Saturday, December 30, 2006



Hames karozzi u kontenituri
ta’ l-iskart jinghataw in-nar
Minn JOHN PISANI

• Vandali qerdu hames karozzi u ghamlu hsara f’kontenituri ta’ l-iskart li jintuzaw fi Bring-in-site f’Birkirkara u l-Iklin meta tawhom in-nar.

Fi Pjazza Santa Liena f’Birkirkara l-vandali taw in-nar karozza Skoda Favorit b’konsegwenza li n-nirien inferxu ghal zewg karozzi ohrajn – Opel u Toyota. Ftit metri ’l boghod fi Triq tal-Herba, l-istess vandali taw in-nar karozza ohra Fiat 127 kif ukoll Morris Marina fi Triq Tumas Fenech. Jidher li l-vandali ma kinuex sodisfatti bil-hsara li ghamlu ghax minn hemm marru fil-Bypass ta’ Birkirkara li taghmel ma’ l-Iklin u hemmhekk taw in-nar erba’ kontenituri ta’ l-iskart. Dan kollu sehh il-bierah ghal habta tas-1.15 a.m.

L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Ramon Mercieca tad-Distrett u l-Ispettur Stephen Mallia mill-SVS. Il-Magistrat Dr Michael Mallia ordna inkjesta dwar dawn l-atti vandali.

Labels:


Komplew il-hold-ups fuq l-anzjani
Anzjana ta’ 87 sena marbuta u misruqa
Minn JOHN PISANI

• L-Ispettur Anzjan Paul Bond mill-Ghassa tal-Mosta qieghed jinvesiga hold-up li sehh fuq anzjana meta din kienet ghal kwiet fid-dar taghha fi Triq Isouard f’San Pawl il-Bahar nhar il-Gimgha ghal habta ta’ l-10.20 p.m.

Lucija Altair ta’ 87 sena sfat marbuta u misruqa minn zewg hallelin li dahlu fuqha u serquha f’hold-up. Iz-zewg kriminali dahlu fuq l-anzjana minghajr ebda biza’ li din kienet se tikxifom tant li dawn lanqas biss ghattew wicchom. Wiehed mill-hallelin rabat idejn l-anzjana permezz ta’ cintorin tal-plastik u baqa’ maghha filwaqt li beda jheddida biex ma tghajjatx. Fl-istess hin il-komplici l-iehor ghamel herba f’diversi kmamar ifittex dak li dahal biex jisraq.

B’xokk fuqha u terrorizzata, l-anzjana ma ssugratx titniffes sakemm iz-zewg kriminali hargu mid-dar b’ammont ta’ flus u deheb. Minhabba l-kundizzjoni medika tal-mara, hi stess ma tiftakarx ezatt x’ittiehdilha. Bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Michael Mallia li ordna inkjesta u hatar lil Vincent Giliberti u lill-Ufficjali tax-Xena tar-Reat bhala esperti tal-Qorti. Dan kien it-73 hold-up din is-sena bl-anzjan tkun it-80 vittma.

Labels:


Mill-Korp tal-Pulizija
“Undercover” mikxufin

Minn JOHN PISANI

• B’cirkolari numru 176/06 li nharget fit-22 ta’ Dicembru tghid li l-Pulizija li jahdmu pajzana huma ordnati li jilbsu l-I.D. card gdida u din trid tindendel ma’ l-ghonq permezz ta’ cinga li fuqha hemm il-kelma Pulizija. L-ordni hija li din trid tkun vizibbli l-hin kollu meta l-Pulizija jkunu fid-

Depot, f’ufficini u anke fuq xi xena tar-reat.

Prosit kbir kemm ghad-dehra ta’ din l-I.D. card kif ukoll li din trid tintlibes meta l-Pulizija jkunu fid-Depot anke jekk ikollhom bzonn imorru hemm meta ma jkunux xoghol. Izda ma nistax nifhem ghala din trid tintlibes meta jkunu fuq xena tar-reat. Il-Pulizija pajzana huma dawk tad-DIK, Droga u Frodi. Ma nistax nimmagina kif Pulizija “undercover” li waqt xi reat suppost ikun qieghed ihuf qalb in-nies se jkun jista’ jahdem “undercover” b’tabella mdendla ma’ ghonqu biex juri li huwa Pulizija. Nafu b’kazi li gew solvuti ghax is-suspettat baqa’ jdur qalb in-nies u kien arrestat dak il-hin stess.

Mhux hekk biss izda jekk jinqala’ xi argument, u kien hemm hafna minn dawn, u l-aggressur jigbed ic-cinga u jdawwara ma’ ghonq il-Pulizija, din se tkun arma kontra l-istess Pulizija. Rajt Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-bini tal-Qorti. Nammetti li ma kontx naf li huma Pulizija sakemm rajtilhom imdendel ma’ ghonqhom ic-cinga bil-kelma Pulizija fuqha.

Bla Hdud
Jekk hawn xi hadd li ghandu familja u jista’ jghaddi xahar shih b’madwar Lm80, jaghmel pass ’il quddiem. Nahseb li hadd. Imma hekk se jkollhom jaghmlu whud mill-Pulizija, fosthom dawk fl-Ghassa tal-Belt ghax mal-paga sabu li l-{dud li hadmu f’Ottubru baqghu ma thallsux taghhom.

…u l-Kummissjoni Elettorali wkoll
Meta saru l-ahhar Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, il-Kummissjoni harget madwar Lm85,000 biex id-dokument tal-vot wasal fid-djar bil-posta registrata. Mhux kulhdadd instab id-dar u ghalhekk dawk il-voti ttiehdu fl-Ghases tal-Pulizija biex jingabru minn hemm. Ta’ dan il-Kummissjoni Elettorali ntrabtet li thallas saghtejn overtime kuljum lil dak il-Pulizija li jkun l-Ghassa jqassam dawn il-voti. Ghaddew aktar minn disa’ xhur u dawn il-Pulizija ghadhom ma thalsux.

Is-Sena t-Tajba
Minkejja li hemm min iddejqu l-kritika tieghi, xorta wahda nemmen li l-awguri tieghi ghas-sena l-gdida se jintlaqghu bil-qalb. Ghaldaqstant is-Sena t-Tajba lill-kulhadd mhux biss fil-Korp tal-Pulizija izda wkoll fl-Armata, il-Protezzjoni ?ivili u l-istaff mediku ta’ l-Isptar San Luqa b’mod specjali dawk ta’ l-Emergenza. Ma’ dawn in-nies kollha generalment niltaqa’ maghhom f’okkazzjonijiet xejn sbih.

Labels:


Habat ma’ wara ta’ karozza u nqaleb
minn JOHN PISANI

• Zaghzugh kien fortunat li spicca biss b’ugiegh ta’ ras meta l-karozza Opel li kien qieghed isuq spiccat fuq is-saqaf wara li habat ma’ wara ta’ karozza ohra.

L-accident sehh nhar il-Gimgha ghal habta tat-8.35 p.m. fil-bypass ta’ Birkirkara. Iz-zaghzugh kien sejjer fid-direzzjoni ta’ l-Università u kif wasal qrib id-dahla tal-Qasam Industrijali ta’ San Gwann induna b’karozza li kienet quddiem tinsaq minn tfjala. Huwa prova jzomm il-brejk izda baqa’ jitkaxkar ghal diversi metri u baqa’ diehel b’impatt fuq wara tal-vettura tat-tfajla. Mad-daqqa l-Opel li kien qed isuq il-guvni inqalbet fuq is-saqaf u kompliet titkaxkar ghal xi metri.
Fuq il-post marru l-Pulizija tal-Mobile u peress li kien hemm suspett li z-zaghzugh seta’ kien taht l-influwenza tax-xorb, saru l-breathalizer test u wara ttiehed l-isptar ghal aktar ezamijiet. It-tfajl ma sofriet ebda griehi.

Rapport ta’ l-accident thejja mill-Gwardjani Lokali mill-kumpanija Guard and Warden.

Labels:


Anzjan ikorri gravi f’accident tat-traffiku
minn JOHN PISANI

• Anzjan ta’ 66 sena mir-Rabat tard il-Gimgha bil-lejl iddahhal l-Isptar San Luqa jsofri minn griehi gravi wara li kien involut f’accident tat-traffiku fil-bypass ta’ l-Imtarfa.

L-accident sehh ghal habta tal-11.15 p.m. meta l-anzjan kien qed isuq karozza Kia Pride. Huwa kien gej mic-centru ta’ l-Imtarfa fin-nizla li taghti ghall-bypass. Huwa mifhum li kif l-anzjan wasal f’tarf in-nizla tilef il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li baqa’ hiereg fil-bypass. Dak il-hin kienet gejja karozza ohra, Toyota, mid-direzzjoni tar-Rabat izda minkejja li s-sewwieq prova jevità l-Kia ta’ l-anzjan xorta sehhet il-habta. Mad-daqqa l-Kia spiccat tahbat ma’ arblu tad-dawl li hemm fuq is-centre strip filwaqt li t-Toyota baqghet sejra fuq il-bankina tan-naha l-ohra tat-triq.

Fuq il-post issejhu l-membri tal-Protezzjoni Civili li kellhom iqacctu parti mill-bieba biex seta’ jinhareg l-anzjan. Ambulanza b’zewg infermiera kif ukoll Dr Michael Spiteri mill-ERT kienu fuq il-post fejn taw l-ewwel ghajnuna medika lill-anzjan. Irrizulta li l-anzjan sofra grieh gravi f’rasu, l-pelvis u fil-genbejn izda mhux fil-periklu tal-mewt. Minn naha l-ohra s-sewwieq l-iehor sofra griehi hfief.

Il-Pulizija tad-Distrett hejjew rapport ta’ l-accident.

Labels:



Il-Promozzjonijiet fil-FAM
Gvern Laburista jaghmel gustizzja ma’ kulhadd
- Joe Debono Grech
Minn JOHN PISANI

• Il-Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Armata, Joe Debono Grech, wieghed li fi zmien sena kull suldat li saret ingustizzja mieghu jinghata rimedju.

Wara li nhar il-Hamis inhargu 583 promozzjoni ghal suldati fi kwazi r-rankjiet kollha, kien hemm min qieghed jallega li ghal darb’ ohra rega’ nqabez fil-process. Kienu diversi suldati li ghamlu kuntatt mat-Torca jilmentaw li minnhom hemm min ilu ’l fuq minn 20 sena fl-Armata u ghadu fejn kien.

F’kumment li ta lil din il-gazzetta, id-Deputat Laburista Joe Debono Grech, qalilna li hemm suspetti ghal mod kif dawn il-promozzjonijiet damu hames snin biex inhargu u suspetti dwar il-process ta’ kif saru. Huwa qal li hemm suldati li kien haqqhom il-promozzjoni izda baqghu ma’ nghataw xejn bi skuza jew ohra.

“Gvern Laburista jirranga din is-sitwazzjoni mas-suldati kollha li jirrizulta li saret ingustizzja maghhom, huma ta’ liema kulur huma. Din hija weghda li qieghed naghmel u li se tinzamm”, qalilna Joe Debono Grech.

Il-kelliem Laburista qalilna li din il-weghda Gvern Laburista jwettaqa fl-ewwel sena mindu jibda’ jigverna wara l-elezzjoni li jmiss. Fl-ahharnett Debono Grech awgura lis-suldati kollha li nghataw il-promozzjoni kif ukoll lill-dawk il-fizzjali li ftit tal-gimghat ilu wkoll inghataw promozzjoni.

Sorsi qrib l-Armata qalulna li fl-ahhar gimghat l-Ufficcju tal-Prim Ministru deher mahkum minn paniku biex jinhargu dawn il-promozzjonijiet l-aktar wara l-weghda li kien ghamel is-Segretarju Parlamentari Tony Abela mal-gurnal l-orizzont li l-prmozzjonijiet kienu se jinhargu fl-ahhar ta’ Dicembru u baqa’ jsostni dan minkejja dan ix-xahar stess il-Prim Ministru kien qal li l-process kien ghadu ghaddej. Nifhmu li diversi ufficjali fl-Armata saritlhom pressjoni biex ihaffu l-process u mhux eskluz li din il-pressjoni halliet wara xi zbalji umani.
L-istess soris qalul li fix-xhur li gejjin mistennija jinghataw aktar promozzjonijiet specjalment meta fi zmien sitt xhur se jkun hemm numru ta’ ufficjali li se jirtiraw bl-età kif ukoll minhabba li r-responsabbilitajiet fl-Armata qieghdin jizdiedu.

Labels:

Friday, December 29, 2006

Promozzjonijiet fil-FAM


Dejjem jekk l-Editur ikollu spazju fil-harga tat-Torca ta' ghada l-Hadd, 31 ta' Dicembru, allura
dawk kollha li ghandhom interess dwar l-ahhar zviluppi li sehhew fil-promozzjonijiet fil-Forzi Armati, m'ghandhomx jitilfu l-harga ta' ghada ta' It-Torca.



Kummenti tal-Kelliem Ewlieni Laburista dwar l-Armata, Joe Debono Grech, u kummenti minn suldati li hassew li nqabzu fil-promozzjoni u baqghu ma hadu xejn u aktar.




Labels:



Gimgha wara accident fix-Xaghra:
Imut wiehed miz-zaghazagh li kien fuq il-mutur
minn John Pisani

Joseph Xerri ta’ 17-il sena li kien involut f’accident tat-traffiku nhar il-Hamis, 21 ta’ Dicembru fix-Xaghra, Ghawdex, miet nhar l-Erbgha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta’ l-Isptar San Luqa kawza tal-griehi gravi li sofra.Iz-zaghzugh kien qieghed fuq mutur ‘scrambler’ u mieghu kien hemm siehbu, li wkoll ghandu 17-il sena mix-Xaghra. Dan ukoll kien ghal xi jiem fil-periklu tal-mewt izda tlett ijiem ilu qaleb ghall-ahjar.

L-accident sehh fl-inhawi maghrufin bhala Ghajn Xejba limiti tax-Xaghra. Sorsi li tkellmu ma’ l-orizzont qalulna li Mitsubishi Pajero, misjuqa minn ragel ta’ 48 sena mill-istess rahal taz-zewg zghazagh kien gej min-naha ta’ Marsalforn meta mid-direzzjoni opposta kienu gejjin iz-zewg zghazagh. Kien hawn li dak li kien qed isuq tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ diehel fil-bieba tal-lemin tal-Pajero. Mad-daqqa nkiser xi hgieg li tar ghal fuq is-sewwieq li wkoll tilef il-kontroll b’konsegwenza li habat mal-hajt.Kemm iz-zewg zghazagh kif ukoll is-sewwieq tal-Pajero ttiehdu l-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Dakinhar stess Xerri u siehbu ngiebu Malta b’helikopter lejn l-Isptar San Luqa fejn instabu li t-tnejn kienu fil-periklu tal-mewt. Min-naha l-ohra s-sewwieq tal-Pajero nghata l-kura mehtiega ghal griehi hfief li sofra. Kien nhar l-Erbgha, 27 ta’ Dicembru ghal habta ta’ l-4.30 p.m. li Joseph Xerri gie certifikat mejjet.


B’din il-mewt gie nformat il-Magistrat Dr Paul Coppini u s-Supretendent Mario Bonello tad-Distrett ta’ Ghawdex. Il-Magistrat Coppini ordna awtopsja fuq il-kadavru ta’ Xerri.


Joseph Xerri huwa l-ghaxar vittma ta’ accidenti fatali tat-traffiku ghal din is-sena.


jpisani@unionprint.com.mt

Wednesday, December 27, 2006

PROMOZZJONIJEIT FIL-FAM

Ghada, il-Hamis 28 ta' Dicembru 2006, se jithabbru l-promozzjonijiet fil-Forzi Armati ta' Malta wara stennija ta' hames snin.

Rapport fil-harga ta' l-orizzont ta' ghada l-Hamis.

Tuesday, December 26, 2006



Dan huwa kaz iehor ta' kronaka li gara matul il-lejl f'Hal Balzan.

Il-blog se jibda jinkludi dawnit-tip ta' ritratti li jkunu akkompanjati mir-rapporti tieghi li jkunu ppublikati f'l-orizzont u fit-Torca.

Dawn nittama li nibdihom fil-bidu tas-sena d-diehla.


Dan huwa t-tip ta' ritratti li se nibda ninkludi. Accidenti tat-traffiku.

Labels:

Monday, December 25, 2006

Il-Festi t-tajba

Il-Milied it-tajjeb u sena mimlija risq lil kulhadd

A happy Christmas to all and best wishes for the New Year to all

Saturday, December 23, 2006

Kronaka f'Malta

Dawk kollha li jsegwu stejjer ta' kornaka f'Malta u Ghawdex - accidenti tat-traffiku, delitti, serq u rapporti simili, mill-bidu tas-sena d-diehla se nibda dan il-blog bl-artikli li jien nikteb fuq il-gurnali l-orizzont u it-Torca fejn jien nahdem bhala gurnalist. Nitlobkom biss tiehdu pacenzja bijja sakemm nissetilja peress li din hija esperjenza gdida ghalija.
Ghalhekk kull min jista' u jixtieq jikkontribwixxi ghal dan il-blog huwa gentilment mitlub jaghmel kuntatt mieghi fuq dan l-e-mail
jpisani@unionprint.com.mt