-pozizzjoni tal-garaxx ta’ Dimech tigi regolarizzata u bhala kumpens tat-tehid ta’ l-art huma kellhom jaraw li jinhareg permess ghas-sular ta’ fuq. Dr Cutajar ikompli jghid li ebda ufficjali tal-MEPA ma qajjem problemi dwar permessi u dakinhar ma kienx jidher li kien se jkun hemm problemi, jghid l-affidavit.Fl-ahharnett l-affidavit ta’ Dr Cutajar jghid li “Nhar it-Tlieta, 17 ta’ Jannar, 2006, jiena personalment cempilt u kellimt lill-Ministru Mugliett fuq il-mobajl tieghu u meta fakkartu f’dak li gie mwieghed minnu fil-laqgha f’Mejju, 2005, huwa ma nnegax li kien qal dak id-diskors izda prova johrog minnha billi jaghmel referenza ghall-fatt li f’Lulju kien tressaq il-mandat ta’ inibizzjoni”.
Il-ftehim tal-Professur Semar jikkonferma t-twaqqiegh tal-garaxx ta’ Dimech minhabba li kellha tittwessa t-triq kif ukoll il-bini mill-gdid tal-garaxx. L-ADT intrabtet ukoll li tinstalla mill-gdid il-kurrent elettriku u s-servizz ta’ l-ilma kif ukoll xoghol iehor. Dan ix-xoghol kellu jibda immedjatmanet wara l-31 ta’ Lulju, 2005.
Sadanittant, Charles Dimech ipproduca wkoll kopji ta’ ritratt li ttiehed minn ufficjali tal-MEPA meta kien qieghed jinbena l-garaxx mill-kuntrattur ta’ l-ATD u f’dan ir-ritratt jidher ukoll parti mill-bini tas-sular ta’ fuq.“Il-planki u l-materjal gabuh ta’ l-ADT u meta kienu ghadhom qieghdin jibnu, hadd mill-ufficjali tal-MEPA ma gie jwaqqafhom” qal Charles Dimech.Kif wasal il-krejn tal-Pulizija dehret li s-sitwazzjoni kienet se tkun serja tant li mart Dimech sahansitra nstemghet iccempel lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex jintervjeni. Izda minflok sabet lil mart il-Prim Ministru fejn talbitha biex b’mod urgenti tkellem lil Dr Gonzi. Izda kull tentattiv falla biex jintervjeni l-Prim Ministru u mart il-Prim Ministru qaltilha li zewgha kien f’laqgha. Wara xi siegha tpogga l-krejn f’postu u dak il-hin is-sitwazzjoni dehret kalma. Membri mill-Explosive Ordinance Disposal tal-FAM ghamlu tfittxija ghal xi splussiv, li rrizultat fin-negattiv. Fuq il-post waslu aktar ufficjali tal-Pulizija fosthom iz-zewg Assistenti Kummissarji Josie Brincat u Paul Sammut kif ukoll is-Supretendent Lawrence Cutajar.Kif is-suldati bdew inehhu l-planki sabu li dawn kienu se joholqu periklu. Peress li l-familja Dimech nehhiet l-arja ta’ erba’ ingenji u anke gew ipparkjati zewg vetturi biex joholqu ostakli ghax-xoghol tat-twaqqiegh, kien hemm il-biza’ li bic-ciet tal-konkrit setghu jaqghu ghal fuq dawn il-vetturi u l-ingenji. Hawn beda l-ewwel inkwiet ghax l-ingenji ma setghux jitnehhew minhabba li t-tyres kienu mnizzlin. F’12.05 p.m. l-Assistent Kummissarju Sammut ta ordni biex dawn jitnehhew. Iz-zewg vetturi tnehhew malajr mis-sid izda kien ghad baqa’ l-problema ta’ l-ingenji l-kbar li kienu pparkjati fil-proprjetà ta’ Dimech.
Ghaldaqstant ingieb tow-trakk kbir biex inehhi t-trakkijiet izda ftit minuti wara dan telaq wara li l-operatur irrifjuta li jkollu x’jaqsam ma’ l-operazzjoni. Minflok ingib il-‘low loader’ tal-Pulizija izda kif dan tressaq b’lura, Dimech, uliedu u xi persuni ohrajn intefghu quddiem it-trakk bi protesta.


Qam l-inkwiet
Hawnhekk il-Pulizija kellhom jintervjenu fejn anke kellhom juzaw il-forza necessarja biex inehhu l-membri tal-familja Dimech. Ma kinitx facli, l-iktar meta wiehed minn ulied Dimech intefa’ taht it-trakk u ma riedx johrog. Kienu diversi Pulizija li provaw jaqilghuh fejn f’hin minnhom beda jghajjat bl-ugiegh. Ftit metri ’l boghod aktar Pulizija bdew jissarraw ma’ Charles Dimech, ma’ martu u anke ma’ tifel iehor. It-tensjoni kompliet tizdied u damet madwar 20 minuta sakemm kien l-istess Dimech li nehha t-trakk wahdu u l-‘low-loader’ ukoll ma ntuzax.


Tressqu l-Qorti
Aktar tard l-Ispetturi Alex Miruzzi u Marisa Camilleri resqu l-Qorti b’arrest lil Charles Dimech u lil uliedu Ludwig u Melchior, ilkoll minn Haz-Zebbug. Huma gew akkuzati b’indhil fil-konfront tal-Pulizija u ufficjali tal-MEPA u li heddew lill-istess ufficjali tal-Pulizija u tal-MEPA. Akkuzi ohrajn huma li hebbew ghall-Pulizija u li kkawzaw feriti hfief fuq il-persuna ta’ l-Assistent Kummissarju Josie Brincat u akkuzi ohrajn. It-tliet akkuzati wiegbu li ma kinux hatjin ta’ l-akkuzi u permezz ta’ l-Avukat Cutajar talbu li jinhelsu mill-arrest. Il-Magistrat Dr Silvio Meli laqa’ t-talba tad-difiza u helishom mill-arrest fuq depozitu ta’ Lm300 kull wiehed u garanzija personali ta’ Lm10,000 kull wiehed.


Stqarrija tal-MEPA
Dwar dan il-kaz ikkummentat il-MEPA permezz ta’ stqarrija ghall-istampa. Fiha, il-MEPA spjegat li l-operazzjoni bdiet mas-sebh fejn l-ufficjali tal-MEPA, assistiti mill-Pulizija u suldati, marru fuq is-sit fi Triq l-Imdina, f’Haz-Zebbug biex inehhu strutturi illegali. Il-prezenza tal-membri tal-forzi ta’ l-ordni kienet necessarja peress li ma kien hemm ebda kuntrattur privat li xtaq li jghin lill-MEPA tnehhi l-istrutturi llegali.Fil-fatt, it-twaqqigh sar mis-suldati. L-intervent tal-Pulizija kien indispensabbli ghall-operazzjoni peress li l-izviluppatur ghamel rezistenza. Certi individwi sakkru lilhom infushom fl-istruttura illegali. Kienu l-hin kollu jheddu lill-ufficjali tal-MEPA u lill-persuni ohrajn li assistew fl-operazzjoni.Il-MEPA qalet li l-individwi attakkaw lill-Pulizija bil-forza, fejn xi pulizija kellhom jinghataw trattament ghal griehi li garrbu. Il-MEPA qalet ukoll li kienu arrestati xi persuni u li dawn tressqu l-Qorti.Il-MEPA, fl-istqarrija taghha spjegat l-azzjonijiet li ttiehdu kontra sid l-art. Hija qalet li s-sit kien gie spezzjonat ghall-ewwel darba fit-28 ta’ Ottubru, 2004 wara li saru lmenti minn persuni anonimi. Instab li s-sit kien qieghed jintuza bhala post fejn jinbieghu l-vetturi u li l-post kien mibni bi planki li ttellghu illegalment ghax ma kienx hemm permessi tal-MEPA.Il-MEPA ziedet tghid li lill-izviluppatur inhariglu Avviz ta’ Waqfien u Infurzar bin-numru ECF921/04, li nhareg fit-12 ta’ Novembru, 2004. Minhabba li s-sid m’applikax ghall-permess, il-MEPA harget Ordni Diretta fit-23 ta’ Frar, 2005. L-izviluppatur, fil-11 ta’ Marzu, 2005, kien innotifikat mill-MEPA li l-kaz tieghu kien riferut ghal azzjoni diretta u li l-MEPA tista’ taqbad u tidhol fis-sit biex tnehhi l-istrutturi illegali. Fis-27 ta’ Settembru, 2005, sid il-post kompla jibni strutturi illegali u ghaldaqstant saru diversi spezzjonijiet fuq is-sit u kien innotat li saru aktar xoghlijiet. Il-MEPA qalet li fuq il-post, ghal xi zmien kien hemm ghassa l-Pulizija, izda kif dan ma baqax hemm, l-izvilupp illegali rega’ kompla.



Baghtuni nitfa’ l-balavostri f’Haz-Zebbug
– Charles Dimech


Waqt mumenti ta’ rabja ghax kienu se jnehhulu parti mill-istruttura, Charles Dimech ghamel diversi allegazzjonijiet serji fil-konfront ta’ nies prominenti fil-Partit Nazzjonalista. Huwa rrefera ghall-kaz tat-tfigh tal-balavostri fl-1981 minn fuq il-Kazin Nazzjonalista ta’ Haz-Zebbug ghal fuq partitarji Laburisti u allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni mill-MEPA.Charles Dimech qal li ftit ilu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien baghtlu stedina fejn il-Partit Nazzjonalista fakkar l-incidenti li kienu nqaghlu fil-21 ta’ Novembru, 1981. Huwa rrifjuta din l-istedina. Dakinhar Dimech kien fost sitt persuni ohrajn li qalghu l-opramorta tal-Kazin Nazzjonalista ta’ Haz-Zebbug u qalbuhom ghal fuq partitarji Laburisti li kienu qieghdin jiehdu sehem f’demostrazzjoni politika. “Dakinhar kien hemm nies li llum ghandhom pozizzjoni gholja li baghtuni nwaddab il-balavostri” qal b’lehen gholi Dimech. Mistoqsi minn l-orizzont minn huma dawk li kien qed jirreferi ghalihom, Dimech qal li aktar tard jghidlilna kollox u jikxef anke kif hareg Lm1,000 f’xiri ta’ kompjuter lil xi hadd iehor biex hu jkun protett. Semma kif kien hu li bena kazini tal-PN u ghamel diversi pjaciri ohrajn. Dwar bini iehor illegali, Dimech allega li tul Triq l-Imidina f’Haz-Zebbug hemm diversi bini, fosthom anke bi ‘swimming pools’, li huma mibnijin minghajr il-permessi tal-MEPA.Huwa anke wera lill-gurnalisti lista tal-MEPA li turi li dan il-bini ghadu sal-lum minghajr permess izda l-MEPA u l-Pulizija mhuma jaghmlu xejn. Fost allegazzjonijiet ohrajn hu qal li hemm persuni li huma qrib sew tal-PN u li l-Awtoritajiet mhux kapaci jwaqqawlhom il-bini illegali.


Il-Ministeru ta’ Mugliett
jichad dak li hemm fl-affidavit

Filwaqt li l-Hamis filghodu kompla t-twaqqiegh ta’ l-struttura llegali li ttellghet fuq garaxx fi Triq l-Imdina f’Haz-Zebbug wara t-tensjoni li kien hemm nhar l-Erbgha, il-Ministeru ghall-Izvilupp Urban u Toroq qal li hija gidba li l-Ministru Jesmond Mugliett ta xi struzzjonijiet lill-ufficjali tal-MEPA waqt laqgha li ssemmiet fl-affidavit ta’ l-Avukat George Cutajar. Minn naha l-ohra l-familja Dimech ghamlet diversi mistoqsijiet lill-istess Ministeru.
Fi stqarrija mahruga tard l-Erbgha filghaxija l-Ministeru ghall-Izvilupp Urban u Toroq irrefera ghall-affidavit ta’ l-Avukat George Cutajar f’rapprezentanza tas-Sur Charles Dimech li tqassam lill-mezzi tax-xandir.
L-istess affidavit jirreferi ghal xoghlijiet waqt il-bini mill-gdid ta’ parti minn Triq l-Imdina f’Haz-Zebbug. Dan ix-xoghol kien jirrikjedi t-twessiegh ta’ l-istess triq u konsegwentement it-twaqqiegh ta’ parti minn struttura mal-genb tat-triq, liema struttura hija propjeta tas-Sur Dimech.
Il-Ministeru jikkonferma li f’Mejju 2005 kienet saret il-laqgha imsemmija fl-affidavit bejn ufficjali tal-MEPA, l-Awtorità Dwar it-Trasport u l-Avukat tas-Sur Dimech. L-iskop ta’ din il-laqgha kien li tinstab soluzzjoni biex ikun jista’ jitkompla x-xoghol f’din it-triq peress li s-Sur Dimech kien qieghed joggezzjona b’qawwa ghat-tehid ta’ parti mill-propjetà tieghu, liema tehid kien indispensabbli ghat-tlestija tal-progett.
Matul din il-laqgha kien inghata parir dwar x’passi kellu jiehu s-Sur Dimech biex jitfa’ applikazzjoni biex dan l-zvilupp jigi regolarizzat u sanzjonat mill-MEPA. Fl-ebda mument matul il-laqgha ma ntqal lis-Sur Dimech li din l-applikazzjoni kienet se tintefa’ f’ismu mill-ADT jew il-Ministeru u wisq inqas inghatat assikurazzjoni li s-Sur Dimech kien se jinhariglu l-permess li kien jehtieg mill-MEPA. Hija ghalhekk gidba li l-Ministru Jesmond Mugliett ta xi struzzjonijiet lill-ufficjali tal-MEPA f’dan ir-rigward. L-anqas ma gie diskuss ebda ftehim ta’ kumpens waqt din il-laqgha, qalet l-istqarrija tal-Ministeru.
Ta’ min isemmi li minkejja li saret din il-laqgha, is-Sur Dimech kompla jtellef it-tkomplija tax-xoghol fuq Triq l-Imdina. Dan ghamlu permezz ta’ mandat ta’ inibizzjoni fil-Qrati f’Lulju 2005 kontra l-Ministru Mugliett u l-ADT liema mandat intilef mis-Sur Dimech. Huwa kurjuz li wiehed jinnota li dan il-mandat kien tressaq xahrejn biss wara li sar l-allegat ftehim mal-Ministru Mugliett li huwa kkwotat fl-affidavit ta’ l-Avukat Cutajar.
It-tfixkil min-naha tas-Sur Dimech kompla wkoll permezz ta’ theddid kontinwu kontra ufficjali ta’ l-ADT, il-kuntratturi u anke l-haddiema taghhom.
Wara l-mandat ta’ inibizzjoni ma saru ebda diskussjonijiet ohrajn bejn il-Ministru Mugliett u s-Sur Dimech dwar il-bini in-kwistjoni sakemm inhareg avviz ta’ infurzar mill-MEPA fuq dan l-izvilupp. Wara l-hrug ta’ dan l-avviz, is-Sur Dimech kemm–il darba cempel lill-Ministru Mugliett biex jghinu jevita t-twaqqiegh ta’ l-ewwel sular. Il-Ministru kien kostantement isostni l-parir li s-Sur Dimech ma kellu ebda triq ohra hlief li jwaqqa’ l-ewwel sular – xi haga li s-Sur Dimech irrifjuta li jaghmel.
F’dan l-istadju, il-Ministru Mugliett qieghed jikkunsidra x’passi legali jista’ jiehu fil-konfront tas-Sur Dimech u r-rapprezentant legali tieghu, l-Avukat Cutajar, ittemm tghid l-istqarrija.

Il-familja Dimech tirrispondi b'ghadd ta' mistoqsijiet
Sadanittant il-familja Dimech irrispondiet lill-Ministeru ghall-Izvilupp Urban u Toroq permezz ta’ stqarrija mahruga mill-Avukat Cutajar. F’din l-istqarrija Dr Cutajar qal li konventanjament il-Ministeru naqas mill-indirizza fatti dwar dan il-kaz. Il-familja Dimech pogiet diversi mistoqsjiet li jekk il-Ministru ta’ Mugliett jirrispondi b’mod car allura certi dubji jistghu jitnehhew. Huma staqsew jekk il-Ministeru jichadx il-fatt li l-bini li kellu Dimech kien kopert minn permess validu tal-PAPB li nhareg snin ilu u li n-negozju li kien isir fih kellux il-licenzja tal-Pulizija mill-1972?Il-Ministru jichad li dan il-bini twaqqa’ minn kuntrattur imqabbad mill-ADT?Jichad li l-bini l-gdid inbena mill-istess kuntrattur ta’ l-ADT minghajr ebda spejjez ghall-familja Dimech? Il-Ministeru qieghed jghid li mhux jaccetta l-obligazzjonijiet li dahal ghalihom il-Professur Semar jew li l-istess Semar ma kienx awtorizzat mill-ADT? Il-Ministeru pretenda li Dimech ikompli bil-kawza legali meta kellu f’idejh l-ittra tal-Professur Semar li tiggarantixxi li x-xoghol kien se jsir?
Aktar minn hekk, tkompli l-istqarrija, ikun interessanti jekk il-Ministeru ghall-Izvilupp Urban u Toroq jghid pubblikament jekk l-ADT kelliex il-permessi validi mill-MEPA biex taghmel ix-xoghol fi Triq l-Imdina fl-istess hin li l-propjetà ta’ Dimech twaqqghet. Dr Cutajar staqsa jekk il-Ministeru ppretendix li Dimech ma jitlobx garanzija ta’ kumpens xieraq qabel ma jaccetta li jitwaqqalu l-garaxx li kellu qabel.
Huwa staqsa wkoll jekk il-Ministeru ppretendix li cittadin ordinarju japplika ghal permess minghand il-MEPA biex iwaqqa’ u jerga’ jibni mill-gdid propjetà meta x-xoghol kellu jsir minn entità governattiva bhal ma hi l-ADT. Izda minkejja l-allegat irregolaritatjiet, il-MEPA ghamlet tentattiv biex twaqqaf ix-xoghol sakemm il-progett jitlesta?
Fl-ahharnett Dr George Cutajar qal li t-theddida li ghamel il-Ministru Jesmond Mugliett fil-konfront ta’ Charles Dimech u fil-konfront tieghu, bhala l-avukat ta’ Dimech, saritx bl-intenzjoni li tpoggi sarima ma’ halq il-professjonisti li jazzardaw jiehduha kontra l-Amministrazzjoni, itemm tghid l-istqarrija.

Terga' l-MEPA
Il-MEPA hasset li kellha tohrog stqarrija ohra li fiha kkonfermat li t-twaqiegh tkompla l-Hamis filghodu u li mistenni jasal fi tmiemu ll-Gimgha. Il-MEPA qalet li l-operazzjoni sabet ostilità minn naha tas-sidien u kien bl-intervent tal-Pulizija u l-Forzi Armati li l-ufficjali tal-MEPA setghu jaraw li l-ligi tkun implimentata u l-bini llegali jitnehha.
Ic-Cermen tal-MEPA, Andrew Calleja, qal li l-Awtorità tiddeplora l-attitudni tas-sidien u l-MEPA se tibqa’ taghmel mill-ahjar li tista’ biex mhux biss tassigura s-sigurtà tal-haddiema imma tigarantixxi li l-ligi tigi rispettata biex il-pubbliku jinghata l-ahjar ambjent li jixxraqlu. Huwa ferah lill-ufficjali tal-MEPA li wettqu hidmithom b’mod ezemplari minkejja l-intimidazzjoni li kienu soggetti ghaliha. Andrew Calleja irringrazzja wkoll lill-Korp tal-Pulizija u lill-Forzi Armati ghas-sapport li taw f’din l-operazzjoni.

Labels:

Monday, January 22, 2007

It-Tlieta, 23 ta' Jannar 2007


Serqa ppjanat fix-Xewkija
Mara hadulha madwar
Lm3,000 f’nofs ta’ triq

Minn JOHN PISANI

• Zewg hallelin ippjanaw serqa minn qabel fuq mara li kienu jafu l-passi taghha u l-hin meta tmur tiddepozita l-flus fil-bank.
L-ewwel ma ghamlu l-hallelin kienet li matul il-lejl ta’ bejn il-Hadd u t-Tnejn serqu karozza Vauxhall minn Ghajnsielem biex juzawa ghas-serqa fuq il-mara li hija sid ta’ hanut tal-merca fix-Xewkija.
It-Tnejn ghal hatbta tat-8.10 a.m. il-mara, li ghandha 46 sena u hija mix-Xewkija f’Ghawdex, marret biex tiddepozita l-flus tan-negozju fil-fergha tal-Bank of Valletta li hemm fi Pjazza tal-Vittorja fix-Xewkija stess. Kif kienet mixja fi Triq il-Knisja waqfet il-karozza Vauxhall quddiem il-mara u mill-karozza hareg wiehed mill-hallelin li kien mghammad u prova jahtfilha l-basket li kienet qieghda ggorr.
Mahsuda, il-mara ma offriet ebda rezistenza u fi ftit sekondi l-halliel rega’ dahal fil-karozza bil-basket tal-mara li kien fih madwar Lm3,000 fi flus u cekkijiet kif ukoll dokumenti personali tal-mara.
Kif gew informati l-Pulizija marru dawk mill-Ghassa ta’ Victoria mmexxija mis-Surgent Anton Schembri. Bil-kaz gew informati wkoll is-Supretendent Mario Bonello u l-Ispettur Josric Mifsud li bdew bl-isharrig. Aktat tard il-Pulizija sabu l-Vauxhall fi triq qrib ghalqa f’Ghajnsielem.
Il-Magistrat Dr Paul Coppini gie informat u ordna inkjesta fejn hatar lil Dr Joseph Grech bhala espert tal-Qorti kif ukoll l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Labels:

It-Tlieta, 23 t' Jannar 2007


Ikompli s-success tad-Dwana Maltija
Intercettati 10,000,000 sigarett
Minn JOHN PISANI

Id-Dwana ta’ Malta kompliet bis-successi taghha u zammet ir-reputazzjoni li ghandha fejn ghal darb’ ohra sabu kontejner mimli b’sigaretti foloz.
Stqarrija mahruga mid-Dwana qalet li f’dawn l-ahhar jiem, id-Dwana kkonkludiet b’success investigazzjoni fuq kontenjer ta’ 40 pied li kien iddikjarat li kellu fih 10,000,000 sigarett li kien gej mil-Lvant Nofsani.
F’hidma kongunta bejn sezzjonijiet fid-dipartiment ta’ l-infurzar, saret analizi tad-dokumenti u gie identifikat ghall-ezami fiziku tal-merkanzija. Wara li sar l-ewwel stharrig permezz ta’ l-apparat ta’ l-X-Ray, il-kontejner infetah u mill-ewwel deher li s-sigaretti ma kienux originali.
Ghaldaqstant gew elevati kampjuni biex tkun tista’ ssir analizi aktar bir-reqqa fuqhom. Mir-rizultat gie kkonfermat li fil-fatt is-sigaretti huma foloz. Il-kontejner inzamm milli jkompli fi triqtu u nzammet fl-imhazen tad-Dwana.Irrizulta li fil-kontejner kien 10,000,000 sigarett tal-marka ’Memphis’, temmet tghid l-istqarrija tad-Dwana.

Labels:

Sunday, January 21, 2007

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007


Accident qrib Burmarrad
Tnejn fuq mutur jispiccaw l-isptar
Minn John Pisani

Sewwieq ta’ mutur u passiggier li kellu riekeb mieghu, il-Hadd wara nofs in-nhar iddahhlu l-Isptar San Luqa jsofru minn diversi griehi kwaza ta’ accident tat-traffiku fit-Triq Burmarrad.
L-accident sehh ghal habta tas-1.00 p.m. bejn karozza BMW misjuqa minn ragel ta’ 62 sena minn Tas-Sliema u mutur Honda misjuq minn ragel ta’ 32 sena minn San Pawl il-Bahar. Kemm il-karozza kif ukoll il-mutur kienu sejrin fl-istess direzzjoni lejn San Pawl il-Bahar.
Kif qal lil l-orizzont is-sewwieq tal-BMW, huwa flimkien ma’ martu ta’ 58 sena kienu sejrin fid-direzzjoni ta’ San Pawl u dak il-hin kien hemm it-traffiku mwahhal. Ghaldaqstant, qalilna r-ragel, iddecieda li jdawwar biex jerga’ lura lejn id-direzzjoni tal-Mosta.
“Peress li t-traffiku kien wieqaf lanqas qatt ma bsart li xi hadd kien gej minn warajja”. Fil-fatt dak il-hin kien gej ir-ragel minn San Pawl il-Bahar fuq mutur flimkien ma’ passiggier ta’ 21 sena wkoll minn San Pawl Bahar. Kif is-sewwieq tal-mutur ra l-BMW iddawwar, prova jevitaha izda ma kienx hemm hin bizzejjed bil-konsegwenza li l-mutur Honda baqa’ diehel fil-bieba tal-lemin tal-BMW u baqa’ mwahhal maghha. Mad-daqqa kemm is-sewwieq tal-mutur kif ukoll il-passiggier li kellu warajh imbezqu minn fuq il-mutur.
Fuq il-post issejhu zewg ambulanzi bl-infermieri u membri tas-salvatagg mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll il-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett immexxija mis-Surgent Patrick Cassar. Minhabba li t-traffiku kompla jizdied marru wkoll il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku biex jikkontrollaw il-kongestjoni li nholqot.
Is-sewwieq tal-mutur u l-passiggier ittiehdu l-Isptar San Luqa fejn instabu li kienu qieghdin isofru minn diversi griehi izda ma kienux fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq tal-BMW sofra wkoll xi grief ikkawzat mill-hgieg li nkiser filwaqt li martu dehret issofri minn xokk.

Labels:

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007


Il-Maltin stmati daqs terroristi
Ghall-Gvern Amerikan,
Malta hija “pajjiz suspettuz”
Minn JOHN PISANI


• Minkejja li ghaddew sena u tliet xhur mindu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-President Amerikan George W. Bush iddiskutew il-possibiltà li titnehha l-viza biex cittadini Maltin ikunu jistghu jidhlu fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, s’issa s-sitwazzjoni ghadha l-istess. Anzi mhux talli ma sar l-ebda progress talli ghall-Gvern Amerikan ta’ George W. Bush, Malta hija meqjusa bhala “pajjiz suspettuz” daqs li kieku konna l-Iraq jew xi qabda “Osama Bin Laden”.
Diversi Maltin li jsiefru lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bi btala jew b’negozju, jafu li biex jidhlu fil-pajjiz li l-Amerikani jsejhulu “The land of the free” (L-art tal-helsien jew libertà), iridu bilfrors jaghmlu viza li tiswa’ Lm36. Din tinkiseb mill-Ambaxxata Amerikana wara li jittiehdulek il-marki tas-swaba, ritratti u jsiru jaru fuqek kemm f’wiccek u minn wara darek kif ukoll fuq ir-razza kollha tieghek. Jekk tmur ghal btala allura l-viza tkun tghodd ghal ghaxar snin izda jekk tkun gurnalist tintalab thallas xorta Lm36 izda l-viza tkun valida ghal xahar biss.
Izda minkejja l-hafna kliem sabih ta’ l-Amerikani fuq Malta u l-Maltin, l-istess Amerikani lilna l-Maltin ma jafdawnix. Persuni li tkellmu maghna u li dan l-ahhar marru btala ghand qrabathom fi New York qalulna li baqghu skantati dak li raw fl-Ajruport ta’ Gatwick, f’Londra qabel dahlu fis-sala tat-tluq biex jaqbdu l-ajuplan lejn New York. Waqt li kienu qieghdin jigu mistoqsijin hafna domandi, xi hadd fettilu jhares lejn il-computer. Ghal-ewwel haseb li kien qieghed jara hazin izda meta gibed l-attenzjoni ta’ siehbu u anke dan ta titwilla, it-tnejn raw li fuq il-monitor kien hemm miktub “MALTA – SUSPECIOUS COUNTRY” (Malta – Pajjiz susepettuz).
“Li kieku mhux ghax kienu jhalluna l-art konna se nghidulhom min huwa suspettuz”, qalilna s-sors li tkellem maghna.
Minhabba l-biza enormi li hakmu l-poplu Amerikan wara l-attakk terroristiku tad-9 ta’ Settembru, ghall-Amerikani anke ahna l-Maltin jittrattawna qisna terroristi. Mhux biss il-Maltin minn Malta qieghdin isibu problemi izda anke dawk li jghixu l-Kanada.
Qarrej tat-Torca kitbilna u qalilna li ghall-festi tal-Milied hu u martu, li hija Maltija u ilha tghix b’mod permanenti u bil-permessi kollha mehtiega ghal dawn l-ahhar 18-il sena fil-Kanada, inzammet mill-tidhol fl-Amerika.
Dan il-qarrej qalilna li hekk kif waslu fil-fruntiera gew mitluba d-dokumenti u l-passaport. Bhal kull Malti-Kanadiz li jghix fil-Kanada u jkollhom il-permess li jghixu l-Kanada, ma jkunx hemm bzonn ta’ viza biex jaqsmu l-fruntiera. Izda minn wara l-attakk terroristiku tad-9 ta’ Settembru, anke dawn il-Maltin mhumiex jithallew jidhlu fl-Amerika jekk ma jkollhomx viza mahruga mill-Gvern Amerikan.
Din il-koppja nzammet ghal sighat twal minn ufficjal ta’ l-immigrazzjoni milli jidhlu fl-Amerika minkejja li r-ragel huwa cittadin Kanadiz u l-qraba ta’ martu huma cittadini Amerikani. Ghaldaqstant dan is-sors qieghed jistaqsi ghala l-Maltin ghadhom obbligati li jkollhom il-viza qisna xi poplu mimli bit-terroristi.
Mill-25 pajjiz membru ta’ l-UE, il-Grecja u s-Slovenja flimkien ma’ Malta li c-cittadini rispettivi taghhom huma obbligati li jkollhom viza biex jidhlu l-Amerika. Meta fit-13 ta’ Ottubru 2005 il-Prim Ministru Gonzi lltaqa’ ma’ l-President Bush fil-White House, Dr Gonzi kien qal li waqt din il-laqgha kien hemm zvilupp gdid fejn il-Gvern Malti nghata ‘Road Map’ li ghandha twassal biex il-hrug ta’ viza ghal dawk li ghandhom passaport Malti ma jkunx hemm bzonnha iktar.
Jidher li din it-triq hija hafna aktar twila minn dik li provaw jaghtu l-impressjoni l-Prim Ministru Gonzi u l-President Bush.
Ufficjal fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, li ghal ragunijiet ta’ sigurtà mhux qieghdin nizvelaw ismu, ammetta ma’ din il-gazzetta li l-Gvern Amerikan jidher li mhux se jiccaqlaq mill-pozizzjoni tieghu dwar it-tnehhija tal-viza ghall-Maltin u dawk li ghandhom passaport Malti. Ir-ragunijiet ewlenini huma r-rabta li Malta ghandha mal-Libja kif ukoll id-dhul ta’ l-immigranti llegali f’Malta li kollha jigu Malta minghajr ebda dokumenti.
“Il-hazin huwa li filwaqt li l-Gvern Amerikan qieghed jistmana daqs li kieku ahna terroristi, il-Gvern Malti jibqa’ jhalli l-bieb miftuh berah ghall-Amerikani”, qalilna dan l-ufficjal.
Huwa kompla jghid li l-Amerikani jahsbu li jisthgu jiddettaw lid-dinja kollha. Jahsbu li minghajr l-Amerika d-Dinja tieqaf u li kulhadd irid ibaxxi rasu u jilaqhom. Jghidu li huma mhumiex terroristi u ma joqtlu lil hadd. “Bizzejjed ihares lejn l-istorja ta’ l-Amerika u jara kemm mietu Amerikani fil-Vjetnam u fil-prezent fl-Iraq.
Dan l-ufficjal forsi laqat il-musmar fuq rasu meta qalilna – “Wasal iz-zmien li l-poplu Malti jigi stmat minn kulhadd. Mhux ghax zghar kulhadd irid jaghmel bina li jrid. Jekk l-Amerikani lilna l-Maltin ma jafdawnix, allura l-istess ghandu jaghmel il-Gvern Malti u jibda jitlob il-viza lil kull Amerikan li jrid jigi Malta.
Immagina li jkun hemm xi hadd li lilek f’wiccek jghidlek li ma jafdakx f’daru izda meta jaqbad u jidhol f’darek u jippretendi li sservih u minn fuq tghidlu grazzi talli gejt, ejja oqghod”.

Labels:

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007




Erba’ zghazagh l-isptar
wara accident tat-traffiku
Iz-zewg sewwieqa fil-periklu tal-mewt
Minn JOHN PISANI

• Zewg sewwieqa ddahhlu l-Isptar San Luqa fil-periklu tal-mewt filwaqt li zewg passiggieri sofrew griehi mhux gravi hafna f’accident tat-traffiku f’Ghajn Dwieli, limiti ta’ Rahal Gdid tard nhar il-Gimgha fil-ghaxija.
L-accident sehh ftit qabel id-9.00 p.m. fin-nizla ta’ Ghajn Dwieli qabel id-dahla tat-Tarzna ta’ Bormla. Zewg karozzi, Ford Escort misjuqa Jonathan Meilak ta’ 21 sena mill-Kalkara u Hyundai Pony misjuqa minn Jean Paul Grogan wkoll ta’ 21 sena u mill-Kalkara, habtu b’impatt qawwi head-on.
Minn stharrig li sar irrizulta li l-Ford Escort kienet sejra fid-direzzjoni ta’ Rahal Gdid filwaqt li l-Hyundai Pony kien nizel lejn Bormla. Mad-daqqa iz-zewg karozzi spiccaw iharsu fid-direzzjoni opposta tant li ghall-ewwel il-Pulizija hasbu li kienu sejrin bil-kontra. Flimkiena ma’ Meliak fl-Escort kien hemm tfajla ta’ 16-il sena mill-Kalkara filwaqt li anke Grogan kellu mieghu tfajla ta’ l-istess eta’ izda mill-Fgura.
Fuq il-post waslu l-membri tal-Protezzjoni Civili flimkien ma’ zewg ambulanzi bit-tim ta’ l-ERT akkumpanjati bl-infermieri. Filwaqt li z-zewg tfajliet hargu wehidhom minn qalb it-tifrik, iz-zewg sewwieqa nqabdu taht l-isterring. It-tim tas-salvatagg kellhom bicca xoghol iebsa biex johorgu liz-zewg sewwieqa minn qalb it-tifrik taz-zewg karozzi. It-triq inghalqet ghat-traffiku miz-zewg direzzjonijiet mill-Pulizija tat-Traffiku asistiti mill-Gwardjani Lokali. Minn naha ta’ fuq ta’ Ghajn Dwieli kull ma kienu jidhru kienu diversi fire engines, zewg ambulanzi u karozzi tal-Pulizija u folla ta’ nies isegwu l-operazzjoni ta’ salvatagg. Uhud minn nies li ngabru biex jaraw x’gara f’hin minnhom anke dehru jfixklu l-hidma tat-tim tas-salvatagg, tat-tobba u l-Pulizija.
Filwaqt li Grogan deher li kien mitluf minn sensih, Meilak instema’ jokrob bl-ugiegh. Kif Meilak inhareg mill-karozza mfarka u tpogg fuq stretcher, dehru jersqu lejh xi qraba li pruva jikkalmawh. Iz-zewg sewwieqa nhargu minn qalb it-tifrik fi spazju ta’ ftit minuti bejniethom tant li tpoggew fl-istess ambulanza u ttiehdu lejn l-Isptar San Luqa filwaqt li z-zewg tfajliet ittiehdu f’ambulanza ohra.
Mill-isptar irrizulta li z-zewg sewwieqa kienu fil-periklu tal-mewt filwaqt li t-tfajliet sofrew griehi hfief.
B’dan l-accident gie informat il-Magistrat Dr Lawrence Quintano li ordna inkjesta. Huwa hatar diversi esperti fosthom lill-espert tekniku Joe Zammit, lill-Perit Richard Aquilinja, lil Dr Stefan Filletti u lill-espert forensiku Dr Mario Scerri flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija.
L-istharrig tal-Pulizija tmexxa mill-Ispettur Anthony Cassar flimkien mas-Surgent Carmel Bonello mill-Ghassa ta’ Bormla. Ghal xi hin maru ukoll fuq il-post ta’ l-accident l-Ispettur Joseph Hersey mit-Taqima tat-Traffiku.

Labels:

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007


Zaghzugh fil-periklu tal-mewt
Baqa’ diehel bir-rota f’genb ta’ vann
Minn JOHN PISANI


• Zaghzugh ta’ 17-il sena minn Birkirkara jinsab fil-periklu tal-mewt kawza ta’ griehi li sofra meta baqa’ diehel f’genb ta’ vann Ford Transit.
L-accident sehh nhar il-Gimgha ghal habta tal-4.45 p.m. f’salib it-toroq ta’ Triq B. Bontadini u Triq il-Knisja l-Qadima f’Birkirkara. Dak il-hin iz-zaghzugh kien qed isuq rota zghira niezel minn Triq il-Knisja l-Qadima fid-direzzjoni ta’ salib it-toroq. Dak il-hin minn Triq Bontadini sejjer fid-direzzjoni tal-grawnd ta’ l-Infetti kien gej vann Ford Transit misjuq minn ragel ta’ 47 sena wkoll minn Birkirkara. Kif il-vann wasal f’nofs salib it-toroq, is-sewwieq sema’ hoss man-naha tax-xellug.
Ir-ragel waqaf mill-ewwel u kif hareg mill-vann tieghu ra zaghzugh fl-art u rota hdejh. Mieghu kien hemm zewg zghazagh ohrajn li kif raw lil siehibhom ma’ l-art dehru xxukkjati.
Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier li hadet liz-zaghzugh l-Isptar San Luqa fejn gie ezaminat minn Dr Michael Spiteri ta’ l-ERT li ccertifika li z-zaghzugh kien qieghed isofri minn griehi gravi u fil-periklu tal-mewt.
B’dan l-accident gie informat il-Magistrat Dr Lawrence Quintano li mar fuq il-post u mexxa l-access. Huwa kellem liz-zewgt ihbieb tal-vittma li rrakkontawlu x’raw. Bhala esperti nhatru l-Perit Richard Aquilina u t-Tekniku Joseph Zammit. L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Kevin Farrugia flimkien mas-Surgent Antoine Zammit mill-Ghassa ta’ Birkikara.

Labels:

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007


Serq bla razan
Aktar minn Lm2,000 f’erba’ serqiet
Minn JOHN PISANI

• Il-lista ta’ vittmi tal-hallelin qieghda tkompli tizdied fejn f’dawn l-ahhar jiem seba’ persuni sfaw misruqin f’erba’ serqiet separati. U l-hallelin mhux biss flus qieghdin jisirqu izda wkoll fniek u oggetti ohrajn.
Nhar is-Sibt ghal habta tas-7.00 a.m. erba’ rahhala mill-Mosta li ghandhom ir-razzett fi Triq Ganni Vella fil-Mosta stess sabu li hallelin dahlulhom fir-razzett taghhom u minn serqu 168 fenek u zewg gaggeg tat-tigieg li b’kollox jiswew madwar Lm600.
Serqa ohra saret minn post tal-Gvern fejn qabel kien hemm l-istazzjon tar-radju Deutche Welle f’Delimara limiti ta’ Marsaxlokk. Kien l-ghassies li nduna bis-serqa meta sab sgass. Minn hemm il-hallelin serqu Lm1,100 fi flus u aktar minn Lm800 f’oggetti ta’ l-agrikoltura.
Fil-Fgura, anzjan ta’ 67 sena meta nhar is-Sibt ghal habta tat-3.00 a.m. meta rritorna d-dar sab ukoll sgass fid-dar tieghu. Minn hawn il-hallelin serqu Lm150 fi flus u madwar Lm500 f’oggetti tad-deheb.
U anzjana minn San Gwann, li nhar il-Hamis li ghadda ghalqet 75 sena, sfat vittma ta’ zewg hallelin meta kienet fit-triq sejra tisma’ quddiesa. Kienu ghal habta tas-6.00 a.m. ta’ nhar is-Sibt ukoll meta l-anzjana kienet fi Triq Bella Vista f’San Gwann meta z-zewg kriminali gew minn quddiem u wiehed minhom hatfilha l-basket u l-iehor imbuttaha fl-art. Fil-basket l-anzjana kellha Lm40 fi flus u dokumenti personali. Il-mara sofriet diversi grif u tbengil.
L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Pulizija tad-Distretti rispettivi fejn sehhew is-serqiet.

Labels:

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007


Nirien jeqirdu fabbrika fil-Kalkara
Minn JOHN PISANI

• Fabbrika li tinsab fil-Qasam Industrijali ta’ Rikasli fil-Kalkara, li ttiehdet minghand is-sidien taghha madwar sena ilu, inqerdet kawza ta’ nirien li hakmuha nhar il-Gimgha wara nofs in-nhar.
Kienu ghal habta tas-2.00 p.m. li dhahen kbar u suwed dehru minn diversi nhawi. Kif inghata l-alarm li kien hemm fabbrika qieghda tiehu n-nar marru fuq il-post il-Pulizija kif ukoll membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u ambulanza b’infermier. Irrizulta li nirien kbar hakmu l-fabbrika ‘Eurochemy’ jew kif kienet maghrufa ahjar bhala l-fabbrika tal-Fà li kienet timmaniffatura sapun, deodorants u oggetti simili.
Minkejja li fil-fabbrika ma kien hemm hadd, f"mahzen fl-istess fabbrika kien mimli b’bottijiet ta’ l-isprej kif ukoll diversi tankjiet mimlijin b’kimika u materjal iehor. Wara li l-fabbrika kienet ittiehdet mill-Malta Industrial Parks, il-makkinarju kien tnehha.
In-nirien tferxu fi ftit minuti fejn anke kultant hin bdew jinstemghu bhal spluzjonijiet zghar li kienu kkawzati mill-bottijiet ta’ l-isprej u x’aktarx mill-kimika wkoll. Is-shana tremenda kkawzat ukoll hsarat fl-istruttura tal-bini fejn planki tas-saqaf cedew.
Peress li l-fabbrika ma kinitx qieghda tintuza, f’dan l-istadju l-Pulizija mhix teskludi li n-nirien tqabbdu minn xi vandali. Is-Supretendent Ray D’Anastas flimkien ma’ l-Ispettur Alex Grech mill-Ghassa ta’ Bormla qieghdin jinvestigaw il-kaz filwaqt li l-Magistrat Dr Lawrence Quintano ordna inkjesta u hatar lill-Perit Richard Aquilina u lill-Professur Alfred Vella bhala esperti tal-Qorti flimkien ma’ l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.
Sadanittant il-Hadd filghodu sar l-access fuq il-post.

Labels:

Il-Hadd, 21 ta' Jannar 2007


Tinqabad kwantità ta’ droga
kokaina f’Hal Qormi
Minn JOHN PISANI

• L-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga mmexxija mill-Assistent Kummissarju Paul Debattista u s-Supretendent Neil Harrison kompliet b’aktar qabdiet ta’ droga li kienet lesta biex tigi traffikata.
Wara diversi jiem ta’ stharrig u sorveljanza kemm qrib id-dar ta’ ragel, Owen Zammit ta' 31 sena minn Hal Qormi, kif ukoll il-movimenti tieghu f’certi lokalitajiet, nhar il-Gimgha l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga waqfu lir-ragel meta dan kien bil-karozza tieghu.
Fi tfittxija li ghamlu l-Pulziija sabu mohbija fil-vettura tieghu numru ta’ pakketti mimlijin bid-droga kokajina, li kienu lesti biex ikunu traffikati.
Minhabba suspetti ragonevoli li kellhom il-Pulizija wara jiem ta’ sorveljanza, l-istess investigaturi ghamlu tfittxija ohra intensiva fil-garaxx tar-ragel f’Hal Qormi. Din it-tfittxija rrizultat fil-pozittiv fejn instabet aktar droga kokajina kif ukoll mizien.
Il-Magistrat tal-Ghassa, Dr Lawrence Quintano, gie informat bis-sejba u ordna inkjesta u anke hatar diversi esperti.
Sadanittant il-Hadd filghodu l-Pulizija resqu lil Zammit il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr Michael Mallia u akkuzawh bil-pussess tad-droga. Huwa baqa' jinzamm taht arrest preventiv fil-Habs ta' Kordin.

Labels:

Thursday, January 18, 2007

Il-Hamis, 18 ta' Jannar 2007


Prigunier jammetti li hedded
lid-Direttur tal-Habs
Minn JOHN PISANI

• Stephen Spiteri ta’ 24 sena mill-Gzira, li bhalissa jinsab taht arrest preventtiv, ammetta li hedded lid-Direttur tal-Habs.
Nhar l-Erbgha l-Ispettur Frans Micallef ressaq lil Spiteri l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr Antonio Mizzi u akkuza li fit-23 ta’ Novembru 2006 ghal habta tal-5.00 p.m. hedded lid-Direttur tal-Habs, is-Supretendent Sandro Gatt, meta dan kien fil-Facilità Korettiva ta’ Kordin.
Assistit mill-Avukat Michael Sciriha, l-akkuzat ammetta l-akkuzi migjuba kontrih u nghata sentenza ta’ hamest ijiem detenzjoni.

Labels:

Il-Hamis, 18 ta' Jannar 2007


Prova jahrab mill-FAM
Girja ta’ 40 minuta wara powerboat
Minn JOHN PISANI

• Ragel ta’ 29 sena minn San Pawl il-Bahar tard nhar it-Tlieta wara nofs inhar kien segwit ghal madwar 40 minuta mill-Forzi Armati kemm mill-ajru kif ukoll mill-bahar bejn San Pawl il-Bahar u Kemuna.
Kienu ghal habta tal-5.10 p.m. meta Patrol Boat tal-FAM innutaw power boat vjola fil-fliegu ta’ bejn Malta u Ghawdex. Hekk kif dak li kien fuqha nduna bil-prezenza tal-Patrol Boat zied fil-velocità u dan qajjem suspett fis-suldati tat-Taqsima Marittima. Ghaldaqstant intalbet aktar ghajnuna fejn fl-inhawi waslu helikopter u ajruplan Islander tal-FAM kif ukoll il-lanca Melita I li flimkien mal-Patrol Boat P24 komplew isegwu l-powerboat.
Minn hawn bdiet girja sfrenata fejn is-sewwieq tal-powerboat deher jigbed fid-direzzjoni ta’ Ghawdex izda kif lehqu l-helikopter dawwar ir-rotta u mar lejn Kemmuna fejn wara qasam ghan-naha tal-bajja tal-:nejna. Izda malajr rega’ bdielu x’aktarx minhabba avventura xejn sabiha li kien ghadda minha sentejn ilu. Segwit il-hin kollu bil-helikopter u ajruplan u bil-P24 u l-Melita I jaghlqulu kull possibilità li jkompli jahrab, minkejja armat b’zewg makni outboard ta’ 250hp-il wiehed u mutur iehor ta’ 200hp, is-suspettat irrassenja ruhu u dahal lejn Bugibba.
Fl-istess hin minn fuq l-art il-Pulizija kienu lesti ghalih fejn hekk kif dahal f’San Pawl il-Bahar marru jistennewh hdejn il-pont li hemm qrib l-istabbiliment Gillieru. Kien hawn li r-ragel waqaf fejn fuq il-post deher ukoll l-allegat sid tal-powerboat, ragel ta’ 30 sena mill-Marsa li xi snin ilu kien arrestat f’Ragusa b’konnessjoni ma’ allegat gar ta’ klandestini.
Kif il-powerboat dahlet fil-Port ta’ San Pawl baqghet tigi segwita mill-qrib mill-membri tal-FAM u hekk kif trakka mal-moll sab lill-Pulizija tal-Qawra mmexxija mis-Surgent Johann Said jistennewh.
Aktar tard il-powerboat u dak li kien fiha ttiehdu l-bazi Marittima tal-FAM f’Xatt it-Tiben fejn hemmhekk sabu l-Pulizija tal-Belt immexxija mill-Ispettur Pierre Micallef Grimaud biex jassistu lill-membri tal-FAM. Minn tfittxija li saret fuq il-powerboat ma nstab xejn illegali. Fil-fatt il-Pulizija sabu 16-il landa mimlija bi 30 litru petrol kull wahda u xi skieken li jintuzaw ghal sajd taht il-bahar.
Minn aktar stahhrig li kompla jaghmel l-orizzont jirrizulta wkoll li r-ragel li kien fuq il-powerboat kellu kaz iehor mal-FAM fil-bidu tas-sena 2004 fejn dakinhar anke gew sparati xi tiri biex l-allegat suspettat twaqqaf fil-:nejna.
Peress li l-ewwel post li twaqqaf kien f’San Pawl il-Bahar l-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Therese Sciberras mill-Ghassa tal-Qawra.

Labels: